EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0298

Kawża C-298/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – France Télévisions SA vs Playmédia, Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2002/22/KE — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Servizz universali u drittijiet tal-utenti — Impriża li topera netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat għat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet tar-radju jew tat-televiżjoni — Impriża li toffri l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet — Obbligi ta’ trażmissjoni (must carry))

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – France Télévisions SA vs Playmédia, Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

(Kawża C-298/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/22/KE - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizz universali u drittijiet tal-utenti - Impriża li topera netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat għat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet tar-radju jew tat-televiżjoni - Impriża li toffri l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet - Obbligi ta’ trażmissjoni (must carry)))

(2019/C 65/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: France Télévisions SA

Konvenuti: Playmédia, Conseil supérieur de l’audiovisuel (CSA)

fil-preżenza ta’: Ministre de la Culture et de la Communication

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta’ l-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva Servizz Universali), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża li toffri l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet ma għandhiex, minħabba dan il-fatt biss, titqies bħala impriża li topera netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi użat għat-trażmissjoni lill-pubbliku ta’ xandiriet tar-radju u tat-televiżjoni.

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/22, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru jimponi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, obbligu ta’ trażmissjoni (must carry) fuq impriżi li, mingħajr ma jipprovdu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, joffru l-istreaming ta’ programmi tat-televiżjoni b’mod kontinwu u dirett fuq l-internet.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


Top