EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0582

Kawża T-582/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2017 – Vankerckhoven-Kahmann vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċċjali — Bini mill-ġdid tal-karriera — Rifut ta’ promozzjoni — Trasferiment interistituzzjonali — Klassifikazzjoni fi grad — Talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-persunal — Terminu raġjonevoli — Inammissibbiltà”)

ĠU C 269, 14.8.2017, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2017 – Vankerckhoven-Kahmann vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-582/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Bini mill-ġdid tal-karriera - Rifut ta’ promozzjoni - Trasferiment interistituzzjonali - Klassifikazzjoni fi grad - Talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-persunal - Terminu raġjonevoli - Inammissibbiltà”))

(2017/C 269/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Monique Vankerckhoven-Kahmann (Enghien, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, sussegwentement minn G. Berscheid u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2015 li biha ġiet irrifjutata r-reviżjoni tal-grad tar-rikorrenti waqt it-trasferiment tiegħu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2015 li tiċħad l-ilment tagħha ppreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Monique Vankerckhoven-Kahmann għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-Numru F-11/15 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.09.2016).


Top