EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0304

Kawża C-304/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Helga Löber vs Barclays Bank PLC

ĠU C 269, 14.8.2017, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-24 ta’ Mejju 2017 – Helga Löber vs Barclays Bank PLC

(Kawża C-304/17)

(2017/C 269/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Helga Löber

Konvenut: Barclays Bank PLC

Domandi preliminari

Liema hija, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), il-qorti kompetenti għal talbiet mhux kuntrattwali fuq il-bażi tar-responsabbiltà li tirriżulta mill-prospectus meta:

l-investitur ħa fil-post ta’ domiċilju tiegħu d-deċiżjoni ta’ investiment tiegħu pprovokata mill-prospectus difettuż, u li

fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni, huwa ttrasferixxa l-prezz tax-xiri tat-titolu trasferibbli miksub fis-suq sekondarju mill-kont tiegħu miżmum minn bank Awstrijak lejn kont ta’ regolarizzazzjoni miżmum minn bank Awstrijak ieħor, minn fejn l-imsemmi prezz tax-xiri ġie sussegwentement ittrasferit lill-bejjiegħ għan-nom tar-rikorrent?

Din hija:

(a)

il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha l-investitur għandu d-domiċilju tiegħu?

(b)

il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab is-sede tal-bank jew tal-fergħa tiegħu li tiġġestixxi l-kont bankarju tar-rikorrent li minnu huwa ttrasferixxa lejn il-kont ta’ regolarizzazzjoni l-ammont investit?

(c)

il-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha tinsab is-sede tal-bank jew tal-fergħa tiegħu li tiġġestixxi l-kont ta’ regolarizzazzjoni?

(d)

waħda minn dawn il-qrati, skont l-għażla tar-rikorrent?

(e)

l-ebda waħda minn dawn il-qrati?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42


Top