EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0084

Kawża C-84/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Regeringsrätten — L-Isvezja) — X vs Skatteverket ( VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 2, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 138(1) — Akkwist intra-Komunitarju ta’ dgħajsa bil-qlugħ ġdida — Użu immedjat ta tal-merkanzija mixtrija fl-Istat Membru ta’ akkwist jew fi Stat Membru ieħor qabel it-trasferiment tagħha fid-destinazzjoni finali tagħha — Terminu li fih jibda t-trasport tal-merkanzija sal-post ta’ destinazzjoni — Tul ta’ żmien massimu tat-trasport — Mument rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk mezz ta’ trasport huwiex ġdid bil-ħsieb li jiġi intaxxat )

ĠU C 13, 15.1.2011, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mir-Regeringsrätten — L-Isvezja) — X vs Skatteverket

(Kawża C-84/09) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 138(1) - Akkwist intra-Komunitarju ta’ dgħajsa bil-qlugħ ġdida - Użu immedjat ta tal-merkanzija mixtrija fl-Istat Membru ta’ akkwist jew fi Stat Membru ieħor qabel it-trasferiment tagħha fid-destinazzjoni finali tagħha - Terminu li fih jibda t-trasport tal-merkanzija sal-post ta’ destinazzjoni - Tul ta’ żmien massimu tat-trasport - Mument rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk mezz ta’ trasport huwiex ġdid bil-ħsieb li jiġi intaxxat)

2011/C 13/08

Lingwa tal-kawża: L-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X

Konvenuta: Skatteverket

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Regeringsrätten — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 20 u 138 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, dwar is-sistema ta’ taxxa komuni fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Xiri ta’ dgħajsa bil-qlugħ ġdida fi Stat Membru A minn persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru B għall-użu privat immedjat tagħha mill-persuna taxxabbli fl-Istat Membru A jew fi Stati Membri oħra matul ċertu perijodu qabel ma d-dgħajsa bil-qlugh tittieħed lejn id-destinazzjoni finali tagħha fl-Istat Membru B — Terminu li fih jibda t-trasport tal-merkanzija sal-post ta’ destinazzjoni — Tul ta’ żmien massimu tat-trasport — Mument rilevanti sabiex jiġi stabbilit jekk mezz ta’ trasport huwiex ġdid bil-ħsieb li jiġi intaxxat

Dispożittiv

(1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis sens li l-kwalifika ta’ tranżazzjoni bħala provvista jew akkwist intra Komunitarju ma tistax tiddependi fuq l-osservanza ta’ terminu kwalunkwe li fih it-trasport tal-merkanzija inkwistjoni mill-Istat Membru ta’ provvista lejn l-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandu jibda jew jintemm. Fil-każ partikolari tal-akkwist ta’ mezz ta’ trasport ġdid fis-sens tal-Artikolu 2(1)(b)(ii) ta’ din id-direttiva, id determinazzjoni tan-natura intra-Komunitarja tat-tranżazzjoni għandha ssir permezz ta’ evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha kif ukoll tal-intenzjoni tal-persuna li qed takkwista, sa kemm din tkun sostnuta minn elementi oġġettivi li jippermettu li jiġi identifikat l Istat Membru li fih huwa għandu jseħħ l-użu finali tal-merkanzija kkonċernata.

(2)

Sabiex jiġi evalwat jekk mezz ta’ trasport li huwa s-suġġett ta’ akkwist intra-Komunitarju huwiex ġdid fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad Direttiva 2006/112, għandu jiġi kkunsidrat il-mument tal-provvista tal-merkanzija kkonċernata mill-bejjiegħ lill-persuna li qed takkwista


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009


Top