EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Ftehimiet ta’ qafas bilaterali għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Mercosur

Ftehimiet ta’ qafas bilaterali għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Mercosur

 

SOMMARJU TA’:

Il-Ftehim Qafas għall-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil

Id-Deċiżjoni 95/445/KE dwar il-konklużjoni tal-Qafas ta’ Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Federazzjoni tal-Brażil

Il-Ftehim Qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj

Id-Deċiżjoni 92/509/KEE li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim Qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj

Il-Ftehim Qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Levantina tal-Urugwaj

Id-Deċiżjoni 92/205/KEE li għandha x’taqsam mal-konklużjoni tal-Ftehim Ta’ Qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Lvant tal-Urugwaj

Il-Ftehim Qafas għall-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Arġentina

Id-Deċiżjoni 90/530/KEE dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Arġentina

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIMIET U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

  • Il-ftehimiet jipprovdu l-bażi għal kooperazzjoni bilaterali bejn l-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj u l-Urugwaj, u l-UE.
  • Id-deċiżjonijiet jikkonkludu l-ftehimiet f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

  • L-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj u l-Urugwaj huma l-erba’ membri fundaturi tal-Mercosur — is-Suq Komuni tan-Nofsinhar.
  • Il-prinċipji bażiċi tal-ftehimiet jinkludu:
    • ir-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; u
    • it-tisħiħ tal-integrazzjoni reġjonali.
  • Fl-erba’ ftehimiet kollha, il-partijiet jagħtu lil xulxin it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit*.
  • Il-ftehimiet ikopru oqsma simili ta’ kooperazzjoni iżda huma mfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-pajjiż individwali. L-oqsma ta’ kooperazzjoni jinkludu:
    • il-kummerċ — biex jiġi żviluppat u ddiversifikat il-kummerċ u biex jiġi eżaminat mod ta’ kif għandhom jiġu eliminati l-ostakoli, inklużi d-dazji u t-taxxi, u l-iskambju tal-informazzjoni;
    • kwistjonijiet ekonomiċi — biex jissaħħu r-rabtiet ekonomiċi, jittejjeb il-kummerċ, jittejbu l-istandards tal-għajxien, jitħeġġeġ l-investiment, eċċ;
    • l-agrikoltura — enfasi fuq l-iżvilupp ta’ kwistjonijiet kummerċjali u dawk relatati mas-saħħa;
    • l-integrazzjoni reġjonali — inkluża l-kooperazzjoni ambjentali fil-livell reġjonali, l-iżvilupp tal-kummerċ intrareġjonali, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet reġjonali, l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ politiki u attivitajiet komuni u komunikazzjonijiet reġjonali;
    • l-ambjent — biex jissolvew il-problemi marbuta mat-tniġġis tal-ilma, tal-ħamrija u tal-arja, mal-erożjoni, mad-deżertifikazzjoni, mad-deforestazzjoni; mal-isfruttament żejjed tar-riżorsi naturali u mal-protezzjoni tal-ekosistemi;
    • ix-xjenza u t-teknoloġija;
    • l-iżvilupp — b’mod partikolari kwistjonijiet soċjali u rurali.
  • Il-ftehim mal-Brażil jistabbilixxi l-aktar qasam wiesa’ ta’ kooperazzjoni, li jestendi għat-teknoloġija tal-informazzjoni, it-telekomunikazzjoni u t-teknoloġija spazjali, it-trasport, l-enerġija, is-setturi tax-xogħol fil-minjieri, il-forestrija u rurali, is-sajd, l-iżvilupp teknoloġiku u l-proprjetà intellettwali.
  • Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni li jikkonsisti minn rappreżentanti taż-żewġ partijiet jiżgura l-funzjonament xieraq ta’ kull ftehim u jagħmel rakkomandazzjonijiet.
  • Il-ftehimiet ġew konklużi għal perjodu inizjali ta’ 5 snin u jiġu mġedda b’mod taċitu wara dan.
  • Il-ftehimiet kollha jinkludu klawżola dwar l-iżviluppi futuri, li tippermetti lill-partijiet jespandu l-kontenut tal-ftehimiet.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

  • Il-ftehim mal-Brażil daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1995.
  • Il-ftehim mal-Paragwaj daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1992.
  • Il-ftehim mal-Urugwaj daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1994.
  • Il-ftehim mar-Repubblika Arġentina daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 1991.

SFOND

  • Minbarra l-arranġamenti bilaterali, ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Mercosur huma msaħħa aktar permezz ta’ Ftehim Qafas dwar il-Koperazzjoni Interreġjonali (IFCA).
  • Minbarra li jiffoka fuq ir-relazzjonijiet eżistenti, l-IFCA għandu l-għan li jistabbilixxi l-pedamenti għal Assoċjazzjoni interreġjonali.
  • F’Ġunju 2019 intlaħaq ftehim politiku għal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn iż-żewġ partijiet.

Għal iktar informazzjoni ara:

TERMINI EWLENIN

Nazzjon l-aktar iffavorit (MFN): klawżola MFN tirrikjedi li pajjiż jipprovdi kwalunkwe konċessjoni, privileġġ jew immunità mogħtija lil pajjiż wieħed fi ftehim kummerċjali lill-pajjiżi l-oħra f’kull ftehim li jkun fih dik il-klawżola. Tipikament, din il-klawżola tapplika għall-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li għandhom jagħtu kwalunkwe trattament preferenzjali lill-pajjiżi membri l-oħra kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dawk il-ftehimiet.

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Ftehim Qafas għal Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (ĠU L 262, 1.11.1995, pp. 54-65)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/445/KE tat-30 ta’ Ottubru 1995 dwar il-konklużjoni tal-Qafas ta’ Ftehim għall-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Federazzjoni tal-Brażil (ĠU L 262, 1.11.1995, p. 53)

Il-Ftehim Qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj (ĠU L 313, 30.10.1992, pp. 72-81)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/509/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim Qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj (ĠU L 313, 30.10.1992, p. 71)

Il-Ftehim Qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Levantina tal-Urugwaj (ĠU L 94, 8.4.1992, pp. 2-12)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/205/KEE tas-16 ta’ Marzu 1992 li għandha x’taqsam mal-konklużjoni tal-Ftehim Ta’ Qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Lvant tal-Urugwaj (ĠU L 94, 8.4.1992, p. 1)

Il-Qafas ta’ Ftehim għall-kummerċ u l-koperazzjoni ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Arġentina (ĠU L 295, 26.10.1990, pp. 67-73)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/530/KE tat-8 ta’ Ottubru 1990 dwar l-ilħuq ta’ Ftehim għall-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Arġentina (ĠU L 295, 26.10.1990, p. 66)

DOKUMENTI RELATATI

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim qafas għal koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil (ĠU L 262, 1.11.1995, p. 66)

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Qafas għall-koperazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u l-Komunità Ekonomika Ewropea [titolu mhux uffiċjali], li ġie ffirmat fi Brussell fit-3 ta’ Frar 1992 (ĠU L 313, 30.10.1992, p. 82)

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim qafas għall-koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Levantina tal-Urugwaj [titolu mhux uffiċjali](ĠU L 286, 5.11.1994, p. 40)

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika Arġentina, min-naħa l-oħra [titolu mhux uffiċjali] (ĠU L 208, 30.7.1991, p. 73)

l-aħħar aġġornament 06.03.2020

Top