EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008FN0042
Case F-42/08: Action brought on 31 March 2008 — Marcuccio v Commission
Kawża F-42/08: Rikors ippreżentat fil- 31 ta' Marzu 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
Kawża F-42/08: Rikors ippreżentat fil- 31 ta' Marzu 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
ĠU C 158, 21.6.2008, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 158/27 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta' Marzu 2008 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-42/08)
(2008/C 158/50)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
L-aċċertament tal-fatt li fit-18 ta' Marzu 2002, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-Angola bagħtet, permezz ta' faks, nota bid-data tat-18 ta' Marzu 2002 u indirizzata lir-rikorrent, għand utent telefoniku li ma kienx taħt il-kontroll u lanqas għad-dispożizzjoni tar-rikorrent, l-aċċertament ta' l-illegalità ta' dan il-fatt u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas tas-somma ta' EUR 100 000 bħala kumpens tad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni ta' rifjut, indipendentement minn kif tittieħed, tat-talba tat-8 ta' Marzu 2007; |
— |
tannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni ta' rifjut, indipendentement minn kif tittieħed, għall-ilment ta' l-10 ta' Settembru 2007; |
— |
tannulla sa fejn huwa neċessarju, in-nota tad-9 ta' Jannar 2008; |
— |
taċċerta l-fatt li fit-18 ta' Marzu 2002, id-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-Angola bagħtet, permezz ta' faks mibgħut għand utent telefoniku identifikat bin-numru tat-telefon u fax +39.0833.54xxxx, nota bid-data tat-18 ta' Marzu 2002 u indirizzata lir-rikorrent, u taċċerta u tiddikjara l-illegalità ta' dan il-fatt; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta sabiex tagħti lir-rikorrent, bħala ħlas tad-dannu subit u li qed jissubixxi fir-rigward tal-fatt li ħoloq dan id-dannu u li ġie kkawżat minnu, is-somma ta' EUR 100 000, jew dik is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis bħala ekwa u ġusta, flimkien ma' l-imgħax b'rata ta' 10 % fis-sena, u bil-kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru mid-data tat-talba tat-8 ta' Marzu 2007 u sakemm jitħallsu; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta r-rifużjoni, favur ir-rikorrent, ta' l-ispejjeż kollha, inklużi dawk marbuta mal-kitba tal-perizja ex parte li eventwalment issir sabiex tiġi aċċertata l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrent is-somma msemmija iktar 'il fuq kif ukoll, b'mod iktar ġenerali, sabiex jiġi aċċertat kull fatt rilevanti għall-finijiet tas-sentenza li ser tingħata fil-kawża prinċipali. |