EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0219

Kawża C-219/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Silvio Berlusconi, Finanziaria d’investimento Fininvest SpA (Fininvest) vs Banca d’Italia, Istituto per la Vigilanza Sulle Assicurazioni (IVASS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Akkwist ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu — Proċedura rregolata kemm mid-Direttiva 2013/36/UE kif ukoll mir-Regolamenti (UE) Nri 1024/2013 u 468/2014 — Proċedura amministrattiva komposta — Setgħa deċiżjonali esklużiva tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) — Rikors ippreżentat kontra atti preparatorji adottati mill-awtorità nazzjonali kompetenti — Allegazzjoni ta’ ksur tal-awtorità ta’ res judicata marbuta ma’ deċiżjoni nazzjonali)

ĠU C 65, 18.2.2019, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-19 ta’ Diċembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Silvio Berlusconi, Finanziaria d’investimento Fininvest SpA (Fininvest) vs Banca d’Italia, Istituto per la Vigilanza Sulle Assicurazioni (IVASS)

(Kawża C-219/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Akkwist ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu - Proċedura rregolata kemm mid-Direttiva 2013/36/UE kif ukoll mir-Regolamenti (UE) Nri 1024/2013 u 468/2014 - Proċedura amministrattiva komposta - Setgħa deċiżjonali esklużiva tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Rikors ippreżentat kontra atti preparatorji adottati mill-awtorità nazzjonali kompetenti - Allegazzjoni ta’ ksur tal-awtorità ta’ res judicata marbuta ma’ deċiżjoni nazzjonali))

(2019/C 65/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silvio Berlusconi, Finanziaria d’investimento Fininvest SpA (Fininvest)

Konvenuti: Banca d’Italia, Istituto per la Vigilanza Sulle Assicurazioni (IVASS)

fil-preżenza ta’: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Banca Mediolanum SpA, Holding Italiana Quarta SpA, Fin. Prog. Italia di E. Doris & C. s.a.p.a., Sirefid SpA, Ennio Doris

Dispożittiv

L-Artikolu 263 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-qrati nazzjonali milli jeżerċitaw stħarriġ tal-legalità fuq l-atti promoturi, preparatorji u ta’ proposta mhux vinkolanti adottati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, fl-Artikolu 4(1)(c) u fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif ukoll fl-Artikoli 85 sa 87 tar-Regolament Qafas (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ir-“Regolament Qafas tal-MSU”). F’dan ir-rigward huwa irrilevanti l-fatt li titressaq quddiem qorti nazzjonali azzjoni speċifika għal annullament minħabba ksur allegat tal-awtorità ta’ res judicata marbuta ma’ deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali.


(1)  ĠU C 283, 28.8.2017.


Top