EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0358

Kawża T-358/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 28 ta' April 2008 — PubliCare Marketing Communications GmbH vs L-UASI (Publicare) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Publicare — Terminu sabiex jitressaq rikors — Każ aċċidentali — Żball skużabbli — Inammissibbiltà manifesta )

ĠU C 158, 21.6.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' April 2008 — PubliCare Marketing Communications GmbH vs L-UASI (Publicare)

(Kawża T-358/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Publicare - Terminu sabiex jitressaq rikors - Każ aċċidentali - Żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta’)

(2008/C 158/27)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PubliCare Marketing Communications GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Mohr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-27 ta' Ġunju 2007 (Każ R 157/2007-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Publicare bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PubliCare Marketing Communicatons GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 283 ta' l-24.11.2007.


Top