EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0657

Kawża T-657/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2017 – Márquez Alentà vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (Rappreżentazzjoni ta’ nemla) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta nemla — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Għajbien tas-suġġett tal-kawża — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 269, 14.8.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2017 – Márquez Alentà vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (Rappreżentazzjoni ta’ nemla)

(Kawża T-657/16) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta nemla - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Għajbien tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2017/C 269/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Marc Márquez Alentà (Cervera, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1242/2015-1) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fiesta Hotels & Resorts u M. Márquez Alentà.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Marc Márquez Alentà.


(1)  ĠU C 410, 7.11.2016.


Top