EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TB0097

Kawża T-97/07: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l- 10 ta' April 2008 — Imelios vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Rikors għal danni — Il-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (1998-2002) — Klawsola ta' arbitraġġ — Nota ta' debitu — Inammissibbiltà )

ĠU C 158, 21.6.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/17


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' April 2008 — Imelios vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-97/07) (1)

(“Rikors għal annullament - Rikors għal danni - Il-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni (1998-2002) - Klawsola ta' arbitraġġ - Nota ta' debitu - Inammissibbiltà’)

(2008/C 158/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Imelios SA (Velizy-Villacoublay, Franza) (rappreżentant: C. Curtil, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Ladenburger u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni, wara rapport ta' verifika ta' l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), li tipproċedi, permezz tan-nota ta' debitu tas-17 ta' Jannar 2007, għall-irkupru tal-ħlas bil-quddiem imħallas fil-kuntest tal-kuntratt, bir-referenza IST-1999-10934 — ASSIST, dwar il-proġett “Knowledge Management for Help Desk Operators”, konkluż fil-kuntest tal-ħames programm għal azzjonijiet Komunitarji ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' dimostrazzjoni fil-qasam tas-soċjetà ta' l-informatika konvivjali (1998-2002), u, it-tieni nett, talba għall-ħlas tas-somma ta' EUR 34 368 fir-rigward tal-parti tas-sussidju li għadha trid titħallas b'applikazzjoni ta' dan l-imsemmi kuntratt u, it-tielet nett, talba għal danni intiża sabiex tikseb il-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni ta' l-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Imelios SA hija kkundannata tbati, barra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007.


Top