EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FN0033

Kawża F-33/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Marzu 2008 — V vs Il-Kummissjoni

ĠU C 158, 21.6.2008, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/26


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Marzu 2008 — V vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-33/08)

(2008/C 158/47)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: V (rappreżentant: C. Ronzi, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2007 li tinforma lir-rikorrenti li hija ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet ta' kapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea, it-tneħħija mill-inkartament personali tagħha ta' ċerti rapporti ta' esperti, u t-talba għal kumpens għad-dannu morali u materjali subit.

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta' Mejju 2007 li tinforma lir-rikorrenti li hija ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet ta' kapaċità fiżika meħtieġa għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea;

safejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tal-12 ta' Lulju 2007 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti, fl-1 ta' Ġunju 2007;

tordna t-tneħħija mill-inkartament personali tar-rikorrenti tar-rapporti ta' esperti maħruġa fil-15 ta' Settembru 2006, fil-21 ta' Settembru 2006 u fit-28 ta' Marzu 2007 u, konsegwentement, tiddeċiedi li hemm lok li ssir referenza għall-opinjoni medika inizjali tas-26 ta' Ġunju 2006 li fiha r-rikorrenti kienet ġiet iddikjarata kapaċi għax-xogħol;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens għad-dannu morali u materjali subit mir-rikorrenti stmat fuq bażi proviżorja ex aequo et bono għal EUR 179 900 (b'interessi għal dewmien li l-ammont tagħhom għandu jiġi kkalkolat bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid, miżjuda b'żewġ punti, mill-1 ta' Awwissu 2006);

tordna l-estensjoni fir-rigward tar-rikorrenti tal-lista ta' riżerva fejn jidher isimha, bħala miżuri proviżorji, jekk is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandha tingħata wara x-xahar ta' Frar 2009 (data ta' skadenza tal-validità tal-lista ta' riżerva);

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.


Top