EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0381

Kawża T-381/17: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Acsen vs Il-Parlament

ĠU C 269, 14.8.2017, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/31


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2017 – Acsen vs Il-Parlament

(Kawża T-381/17)

(2017/C 269/42)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ibram Acsen (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentant: C. Gagu, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla parzjalment l-Artikolu 22(1)(c) tad-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-mergers ta’ kumpanniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata sa fejn dan japplika għan-nullità assoluta tal-amalgamazzjonijiet.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ preskrizzjoni tan-nullità assoluta.

Peress li l-Artikolu 22(1)(c) tad-Direttiva 2011/35/UE ma jagħmilx distinzjoni bejn in-nullità relattiva u dik assoluta, it-terminu ta’ sitt xhur għall-preżentata ta’ rikors għal annullament japplika wkoll fil-każ tan-nullità assoluta, bi ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ preskrizzjoni ta’ tali tip ta’ nullità.


Top