EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0099

Kawża F-99/10: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Ottubru 2010 — Ashbrook et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 13, 15.1.2011, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/42


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Ashbrook et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-99/10)

()

2011/C 13/84

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Michael Ashbrook (Lussemburgu, il-Lussemburgu) et (rappreżentanti: B. Cortese, C. Cortese u F. Spitaleri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta, imniżżla fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tar-rikorrenti, li jiġi limitat l-aġġustament tal-paga bażika tagħhom, minn Lulju 2009, favur żieda ta’ 1,85 % fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009 u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni espressi fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tax-xhur ta’ Jannar 2010 et seq, kif ukoll fl-istqarrijiet ta’ arretrati għas-sena 2009, sa fejn dawn japplikaw rata ta’ aġġustament ta’ 1,85 % minflok rata ta’ 3,7 %

tikkundanna lill-Kummissjoni għar-rimbors tad-differenza bejn l-ammonti tar-retribuzzjonijiet imħallsa skont ir-Regolament Nru 1296/09 sad-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża u dawk li jmisshom tħallsu li kieku l-aġġustament kellu jiġi kkalkolat korrettament, flimkien mal-interessi b’rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid applikabbli matul il-perijodi kkonċernati, miżjuda bi tliet punti u nofs, u dan mid-data li fiha s-somom mitluba fil-kawża prinċipali kienu dovuti,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top