EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0287

Kawża C-287/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Českých Budějovicích (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Mejju 2017 – Česká pojišťovna a.s. vs WCZ, spol. s r.o.

ĠU C 269, 14.8.2017, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Českých Budějovicích (ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Mejju 2017 – Česká pojišťovna a.s. vs WCZ, spol. s r.o.

(Kawża C-287/17)

(2017/C 269/05)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Českých Budějovicích

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Česká pojišťovna a.s.

Konvenuta: WCZ, spol. s r.o.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) u (3) tad-Direttiva 2011/7/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-qorti tagħti, lir-rikorrent li jirbaħ kawża dwar ir-rimbors ta’ dejn li jirriżulta minn tranżazzjoni kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 3 jew tal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, somma ta’ EUR 40 (jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali) kif ukoll ir-rimbors tal-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja, inkluż ir-rimbors tal-ispejjeż tat-tfakkira fl-indirizz tal-konvenut qabel il-preżentata tar-rikors, għal ammont stabbilit mid-dispożizzjonijiet proċedurali tal-Istat Membru?


(1)  ĠU 2011, L 48, p. 1.


Top