EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0304

Kawża C-304/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat- 8 ta' Mejju 2008 — Eurohypo AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(b) — Trade mark verbali EUROHYPO — Raġuni assoluta għal rifjut ta' reġistrazzjoni — Trade mark li mhijiex ta' karattru distintiv)

ĠU C 158, 21.6.2008, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 158/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tat-8 ta' Mejju 2008 — Eurohypo AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-304/06 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b) - Trade mark verbali EUROHYPO - Raġuni assoluta għal rifjut ta' reġistrazzjoni - Trade mark li mhijiex ta' karattru distintiv)

(2008/C 158/05)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Eurohypo AG (rappreżentanti: C. Rohnke u M. Kloth, Rechtsanwälte)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u J. Weberndörfer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-3 ta' Mejju 2006 Eurohypo AG vs UASI (T-439/04), li biha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “EUROHYPO” għal servizzi fil-klassi 36 — Karattru distintiv ta' trade mark li tikkonsisti esklużivament f'sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta' servizz

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-3 ta' Mejju 2006, Eurohypo vs UASI (EUROHYPO) (T-439/04), hija annullata safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li r-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ma kisirx l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3288/94, tat-22 ta' Diċembru 1994, meta rrifjuta, bid-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Awwissu 2004 (Każ R 829/2002-4), li jirreġistra bħala trade mark Komunitarja l-kelma “EUROHYPO” għas-servizzi li jaqgħu fil-klassi 36 skond il-Ftehim ta' Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta' Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta' Trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat, klassifikazzjoni li tikkorrispondi għad-deskrizzjoni li ġejja: “[a]ffarijiet finanzjarji; affarijiet monetarji; affarijiet relatati mal-proprjetà immobbli, servizzi finanzjarji, finanzjamenti […]”.

2)

Ir-rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta' Awwissu 2004 (Każ R 829/2002-4) huwa miċħud.

3)

Eurohypo AG hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.


(1)  ĠU C 224, 16.9.2006.


Top