EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0540

Kawża C-540/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH & Co. KG vs Österreich -Zeitungsverlag GmbH ( Direttiva 2005/29/KE — Prattiki kummerċjali żleali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi bħala prinċipju l-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw l-offerta ta’ premji lill-konsumaturi għax-xiri ta’ prodotti jew ta’ servizzi )

ĠU C 13, 15.1.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof — L-Awstrija) — Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH & Co. KG vs “Österreich”-Zeitungsverlag GmbH

(Kawża C-540/08) (1)

(Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi bħala prinċipju l-prattiki kummerċjali li jissuġġettaw l-offerta ta’ premji lill-konsumaturi għax-xiri ta’ prodotti jew ta’ servizzi)

2011/C 13/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag GmbH Co. KG

Konvenuta:“Österreich”-Zeitungsverlag GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 5(2) u (5) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-edituri ta’ perjodiċi milli javżaw, jipproponu jew joffru mingħajr korrispetiv lill-konsumaturi premji marbuta ma perjodiku u milli jipproponu tali premji b’rabta mal-bejgħ ta’ oġġetti jew mal-provvista ta’ servizzi mingħajr ma jieħdu inkunsiderazzjoni l-karattru qarrieqi jew agressiv tal-prattika kummerċjali inkwistjoni — Leġiżlazzjoni li ma għandhiex biss bħala skop il-protezzjoni tal-konsumaturi iżda wkoll iż-żamma tal-pluraliżmu tal-istampa u l-protezzjoni tal-kompetituri inqas b’saħħithom — Kunċett ta’ prattika kummerċjali żleali

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“direttiva fuq il-prattiki kummerċjali żleali”), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall dik inkwestjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi projbizzjoni ġenerali ta’ bejgħ bi premji u li ma hijiex biss intiża sabiex tipproteġi lill-konsumaturi iżda għandh wkoll għanijiet oħrajn.

(2)

Il-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni f’kompetizzjoni b’rigal, marbuta max-xiri ta’ ġurnal, ma tikkostitwixxix prattika kummerċjali żleali fis-sens tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2005/29, minħabba l-fatt biss li din il-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni f’logħba tirrappreżenta, għall-inqas għal parti mill-pubbliku kkonċernat, il-motiv determinanti li jwassalhom sabiex jixtru l-ġurnal.


(1)  ĠU C 69, 21.03.2009


Top