EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0055

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/55 tad-19 ta' Jannar 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 13, 20.1.2016, p. 43–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/55/oj

20.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/43


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/55

tad-19 ta' Jannar 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti sustanzi aromatizzanti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan.

(4)

Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm is-sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom mhumiex assenjati noti ta' qiegħ il-paġna kif ukoll is-sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati bin-noti ta' qiegħ il-paġna 1 sa 4 f'dik il-lista.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), lestiet il-valutazzjoni ta' ħames (5) sustanzi li bħalissa huma elenkati bħala sustanzi aromatizzanti li qed jiġu evalwati. Dawk is-sustanzi aromatizzanti ġew ivvalutati mill-EFSA fl-evalwazzjonijiet tal-gruppi ta' aromatizzanti li ġejjin: evalwazzjoni FGE.12rev5 (4) (is-sustanzi FL-nri 07.041 u 07.224), FGE. 63rev2 (5) (is-sustanzi FL-nri 07.099 u 07.101), u evalwazzjoni FGE. 312 (6) (sustanza FL-nru 16.126). L-EFSA ikkonkludiet li dawk is-sustanzi aromatizzanti ma jagħtux lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-livelli stmati tal-konsum dijetetiku.

(6)

Bħala parti mill-evalwazzjoni tagħha, l-EFSA għamlet kummenti dwar l-ispeċifikazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi. Il-kummenti huma marbutin mal-ismijiet, il-purità jew il-kompożizzjoni tas-sustanzi FL-nri: 07.041, 07.224 u 07.099. Dawk il-kummenti għandhom jitniżżlu fil-lista.

(7)

Il-lista tal-Unjoni msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija maħsuba biss biex tirregola l-użu tas-sustanzi aromatizzanti li jiġu miżjuda mal-ikel sabiex jagħtu jew jimmodifikaw ir-riħa u/jew it-togħma. Is-sustanza FL-nru 16.126 tista' tiġi miżjuda wkoll mal-ikel għal skopijiet oħra minbarra l-aromatizzar u użi bħal dawn jibqgħu soġġetti għal regoli oħra. Dan ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet ta' użu li jirrigwardaw biss l-użu tagħha bħala sustanza aromatizzanti.

(8)

Is-sustanzi aromatizzanti evalwati f'dawk l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu elenkati bħala sustanzi evalwati billi jitħassru n-noti ta' qiegħ il-paġna 1 u 2 fl-entrati rilevanti tal-lista tal-Unjoni.

(9)

Għalhekk, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Jannar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  EFSA Journal 2014; 11(12):3911.

(5)  EFSA Journal 2014; 11(4):3188.

(6)  EFSA Journal 2013; 11(10):3404.


ANNESS

Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata kif ġej:

(1)

L-entrata dwar FL-nru 07.041 tinbidel b'dan li ġej:

“07.041

beta-Isometiljonon

79-89-0

 

650

Taħlita ta' isomeri E/Z (50-70 % (E) u 30-50 % (Z))

 

 

L-EFSA”

(2)

L-entrata dwar FL-nru 07.099 tinbidel b'dan li ġej:

“07.099

6-metiletta-3,5-dien-2-on

1604-28-0

1134

11143

Taħlita ta' sterjoisomeri E/Z: 60-90 % (E)

 

 

L-EFSA”

(3)

L-entrata dwar FL-nru 07.101 tinbidel b'dan li ġej:

“07.101

4-Metilpent- 3-en- 2-on

141-79-7

1131

11853

 

 

 

L-EFSA”

(4)

L-entrata dwar FL-nru 07.224 tinbidel b'dan li ġej:

“07.224

trans-1-(2,6,6-Trimetil-1-ċikloeżen-1-il)but-2-en-1-on

23726-91-2

 

 

Mill-anqas 90 %; komponenti sekondarji 2-4 % alfa-damaskon u 2-4 % delta-damaskon

 

 

L-EFSA”

(5)

L-entrata dwar FL-nru 16.126 tinbidel b'dan li ġej:

“16.126

3-[(4-ammino-2,2-diossido-1H-2,1,3-benżotijadiażin-5-il)ossi]-2,2-dimetil-N-propilpropanammid

1093200-92-0

2082

 

 

Restrizzjonijiet għall-użu bħala sustanza aromatizzanti:

 

Fil-kategorija 1 — mhux iktar minn 3 mg/kg.

 

Fil-kategorija 3 — mhux iktar minn 5 mg/kg.

 

Fil-kategorija 5 — mhux iktar minn 15 mg/kg.

 

Fil-kategorija 5.3 — mhux iktar minn 30 mg/kg.

 

Fil-kategorija 5.4 — mhux aktar minn 10 mg/kg

 

Fil-kategorija 6.3 — mhux iktar minn 15 mg/kg.

 

Fil-kategorija 7 — mhux iktar minn 10 mg/kg.

 

Fil-kategorija 12 — mhux iktar minn 10 mg/kg.

 

Fil-kategorija 14.1 — mhux iktar minn 5 mg/kg.

 

Fil-kategorija 16, minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1, 3 u 4 — mhux aktar minn 5 mg/kg.

 

L-EFSA”


Top