EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0049

Kawża F-49/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 12 ta’ Ottubru 2010 — Wendler vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjoni ta’ rtirar — Ħlas tal-pensjoni — Obbligu li jinfetaħ kont bankarju fil-pajjiż ta’ residenza — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Eċċezzjoni ta’ ordni pubbliku — Prinċipju ta’ ugwaljanza)

ĠU C 13, 15.1.2011, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/37


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2010 — Wendler vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni ta’ rtirar - Ħlas tal-pensjoni - Obbligu li jinfetaħ kont bankarju fil-pajjiż ta’ residenza - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Eċċezzjoni ta’ ordni pubbliku - Prinċipju ta’ ugwaljanza)

2011/C 13/72

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Eberhard Wendler (Laveno Mombello, l-Italja) (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

L-annullament tat-talba tal-Kummissjoni li r-rikorrent jindika kont bankarju fil-pajjiż ta’ residenza tiegħu, għall-finijiet tal-ħlas tal-pensjoni.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Ir-rikors ta’ E. Wendler huwa miċħud.

(2)

E. Wendler għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009, p. 27.


Top