EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0517

Kawża T-517/10: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Novembru 2010 — Pharmazeutische Fabrik Evers vs UASI — Ozone Laboratories Pharma (HYPOCHOL)

ĠU C 13, 15.1.2011, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/31


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2010 — Pharmazeutische Fabrik Evers vs UASI — Ozone Laboratories Pharma (HYPOCHOL)

(Kawża T-517/10)

()

2011/C 13/60

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pharmazeutische Fabrik Evers GmbH & Co. KG (Pinneberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u R. Möller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ozone Laboratories Pharma SA (București, ir-Rumanija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Settembru 2010 fil-Każ R 1332/2009-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “HYPOCHOL” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5718069

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta’ trade mark Ġermaniża Nru 1171145 tat-trade mark figurattiva “HITRECHOL” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell assuma b’mod żbaljat illi ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks minħabba nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali.


Top