EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017PC0796

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor

COM/2017/0796 final - 2017/0354 (COD)

Brussell, 19.12.2017

COM(2017) 796 final

2017/0354(COD)

IL-PAKKETT TAL-PRODOTTI

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2017) 471 final}
{SWD(2017) 472 final}
{SWD(2017) 475 final}
{SWD(2017) 476 final}
{SWD(2017) 477 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Il-kisba ta’ suq uniku aktar profond u aktar ġust hija waħda mill-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea 1 . Is-segwitu u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għal Suq Uniku, Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji, adottata fit-28 ta’ Ottubru 2015 2 jikkostitwixxu wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 3 .

Fi ħdan is-Suq Uniku, il-moviment liberu tal-merkanzija huwa l-aktar libertà fundamentali żviluppata mill-erbgħa li huma u jiġġenera madwar 25 % tal-PDG tal-UE u 75 % tal-kummerċ intra-UE. L-UE hija responsabbli għal madwar wieħed minn sitta tal-kummerċ dinji ta’ prodotti. Il-kummerċ ta’ prodotti bejn l-Istati Membri tal-UE (kummerċ intra-UE) fl-2016 kien stmat għal EUR 3 110 biljun 4 . Madankollu, għad fadal xi jsir biex jiġi assigurat Suq Uniku Ewropew profond u ġust. Fejn ma hemmx regoli komuni, mhux dejjem qed jiġi applikat il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Il-“Pakkett dwar il-Prodotti” mħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017, għandu l-għan li jindirizza din il-problema fundamentali, b’inizjattiva dwar ir-rikonoxximent reċiproku.

Ir-rikonoxximent reċiproku huwa essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku għall-prodotti. Fejn ma hemmx fis-seħħ leġiżlazzjoni speċifika tal-UE, l-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu regoli nazzjonali li jistipolaw ir-rekwiżti li għandhom jiġu ssodisfati mill-prodotti. Tali rekwiżiti nazzjonali jistgħu jikkoeżistu f’diversi Stati Membri, iżda, jekk ikunu diverġenti, jistgħu joħolqu ostakoli għall-kummerċ intra-UE Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jirrikjedi li prodott li jkun kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru partikolari ma għandux jiġi pprojbit fi Stat Membru ieħor, sakemm dan tal-aħħar ma jkollux raġunijiet tajba sabiex jipprojbixxi jew jillimita l-bejgħ tiegħu. Ir-rikonoxximent reċiproku japplika għall-prodotti li mhumiex soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew li huma koperti minnha biss parzjalment, bħal firxa wiesgħa ta’ prodotti għall-konsumatur (tessuti, xedd tas-saqajn, oġġetti tal-kura tat-tfal, ġojjellerija, pożati u reċipjenti għal fuq il-mejda jew għamara).

L-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 764/2008 (“ir-Regolament”) 5 kienet risposta parzjali 6 għall-applikazzjoni dgħajfa tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-prodotti, ikkawżata min-nuqqas ta’ għarfien dwar il-prinċipju, l-inċertezza tad-dritt fl-applikazzjoni tiegħu u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet nazzjonali. Ir-Regolament kellu l-għan prinċipalment li jistabbilixxi qafas proċedurali sabiex jimminimizza l-possibbiltà li r-regoli tekniċi nazzjonali joħolqu ostakoli illegali 7 .

F’Diċembru 2013, il-Konklużjonijiet dwar il-Politika tas-Suq Uniku, adottati mill-Kunsill Kompetittività, innotaw li sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet qafas għan-negozji u l-konsumaturi fis-Suq Uniku, għandhom jintużaw tajjeb l-istrumenti rilevanti kollha, inklużi l-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku 8 . Il-Kummissjoni għalhekk kienet mistiedna tirrapporta lill-Kunsill dwar is-setturi u s-swieq fejn l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku hija ekonomikament l-aktar vantaġġjuża, iżda fejn il-funzjonament tiegħu għadu insuffiċjenti jew problematiku. Fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar il-Politika tas-Suq Uniku ta’ Frar 2015, il-Kunsill Kompetittività ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tassigura li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jiffunzjona b’mod effettiv u biex tressaq proposti għal dak il-għan, kif jixraq 9 .

Bi tweġiba għall-indikazzjonijiet li l-funzjonament tal-prinċipju jista’ ma jkunx ottimali, u b’kont meħud tat-talba tal-Kunsill, l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku kienet soġġetta għal evalwazzjoni esterna 10 . Waqt li kompliet tibni fuqha, l-Evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku (REFIT) kienet tinkludi valutazzjoni tal-funzjonament tar-Regolament ukoll, sabiex tinkiseb stampa sħiħa tal-ostakoli li qegħdin jimpedixxu lir-rikonoxximent reċiproku milli jiffunzjona b’mod ottimali (minn hawnhekk ’il quddiem, l-Evalwazzjoni).

L-Evalwazzjoni kkonkludiet li r-rikonoxximent reċiproku mhux jiffunzjona kif suppost u li l-prinċipju u r-Regolament kellhom effetti limitati sabiex jintlaħqu l-objettivi previsti f’termini ta’ sensibilizzazzjoni u taż-żieda fiċ-ċertezza legali u fil-kooperazzjoni amministrattiva.

Din l-inizjattiva tirrispondi għall-konklużjonijiet tal-Evalwazzjoni. L-objettiv ġenerali tagħha huwa li jinkiseb suq uniku aktar ġust u aktar profond għall-prodotti permezz ta’ rikonoxximent reċiproku akbar u aħjar.

L-objettiv speċifiku se jkun li ttejjeb il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku billi tipproponi diversi miżuri ambizzjużi. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jassiguraw li d-drittijiet u l-obbligi eżistenti li joħorġu mill-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jiġu osservati. Fil-prattika, dan ifisser li l-Istati Membri se jkunu jistgħu jibqgħu jipproteġu l-objettivi pubbliċi nazzjonali leġittimi tagħhom u jillimitaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti anki jekk ikunu kummerċjalizzati legalment xi mkien ieħor, jekk id-deċiżjoni tagħhom tkun ġustifikata u proporzjonata.

L-ewwel, l-iċċarar tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku, billi jiġi definit b’mod ċar meta huwa applikabbli, se jżid iċ-ċertezza legali għan-negozji u għall-awtoritajiet nazzjonali dwar meta jista’ jintuża l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

It-tieni, l-introduzzjoni ta’ awtodikjarazzjoni sabiex tiffaċilita t-turija li prodott ikun diġà kummerċjalizzat legalment, u ta’ sistema ta’ soluzzjoni tal-problemi sabiex tittratta deċiżjonijiet li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq, se żżid iċ-ċertezza legali dwar l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku u tiffaċilita l-applikazzjoni tiegħu min-negozji; kemm in-negozji kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali se jkunu jafu x’jistgħu raġonevolment jistennew meta jiġi applikat, jew suppost jiġi applikat, ir-rikonoxximent reċiproku.

Fl-aħħar nett, l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni amministrattiva, u l-introduzzjoni ta’ għodda tal-IT, se jtejbu l-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-fiduċja fost l-awtoritajiet nazzjonali, u b’hekk jiffaċilitaw il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam tal-politika

(a)Id-Direttiva (UE) 2015/1535 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika 11 .

Id-Direttiva tikkontribwixxi sabiex ikun assigurat rikonoxximent reċiproku akbar u aħjar billi tirrikjedi li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lil xulxin bi kwalunkwe abbozz ta’ “regolamenti tekniċi” għall-prodotti qabel ma dawn jiġu adottati fil-liġi nazzjonali. Dan jgħin sabiex jiġi evitat li jinħolqu ostakoli kummerċjali ġodda fil-forma ta’ “regolamenti tekniċi” qabel ma jiġu adottati, billi jippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivverifikaw li r-regola teknika hija kompatibbli mad-dritt tal-UE. Din l-inizjattiva għandha objettiv kumplimentari, differenti. Tistabbilixxi miżuri korrettivi, sabiex jassiguraw, ladarba r-regola tkun fis-seħħ, li din tiġi applikata b’mod korrett fuq bażi ta’ każ b’każ b’mod li jirrispetta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

(b)Id-Direttiva 2001/95/KE dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti 12  

Id-Direttiva tassigura li l-prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE jkunu sikuri. Tapplika għall-prodotti tal-konsumatur mhux armonizzati. Dan l-abbozz ta’ Regolament japplika wkoll għall-qasam mhux armonizzat, iżda jindirizza s-sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkun beħsiebhom jiċħdu jew jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni jew l-użu ta’ prodott tal-konsumatur mhux armonizzat, li jkun kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru ieħor, għal raġunijiet għajr riskju biss għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta prodott ma jitħalliex jiġi kummerċjalizzat għal raġunijiet ibbażati fuq id-denominazzjoni, id-daqs, il-kompożizzjoni jew l-imballaġġ, jew għal raġunijiet ambjentali.

(c)Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 dwar il-prodotti għall-bini 13  

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għall-Bini (PCPCs), sabiex jipprovdu informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet applikabbli għax-xogħlijiet tal-bini u l-prodotti għall-bini. Din l-inizjattiva tikkumplimenta b’mod koerenti l-PCPCs. Madankollu, f’diversi Stati Membri, saret fużjoni tal-PCPC u tal-PCP, sabiex jiġi pprovdut “punt uniku waħdieni ta’ kuntatt” għan-negozji. Din l-inizjattiva ma tipprevenix fużjonijiet bħal dawn fil-ġejjieni.

(d)In-netwerk SOLVIT 14  

SOLVIT hu servizz ipprovdut mill-amministrazzjoni nazzjonali f’kull Stat Membru tal-UE, kif ukoll fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja. Huwa jgħin lin-negozji meta d-drittijiet tagħhom jiġu miksura mill-awtoritajiet pubbliċi fi Stat Membru ieħor tal-UE, billi jfittex li tinstab soluzzjoni fi żmien 10 ġimgħat. Għalhekk, SOLVIT jista’ jintuża, bħala alternattiva għall-proċeduri tal-qorti, min-negozji meta jkunu qed jiffaċċjaw deċiżjoni nazzjonali li tiċħad jew tillimita l-aċċess għas-suq fuq il-bażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Din l-inizjattiva tibni fuq in-netwerk SOLVIT u l-Pjan ta’ azzjoni adottat dan l-aħħar dwar ir-rinfurzar ta’ SOLVIT 15 ; hija ttejjeb il-mekkaniżmu eżistenti fil-qasam tal-prodotti, sabiex tiffaċilita l-kontestazzjoni ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq abbażi tar-rikonoxximent reċiproku.

(e)Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku huma kompletament kumplimentari. Il-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern huwa assigurat permezz ta’ regoli komuni tal-UE dwar il-prodotti (il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni) u l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni tistabbilixxi rekwiżiti komuni dwar kif prodott irid jiġi mmanifatturat. Iżda leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni li tkopri kull prodott u aspett ta’ prodott la hija objettiv fattibbli u lanqas mixtieq. Hija proċess għali u li jieħu ħafna ħin, fejn irid jinstab bilanċ bejn l-approċċi differenti u għandu jiġi riżervat biss għal dawk il-prodotti u aspetti tal-prodotti fejn ikun hemm ostakoli sinifikanti għall-moviment liberu fis-Suq Uniku li ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod ieħor. Fejn ma hemmx regoli komuni tal-UE, jew meta l-prodotti jkunu koperti parzjalment biss mir-regoli komuni tal-UE, l-Istati Membri jibqgħu liberi li jadottaw regoli tekniċi nazzjonali li jistabbilixxu r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn dawk il-prodotti, f’termini ta’ denominazzjoni, forma, daqs, tikkettar jew imballaġġ, eċċ. Din l-inizjattiva tassigura li meta l-Istati Membri jagħmlu dan, huma jikkonformaw mal-Artikoli 34 u 36 TFUE, u b’mod partikolari mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

L-inizjattivi li għaddejjin / ippjanati li ġejjin fuq livell tal-UE huma importanti għar-rikonoxximent reċiproku:

(a)Il-Portal Diġitali Unika 16 . Il-Portal għandu= l-għan li ttejjeb id-disponibbiltà, il-kwalità u s-sejbien online ta’ servizzi u proċeduri ta’ informazzjoni u assistenza li huma rilevanti għan-negozji u ċ-ċittadini.

(b)Il-pjan ta’ azzjoni dwar ir-rinfurzar ta’ SOLVIT 17 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-Artikolu 114(1) TFUE, li jittratta l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u li jispeċifika li jistgħu jiġu adottati miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri, li l-għan tagħhom huwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi regoli u proċeduri sabiex jassiguraw li l-moviment liberu ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor jingħata b’rispett sħiħ tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Ma jippreġudikax l-awtonomija regolatorja tal-Istati Membri fil-qasam tal-prodotti mhux armonizzati.

Is-sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Ir-rikonoxximent reċiproku japplika biss f’sitwazzjonijiet transfruntiera fejn operatur ekonomiku jkun jixtieq jinnegozja fi Stat Membru partikolari prodott li diġà jkun kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru ieħor. Azzjoni mill-Istati Membri waħedhom ma tistax issolvi problemi assoċjati mal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fis-suq uniku. Biex tkun effettiva, l-applikazzjoni tal-prinċipju jeħtieġ li tkun ibbażata fuq soluzzjonijiet komuni li jridu jiġu applikati b’mod indaqs mill-awtoritajiet nazzjonali kollha. Proċeduri komuni bħal dawn biss jistgħu jiggarantixxu li l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw il-prinċipju bl-istess mod, u b’hekk jippermettu lill-kumpaniji li jibbenefikaw minn trattament ugwali irrispettivament mill-pajjiż fejn jippruvaw jikkumerċjalizzaw il-prodott tagħhom. It-tħollija tal-aspetti proċedurali tal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku f’idejn kull Stat Membru ddgħajjef il-prinċipju billi żżarma l-modus operandi fi 28 proċedura differenti u possibbilment kontradittorji. Għalhekk, azzjoni tal-UE hija kemm xierqa kif ukoll ġustifikata sabiex tassigura l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju. L-UE għandha r-responsabbiltà li taġixxi sabiex tassigura l-funzjonament tas-suq uniku għall-prodotti. Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-suq intern għandu jinkludi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati. Il-projbizzjoni ta’ miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta’ prodotti hija wieħed mill-prinċipji ewlenin tat-TFUE (l-Artikoli 34 sa 36).

Proporzjonalità

Din il-proposta toħloq bilanċ tajjeb bejn, fuq naħa waħda, l-awtonomija regolatorja li għandhom l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu l-livell ta’ protezzjoni li huma jqisu neċessarju biex jilħqu interessi pubbliċi leġittimi, u, fuq in-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakoli li fadal għall-moviment liberu ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stati Membri oħra u soġġett għall-Artikoli 34-36 TFUE.

Il-miżuri previsti f’din il-proposta ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu solvuti l-problemi identifikati u sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti. Il-kostijiet previsti fuq il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma kkunsidrati bħala aċċettabbli, u se jiġu kkumpensati mill-iffrankar li jagħmlu n-negozji, u l-benefiċċji kemm għan-negozji, kif ukoll għall-konsumaturi u għall-Istati Membri.

Għażla tal-istrument

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE. Huwa jinkludi dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-Suq Uniku għall-prodotti, billi jistabbilixxu regoli u proċeduri għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u għan-negozji sabiex jassiguraw il-moviment liberu mingħajr problemi ta’ prodotti legalment ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni tal-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-prodotti, jiġifieri l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u r-Regolament dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku, eżaminat il-punt sa fejn ir-rikonoxximent reċiproku laħaq l-objettivi oriġinali tiegħu f’termini ta’ effettività, effiċjenza, rilevanza, koerenza, u valur miżjud tal-UE. Is-sejbiet juru li, fil-qasam tal-prodotti, ir-rikonoxximent reċiproku għadu rilevanti u għandu l-potenzjal li jġib valur miżjud għall-UE. Huwa jagħti l-possibbiltà li jiġu kummerċjalizzati fi Stati Membri oħra prodotti li diġà jkunu kummerċjalizzati legalment xi mkien ieħor. Madankollu, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku mhux qed jiffunzjona tajjeb. Il-maġġoranza tan-negozji li jixtiequ jbigħu prodotti fi Stat Membru ieħor jiċċekkjaw ir-regoli applikabbli f’dak l-Istat Membru, u, jekk dawn ir-regoli joarkolawhom milli jbigħu l-prodott, huma ma jibbażawx fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku iżda ħafna minnhom jadattaw il-prodott għal dawk ir-regoli. Fejn in-negozji jippruvaw jibbażaw fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, l-awtoritajiet nazzjonali ħafna drabi jiċħdu l-aċċess għas-suq lil dawk il-prodotti. Dwar ir-Regolament, li ġie adottat sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, b’mod ġenerali, l-evalwazzjoni turi li huma biss ftit l-operaturi ekonomiċi li jħossu li huwa aktar faċli jbigħu prodotti fi Stati Membri oħra minn mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament. Kellu effett moderat fir-rigward tal-objettivi stabbiliti, prinċipalment minħabba li r-rekwiżiti proċedurali li stabbilixxa rriżultaw insuffiċjenti sabiex jassiguraw applikazzjoni ħafifa, affidabbli u faċli għall-utent, tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Kellu wkoll effetti limitati sabiex iqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

Effettività

Minkejja l-eżistenza tal-prinċipju u l-adozzjoni tar-Regolament, il-moviment liberu tal-merkanzija fil-qasam mhux armonizzat għadu problematiku, prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni u għarfien, in-nuqqas ta’ ċertezza legali u n-nuqqas ta’ fiduċja u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali. In-negozji għadhom jiffaċċjaw diffikultajiet fir-rigward tal-aċċess għas-suq, anki jekk il-prodotti tagħhom ikunu diġà kummerċjalizzati legalment fi Stati Membri oħra. Għalhekk, ħafna drabi huma jadattaw il-prodotti tagħhom jew jirrinunzjaw li jidħlu f’suq ġdid. Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati turi li l-livell ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku żdied matul is-snin, iżda mhux biżżejjed. Il-partijiet ikkonċernati kollha jħossu li għandha tiżdied is-sensibilizzazzjoni, u li din għandha tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni. Iċ-ċertezza tad-dritt meta jintuża r-rikonoxximent reċiproku tibqa’ ostakolu prinċipali għall-moviment liberu ta’ prodotti mhux armonizzati, u waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex in-negozji u l-awtoritajiet nazzjonali huma dubjużi dwar ir-rikonoxximent reċiproku. Rigward il-kooperazzjoni amministrattiva, l-evalwazzjoni turi li din hemm bżonn li tiġi msaħħa aktar sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

Effiċjenza

Ġew ikkonsultati l-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex jiġi valutat kemm il-kostijiet iġġenerati bl-użu tal-prinċipju u r-Regolament huma proporzjonati mal-benefiċċji li kiseb. F’termini ta’ kostijiet, ir-Regolament ftit iġġenera kostijiet għall-awtoritajiet nazzjonali: l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-PCPs (EUR 7417-47 450, ibbażati fuq 1 FTE) u l-kostijiet relatati mal-valutazzjoni ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor (EUR 420 000 f’settur bħall-fertilizzanti). Huma jqisu dawn il-kostijiet bħala medji. Il-kostijiet ewlenin imġarrba min-negozji huma pjuttost minħabba l-applikazzjoni ħażina tar-rikonoxximent reċiproku. Huma jridu jadattaw il-prodotti tagħhom, jidduplikaw it-testijiet u l-proċeduri (EUR  1000-150 000 għal kull prodott u suq), jew jitilfu opportunitajiet (EUR 40 000-500 000 għal kull prodott u suq) minħabba li huma obbligati jirrinunzjaw li jidħlu f’suq ġdid. Ħafna minn dawn il-kostijiet kienu kkunsidrati bħala importanti. F’termini ta’ kostijiet-benefiċċji, il-perċezzjoni hija pjuttost imħallta. Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom tendenza li jaqblu li l-kostijiet huma proporzjonati mal-benefiċċji, in-negozji fil-biċċa l-kbira ma jaqblux. Iqisu li l-kostijiet huma sinifikanti, filwaqt li l-benefiċċji ma nkisbux.

Koerenza

L-evalwazzjoni mwettqa turi li ma jidhirx li hemm kontradizzjoni bejn ir-rikonoxximent reċiproku u politiki oħra tal-UE għall-kisba tas-suq intern u l-faċilitazzjoni tal-moviment liberu tal-merkanzija fl-UE. Pjuttost, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u r-Regolament jikkumplimentaw u huma koerenti ma’ għadd ta’ inizjattivi f’dan il-qasam bħad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti 2001/95/KE 18 , id-Direttiva dwar it-“Trasparenza tas-Suq Uniku” (UE) 2015/1535, ir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini (UE) Nru 305/2011, in-netwerk SOLVIT 19 u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni.

Rilevanza

Ir-rikonoxximent reċiproku għandu l-għan li jikseb integrazzjoni profonda tas-suq filwaqt li jirrispetta d-diversità u l-awtonomija regolatorja fost l-Istati Membri. Huwa kkunsidrat bħala alternattiva għall-armonizzazzjoni, li tippermetti awtonomija regolatorja, meta din tal-aħħar ma tkunx meħtieġa, ġustifikata u proporzjonata. Barra minn hekk, ir-rikonoxximent reċiproku huwa partikolarment rilevanti sabiex jappoġġa l-innovazzjoni. Fil-qasam tal-prodotti innovattivi ġodda, ma hemmx regoli armonizzati Ewropej, u n-negozji jridu jibbażaw fuq ir-regoli/standards eżistenti fil-livell nazzjonali, jew saħansitra jittrattaw in-nuqqas ta’ tali regoli. Ir-rikonoxximent reċiproku huwa l-unika alternattiva għan-negozji li jixtiequ jikkummerċjalizzaw il-prodotti ġodda/innovattivi tagħhom fi Stati Membri oħra.    

Valur miżjud tal-UE

L-evalwazzjoni turi kunsens ġenerali fost il-partijiet ikkonċernati li r-rikonoxximent reċiproku jġib valur miżjud għall-UE. Jagħti l-possibbiltà li jiġu kummerċjalizzati fi Stati Membri oħra prodotti li diġà jkunu kummerċjalizzati legalment xi mkien ieħor, filwaqt li jinżammu l-awtonomija regolatorja u d-diversità tal-Istati Membri. Huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li l-objettivi li huwa jistabbilixxi jistgħu jintlaħqu biss permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE. Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-partijiet ikkonċernati kienu kważi unanimi rigward il-ħtieġa ta’ strument legali tal-UE sabiex jinkiseb rikonoxximent reċiproku akbar u aħjar.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku kienu mitluba jipprovdu l-feedback tagħhom waqt l-aħħar laqgħat tagħhom fit-2 ta’ Diċembru 2015 u fil-25 ta’ Ottubru 2016. Xi rappreżentanti ma kinux konvinti mill-benefiċċji ta’ reviżjoni sħiħa tar-Regolament, filwaqt li kollha qablu li huma meħtieġa xi aġġustamenti u li ħafna mill-problemi jistgħu jiġu solvuti b’miżuri legali nonvinkolanti.

Ġiet ippubblikata konsultazzjoni pubblika bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE fuq sit elettroniku ta’ konsultazzjoni ospitat fuq Europa. Il-konsultazzjoni damet għaddejja minn Ġunju sa Settembru 2016. Kienu riċevuti 153 tweġiba matul il-konsultazzjoni pubblika. In-negozji kienu rappreżentati b’mod qawwi (91), segwiti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri (45), u ċ-ċittadini (17). Ir-riżultati tal-konsultazzjoni juru li, minkejja l-livell għoli indikat ta’ għarfien dwar ir-rikonoxximent reċiproku, il-maġġoranza tar-rispondenti jħossu li għad hemm bżonn ta’ tkabbir tal-għarfien. Rigward l-ostakoli għall-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku, in-negozji identifikaw in-nuqqas ta’ rimedji ta’ malajr sabiex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet nazzjonali li jiċħdu l-aċċess għas-suq bħala l-akbar ostakolu, segwit mill-komunikazzjoni insuffiċjenti bejn l-awtoritajiet. Rigward il-prijoritajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku, in-negozji jikklassifikaw il-ħtieġa ta’ rimedji effettivi bħala l-akbar prijorità, filwaqt li l-Istati Membri jagħżlu t-tkabbir tas-sensibilizzazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku.

Il-konsultazzjoni pubblika kienet supplimentata minn konferenza għall-partijiet ikkonċernati organizzata mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 2016. L-għan tal-avveniment kien li jiġu identifikati l-kwistjonijiet ewlenin relatati mal-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku u li jiġu identifikati toroq possibbli ’l quddiem. Għal dan l-avveniment attendew 144 parteċipant, li kienu jirrappreżentaw in-negozji (62), l-awtoritajiet nazzjonali (60) u oħrajn (22), bħal organizzazzjonijiet tal-konsumatur, rappreżentanti tat-trejdjunjins. B’mod ġenerali, il-parteċipanti qablu mal-ħtieġa li jittejjeb il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku u li tiżdied iċ-ċertezza legali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Ġew imwettqa firxa wiesgħa ta’ stħarriġiet, konsultazzjonijiet u studji mill-Kummissjoni jew kuntratturi esterni bejn l-2014 u l-2016, li joffru bażi solida ta’ għarfien espert.

Il-funzjonament tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku kien soġġett għal evalwazzjoni esterna, li twettqet bejn l-2014 u l-2015. Il-kobor tal-problema u l-impatti tal-għażliet differenti previsti mill-Kummissjoni kienu soġġetti għal studju, li twettaq bejn l-2016 u l-2017.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Twettqet valutazzjoni tal-impatt bi tħejjija għal din l-inizjattiva. Din turi li jsir anqas kummerċ fir-rigward ta’ prodotti soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku. It-tqabbil tal-valur tal-esporazzjonijiet intra-UE mal-konsum domestiku juri li għall-prodotti armonizzati, il-valur tal-esportazzjonijiet intra-UE huwa 55 % tal-konsum domestiku, filwaqt li għall-prodotti mhux armonizzati u parzjalment armonizzati, dan kien jirrappreżenta biss 35 %. Dan huwa dovut għall-ostakoli li jħabbtu wiċċhom magħhom in-negozji meta jippruvaw jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom bil-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Il-kostijiet finanzjarji kkawżati min-nuqqas ta’ rikonoxximent reċiproku huma għoljin għan-negozji. Pereżempju, il-ħtieġa li l-prodotti jiġu adattati għar-regoli nazzjonali applikabbli meta r-rikonoxximent reċiproku jew jiġi miċħud jew ma jintużax għall-penetrazzjoni tas-suq, hija stmata li tlaħħaq bejn EUR 1000 u EUR 150 000 għal kull prodott u għal kull suq. L-opportunitajiet mitlufa, jiġifieri n-negozji jirrinunzjaw li jidħlu f’suq minħabba r-regoli nazzjonali differenti li jirrikjedu l-adattament tal-prodotti, ġew stmati li bħala medja jlaħħqu bejn EUR 10 000 u EUR 500 000 għal kull prodott u għal kull suq. Studju mwettaq għall-Parlament Ewropew 20 ipprova jistma d-daqs tal-impatt li l-ostakoli mhux tariffarji għall-kummerċ għandhom fuq is-suq intern. Huwa kkonkluda li t-tnaqqis ta’ dawn l-ostakoli jista’ jwassal għal żieda fil-kummerċ intra-UE ta’ aktar minn EUR 100 biljun fis-sena. Barra minn hekk, matul il-perjodu mill-2008 sal-2014, madwar 0.89 miljun intrapriża kienu qegħdin joperaw f’setturi mhux armonizzati, li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-għadd totali ta’ intrapriżi attivi fl-ekonomija tal-manifattura. Madwar 87 % tal-intrapriżi huma mikrointrapriżi. Skont ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2014 dwar il-Kompetittività, 14 % biss tal-SMEs jagħmlu kummerċ bejn il-fruntieri fl-UE meta mqabbel ma’ 85.4 % tal-kumpaniji l-kbar tal-manifattura.

Il-valutazzjoni tal-impatt irċeviet opinjoni pożittiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-7 ta’ April 2017. Il-Bord qies li r-rapport kellu preżentazzjoni ġenerali tajba u rrakkomanda, bħala titjib ulterjuri, li jispjega aħjar ix-xelta tal-għażliet u kif dawn jaħdmu fil-prattika. Ir-rapport għandu jasal ukoll għal konklużjonijiet aktar ċar dwar kemm ir-riżultat mistenni tar-reviżjoni se jkollu impatt fuq il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku fil-post u jikkontribwixxi għal suq intern li jiffunzjona tajjeb. Fl-aħħar nett, huwa għandu jivvaluta aħjar il-potenzjal li tiġi simplifikata l-amministrazzjoni u jitnaqqsu l-piżijiet. Ir-rakkomandazzjonijiet kontenuti fl-opinjoni pożittiva ġew inkorporati fir-rapport. B’mod partikolari, ġew spjegati aħjar l-għażliet varji u l-mod kif dawn jinteraġixxu ma’ xulxin. Ir-rapport jispjega aħjar kif jaħdmu fil-prattika dawn l-għażliet, b’enfasi fuq il-konsegwenzi tal-għażla preferuta, fuq is-suq. Ir-rapport jispjega aħjar ukoll kif il-piżijiet regolatorji attwali huma dovuti għan-nuqqas ta’ funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku u jindika b’mod ċar kif l-għażliet preferuti se jnaqqsuhom. L-iskeda tas-sommarju u l-opinjoni pożittiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju hija disponibbli hawnhekk: XXXXX.

Minbarra l-għażla 1 (status quo), l-għażliet ta’ politika previsti inklużi fil-valutazzjoni tal-impatt kienu:

Għażla 2 - Liġi mhux vinkolanti sabiex ittejjeb il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku (sensibilizzazzjoni, taħriġ, skambju ta’ uffiċjali, eċċ.)

Għażla 3 - Bidliet leġiżlattivi minimi għar-Regolament (KE) Nru 764/2008 (trasparenza tad-deċiżjonijiet amministrattivi, użu tal-istandards tal-UE, rwol akbar għall-PCPs)

Għażla 4 - Bidliet leġiżlattivi komprensivi għar-Regolament (KE) Nru 764/2008 (dikjarazzjoni volontarja ta’ rikonoxximent reċiproku, mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta’ problemi, tisħiħ tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti u kooperazzjoni)

Għażla 5 - Awtorizzazzjoni volontarja minn qabel għat-tqegħid fis-suq

L-għażla relatata mat-tħassir tar-Regolament u l-għażla li jiġu proposti aktar miżuri ta’ armonizzazzjoni dwar rekwiżiti bażiċi speċifiċi li jkopru ċerti aspetti tal-prodotti twarrbu fi stadju bikri, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-konformità ta’ parti terza.

L-għażla preferuta hija l-għażla 4 (bidliet leġiżlattivi komprensivi għar-Regolament (KE) Nru 764/2008), ikkumplimentata mill-għażla 2 (il-miżuri legali nonvinkolanti).

L-għażla 2 (Liġi mhux vinkolanti) kienet appoġġata mill-partijiet ikkonċernati kollha, iżda kienet meqjusa effettiva biss jekk tkun ikkumplimentata minn għodod komprensivi oħra.

L-għażla 3 (bidliet leġiżlattivi minimi għar-Regolament) kienet meqjusa mill-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi bħala potenzjalment effettiva, madankollu sa ċertu punt anqas minn għażliet oħra.

L-għażla 4 kienet meqjusa bħala l-aktar waħda effettiva sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika u biex jitnaqqsu l-kostijiet għan-negozji.

Kien hemm kunsens fost il-partijiet ikkonċernati li l-għażla 5 (awtorizzazzjoni volontarja minn qabel) ma tistax tneħħi l-ostakoli eżistenti għar-rikonoxximent reċiproku. Hija tiġġenera prinċipalment kostijiet. Pereżempju, fis-settur tal-bijoċidi, ġie stmat li l-kostijiet amministrattivi relatati ma’ din il-proċedura jkunu bejn EUR 18-il miljun u EUR 20 miljun fis-sena.

Minħabba l-kumplessità u l-varjetà ta’ prodotti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku, diffiċli ħafna tiġi pprovduta valutazzjoni kwantitattiva tal-benefiċċji. L-għażla 4 kombinata mal-għażla 2 iżżid is-sensibilizzazzjoni u l-għarfien dwar ir-rikonoxximent reċiproku, filwaqt li ġġib ċertezza legali dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju u ttejjeb il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri. Mhux biss aktar operaturi ekonomiċi jsiru jafu dwar il-possibbiltà li jidħlu fi swieq ġodda mingħajr imposti addizzjonali fuq il-prodotti tagħhom, iżda dawk li jafu dwar ir-rikonoxximent reċiproku u joqgħodu lura milli jużawh, jerġgħu jiksbu l-fiduċja fis-sistema. B’mod partikolari hija tiffaċilita t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stati Membri oħra, billi tinkwadra u tissimplifika d-diskussjonijiet dwar jekk il-prodott jistax jidħol jew le fis-suq abbażi tar-rikonoxximent reċiproku u billi tnaqqas ir-riskju ta’ ċaħda tal-aċċess għas-suq. Dan inaqqas b’mod sinifikanti l-kostijiet għan-negozji f’termini ta’ informazzjoni, adattament, dewmien tad-dħul fis-suq u opportunitajiet mitlufa. L-Istati Membri wkoll jibbenefikaw minn din il-kombinazzjoni ta’ għażliet billi jkunu inċentivati għal applikazzjoni aktar konsistenti u korretta tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. It-tnaqqis tal-ostakoli għall-kummerċ b’mod ġenerali (ara hawn fuq) jista’ jwassal għal żieda fil-kummerċ intra-UE ta’ aktar minn EUR 100 biljun fis-sena.

Bl-istess mod, huwa diffiċli ħafna li tiġi pprovduta valutazzjoni kwantitattiva tal-kostijiet tal-għażliet preferuti. Il-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi huma kkunsidrati bħala minimi, u dan japplika wkoll għad-dikjarazzjoni volontarja ta’ rikonoxximent reċiproku, fejn il-kostijiet ġew stmati bħala x-xogħol amministrattiv minimu (operatur ekonomiku jieħu medja ta’ 20 minuta biex jimla d-dikjarazzjoni). L-Istati Membri u l-Kummissjoni jġorru ċerti kostijiet neċessarji, li jistgħu jiġu stmati kif ġej: l-għażla tal-liġi mhux vinkolanti tinvolvi kostijiet relatati mal-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ (EUR 500 000), kif ukoll kostijiet relatati mal-iskema ta’ skambju ta’ uffiċjali (EUR 100 000). Il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta’ problemi jinvolvi żieda fl-ammont ta’ xogħol għall-Kummissjoni, f’termini ta’ persunal li jittratta l-appelli (3-4 FTEs addizzjonali). Iż-żieda fil-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri wkoll tinvolvi ċerti kostijiet, stmati għal EUR 1 200 000 miljun fis-sena.

L-idoneità u s-simplifikazzjoni regolatorja

L-inizjattiva ntrabtet mal-programm REFIT minħabba l-impatti li l-funzjonament ħażin tar-rikonoxximent reċiproku għandu fuq il-funzjonament tas-suq intern. L-Evalwazzjoni eżaminat kif jistgħu jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi. Ġie konkluż li l-fatt li r-rikonoxximent reċiproku ma jiffunzjonax tajjeb huwa, de facto, piż regolatorju li joħloq ostakoli għall-kummerċ. Għalhekk, kwalunkwe sforz sabiex jittejjeb il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku jirriżulta f’simplifikazzjonijiet għan-negozji, bħall-aċċess aktar faċli għal swieq ġodda. L-introduzzjoni ta’ dikjarazzjoni volontarja ta’ rikonoxximent reċiproku se jkollha impatt importanti sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-operaturi ekonomiċi. Is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-aċċess għas-suq u l-komunikazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali se tiffaċilita l-aċċess għas-suq u għalhekk tnaqqas il-kostijiet għall-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk, kooperazzjoni u komunikazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet iżżid il-fiduċja u għalhekk tnaqqas id-dewmien meta jkunu qed jiġu valutati l-prodotti fis-suq.    

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta teħtieġ riżorsi umani u amministrattivi, kif ukoll approprjazzjonijiet operattivi, kif enfasizzat fir-rapport finanzjarju.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Kull ħames snin, il-Kummissjoni se tevalwa r-Regolament u se tissottometti rapport dwaru lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport se jivvaluta l-funzjonament tar-Regolament u tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku abbażi, fejn ikun applikabbli, tal-kriterji ta’ effettività, effiċjenza, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE kif ukoll l-impatt tagħhom fuq il-moviment liberu tal-merkanzija u fuq is-suq intern għall-oġġetti, fuq il-bażi tal-feedback miġbur mingħand il-partijiet ikkonċernati, inkluża informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri. Se jiġu kkunsidrati indikaturi speċifiċi li jippermettu l-valutazzjoni tal-impatti tar-Regolament, bħall-għadd ta’ notifiki mill-awtoritajiet kompetenti permezz tas-Sistema ta’ Appoġġ għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, il-ħeffa tal-proċeduri użati jew l-għadd ta’ skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jistabbilixxi s-suġġett tar-Regolament, li huwa li jistabbilixxi regoli u proċeduri sabiex jiġi assigurat id-dritt għall-moviment liberu ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor.

L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament.

L-Artikolu 3 jinkludi d-definizzjonijiet rilevanti għar-Regolament.

L-Artikolu 4 jipprovdi għal dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku, li għandha tintuża fuq bażi volontarja mill-operaturi ekonomiċi sabiex tiffaċilita t-turija li prodott ikun ġie kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru ieħor. Huwa jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn tali dikjarazzjoni, u jikkjarifika li din tista’ tiġi pprovduta online.

L-Artikolu 5 jistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jkunu qegħdin jivvalutaw jekk prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor jistgħux jiġu kummerċjalizzati fit-territorju tagħhom abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

L-Artikolu 6 jinkludi rekwiżiti li jindirizzaw is-sospensjoni temporanja ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor, f’każ li dawk il-prodotti jippreżentaw riskji serji għas-saħħa u s-sigurtà jew imorru kontra l-moralità pubblika jew is-sigurtà pubblika.

L-Artikolu 7 jevita d-duplikazzjoni tan-notifika lill-Kummissjoni, meta d-deċiżjoni amministrattiva li tkun trid tiġi nnotifikata tkun ukoll miżura li taqa’ taħt RAPEX.

L-Artikolu 8 jipprovdi għal mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta’ problemi dwar ir-rikonoxximent reċiproku, li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jikkontestaw deċiżjoni amministrattiva li tiċħad jew tillimita l-aċċess għas-suq billi l-ewwel jirrinvijawha lin-netwerk SOLVIT. Tali deċiżjoni amministrattiva għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni mill-Kummissjoni fuq talba taċ-ċentru SOLVIT rilevanti.

L-Artikolu 9 jistabbilixxi l-kompiti tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti.

L-Artikolu 10 jistabbilixxi l-qafas għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti.

L-Artikolu 11 jipprovdi għal għodda tal-IT li għandha tintuża għall-finijiet ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

L-Artikolu 12 jinkludi l-finanzjament tal-attivitajiet li għandhom jitwettqu b’appoġġ għal dan ir-Regolament.

L-Artikolu 13 jikkjarifika kif se jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Artikolu 14 jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrapporta perjodikament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku, inkluż il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 15 jistabbilixxi kumitat u s-setgħat ta’ implimentazzjoni li dan ir-Regolament jagħti lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 16 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008.

L-Artikolu 17 jistabbilixxi d-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Anness jipprovdi mudell standardizzat għad-Dikjarazzjoni ta’ Rikonoxximent Reċiproku.

2017/0354 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 21 , Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Is-suq intern jinkludi arja bla fruntieri interni li fiha l-moviment liberu tal-merkanzija huwa żgurat skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati. Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura li għandha effett ekwivalenti huma pprojbiti bejn l-Istati Membri. Dik il-projbizzjoni tkopri kwalunkwe miżura nazzjonali li tista’ tfixkel, direttament jew indirettament, attwalment jew potenzjalment, il-kummerċ intra-Unjoni fi prodotti. Il-moviment liberu tal-merkanzija huwa assigurat fis-suq intern permezz tal-armonizzazzjoni ta’ regoli fil-livell tal-Unjoni li tistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti jew, għal prodotti jew aspetti ta’ prodotti mhux koperti mir-regoli ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni, permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

(2)Jistgħu jinħolqu illegalment ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija bejn l-Istati Membri jekk, fin-nuqqas ta’ regoli ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni li jkopru prodotti jew ċertu aspett tal-prodotti, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tapplika regoli nazzjonali għal prodotti ta’ dak it-tip kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor, li jirrikjedu li l-prodotti jissodisfaw ċerti rekwiżiti tekniċi, pereżempju rekwiżiti relatati mad-denominazzjoni, il-forma, id-daqs, il-piż, il-kompożizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar jew l-imballaġġ. L-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli għal prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor tista’ tmur kontra l-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat anki jekk ir-regoli japplikaw mingħajr distinzjoni għall-prodotti kollha.

(3)Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku joħroġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Skont dan il-prinċipju, l-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu l-bejgħ, fit-territorju tagħhom, ta’ prodotti li jkunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor, anki fejn il-prodotti jkunu ġew prodotti jew immanifatturati skont regoli tekniċi differenti. Iżda l-prinċipju mhuwiex assolut. L-Istati Membri jistgħu jopponu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment xi mkien ieħor, meta tali restrizzjonijiet ikunu ġustifikati għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 36 tat-Trattat jew abbażi ta’ raġunijiet prevalenti oħra ta’ interess pubbliku, u li f’kull każ ikunu proporzjonati mal-għan segwit.

(4)Il-kunċett ta’ raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku huwa kunċett evoluttiv żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha fir-rigward tal-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat. Dan il-kunċett ikopri, fost affarijiet oħra, l-effettività tas-sorveljanza fiskali, it-tranżazzjonijiet kummerċjali li jsiru b’mod ġust, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tal-ambjent, iż-żamma tad-diversità tal-istampa u r-riskju li l-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali jiġi mminat serjament. Tali raġunijiet prevalenti, meta jkunu jeżistu differenzi leġittimi minn Stat Membru għall-ieħor, jistgħu jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali mill-awtoritajiet kompetenti. Madankollu, deċiżjonijiet bħal dawn iridu jkunu ġustifikati sewwa, u l-prinċipju tal-proporzjonalità jrid dejjem jiġi rrispettat, b’kont meħud ta’ jekk l-awtorità kompetenti tkunx fil-fatt ħadet id-deċiżjoni l-anqas restrittiva possibbli. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet amministrattivi li jillimitaw jew jiċħdu l-aċċess għas-suq fir-rigward ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor, ma jridux ikunu bbażati fuq is-sempliċi fatt li l-prodotti li jkunu qed jiġu valutati jissodisfaw l-objettiv pubbliku leġittimu segwit mill-Istat Membru b’mod differenti mill-mod li prodotti domestiċi f’dak l-Istat Membru jissodisfaw dak l-objettiv.

(5)Ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 22 ġie adottat sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, billi jistabbilixxi proċeduri sabiex tiġi minimizzata l-possibbiltà li jinħolqu ostakoli illegali għall-moviment liberu ta’ prodotti li diġà jkunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor. Minkejja l-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament, għad hemm bosta problemi fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. L-evalwazzjoni mwettqa bejn l-2014 u l-2016 uriet li l-prinċipju mhux jiffunzjona kif suppost u r-Regolament (KE) Nru 764/2008 kellu effett limitat biex jiffaċilita l-applikazzjoni tiegħu. L-għodod u l-garanziji proċedurali stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 764/2008 fallew fl-għan tagħhom li jtejbu l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Pereżempju, in-netwerk ta’ Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti li ġie stabbilit sabiex jipprovdi informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi dwar ir-regoli nazzjonali applikabbli u l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku ftit li xejn huwa magħruf jew jintuża mill-operaturi ekonomiċi. Fi ħdan in-netwerk, l-awtoritajiet nazzjonali ma jikkooperawx b’mod suffiċjenti. Ir-rekwiżit ta’ notifika ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq rari jiġi mħares. Minħabba f’hekk, għad hemm ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern.

(6)F’Diċembru 2013, il-konklużjonijiet dwar il-Politika tas-Suq Uniku, adottati mill-Kunsill Kompetittività, innotaw li sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet qafas għan-negozji u l-konsumaturi fis-Suq Uniku, għandhom jintużaw tajjeb l-istrumenti kollha rilevanti, inkluż ir-rikonoxximent reċiproku. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-każijiet fejn il-funzjonament tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għadu inadegwat jew problematiku. Fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar il-Politika tas-Suq Uniku ta’ Frar 2015, il-Kunsill Kompetittività ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu passi sabiex tassigura li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jiffunzjona b’mod effettiv u biex tressaq proposti għal dak il-għan.

(7)Ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 għandu diversi nuqqasijiet, u għalhekk jenħtieġ li jiġi rivedut u msaħħaħ. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 għandu jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi proċeduri ċari sabiex jassiguraw il-moviment liberu lill-prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u sabiex jassiguraw li l-moviment liberu jkun jista’ jiġi limitat biss meta l-Istati Membri jkollhom raġunijiet ta’ interess pubbliku leġittimi biex jagħmlu dan u r-restrizzjoni tkun proporzjonata. Huwa jassigura li d-drittijiet u l-obbligi eżistenti li joħorġu mill-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jiġu osservati, kemm mill-operaturi ekonomiċi kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali.

(8)Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-armonizzazzjoni ulterjuri tal-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, fejn ikun xieraq, bil-għan li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern. 

(9)L-ostakoli għall-kummerċ jistgħu jirriżultaw ukoll minn tipi oħra ta’ miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 u 36 tat-Trattat. Dawk il-miżuri jistgħu, pereżempju, jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi mfassla għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku jew rekwiżiti għall-użu tal-lingwi uffiċjali fl-Istati Membri. Madankollu, miżuri bħal dawn ma għandhomx jikkostitwixxu regoli tekniċi nazzjonali fis-sens ta’ dan ir-Regolament u ma għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

(10)Ir-regoli tekniċi nazzjonali xi drabi jingħataw effett fi Stat Membru permezz ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, li biha trid tinkiseb approvazzjoni formali minn awtorità kompetenti qabel ma l-prodotti jkunu jistgħu jitpoġġew fis-suq hemmhekk. L-eżistenza ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel minnha nnifisha tillimita l-moviment liberu tal-merkanzija. Għalhekk, sabiex tkun ġustifikata fir-rigward tal-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan is-suq intern, proċedura bħal din trid issegwi objettiv ta’ interess pubbliku rikonoxxut mid-dritt tal-Unjoni, u trid tkun proporzjonata u mhux diskriminatorja. Il-konformità ta’ tali miżura mad-dritt tal-Unjoni tiġi valutata fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. B’riżultat ta’ dan, deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq esklussivament minħabba li l-prodotti ma jkollhomx awtorizzazzjoni valida minn qabel għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, meta ssir applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni obbligatorja minn qabel ta’ oġġetti, kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva maħsuba sabiex tiġi rifjutata l-applikazzjoni abbażi ta’ regola teknika applikabbli f’dak l-Istat Membru għandha tittieħed skont dan ir-Regolament, sabiex l-applikant ikun jista’ jibbenefika mill-protezzjoni proċedurali li jipprovdi dan ir-Regolament.

(11)Importanti jiġi ċċarat li t-tipi ta’ prodotti koperti minn dan ir-Regolament jinkludu l-prodotti agrikoli. It-terminu “prodotti agrikoli” jinkludi l-prodotti tas-sajd, kif previst fl-Artikolu 38(1) tat-Trattat.

(12)Importanti jiġi ċċarat li t-terminu “produttur” ma jinkludix biss il-manifattur ta’ prodotti, iżda wkoll il-persuna li tippreżenta ruħha bħala l-produttur ta’ prodotti, bħal prodotti agrikoli, li ma jkunux inkisbu permezz ta’ proċess tal-manifattura.

(13)Id-deċiżjonijiet ta’ qrati jew tribunali nazzjonali li jivvalutaw il-legalità ta’ każijiet fejn, minħabba l-applikazzjoni ta’ regola teknika nazzjonali, prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru partikolari ma jingħatawx aċċess għas-suq ta’ Stat Membru ieħor, u d-deċiżjonijiet ta’ qrati jew tribunali nazzjonali li japplikaw penalitajiet, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 

(14)Sabiex jibbenefikaw mill-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, il-prodotti jridu jkunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor. Għandu jiġi kkjarifikat li, biex il-prodotti jitqiesu bħala kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor, il-prodotti jridu jikkonformaw mar-regoli rilevanti applikabbli f’dak l-Istat Membru, u biex isiru disponibbli għall-utenti finali f’dak l-Istat Membru.

(15)L-evidenza meħtieġa sabiex jintwera li l-prodotti jkunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor tvarja b’mod sinifikanti minn Stat Membru għall-ieħor. Dan jikkawża piżijiet, dewmien u kostijiet addizzjonali bla bżonn għall-operaturi ekonomiċi, filwaqt li jimpedixxi lill-awtoritajiet nazzjonali milli jiksbu l-informazzjoni neċessarja għall-valutazzjoni tal-prodotti fil-ħin. Dan jista’ jfixkel l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Għalhekk huwa essenzjali li jsir aktar faċli għall-operaturi ekonomiċi biex juru li l-prodotti tagħhom huma kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn proċess ta’ awtodikjarazzjoni, li għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni neċessarja kollha dwar il-prodotti u dwar il-konformità tagħhom mar-regoli applikabbli f’dak l-Istat Membru l-ieħor. L-użu tad-dikjarazzjoni ma jostakolax lill-awtoritajiet nazzjonali milli jieħdu deċiżjoni li li tillimita l-aċċess għas-suq, bil-kundizzjoni li tali deċiżjoni tkun proporzjonata u tirrispetta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u dan ir-Regolament.

(16)Il-produttur, jew ir-rappreżentant tal-produttur, għandu jkun responsabbli għall-mili tal-informazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku, billi l-produttur jaf il-prodotti l-aħjar. Madankollu, l-informazzjoni li l-prodotti jkunu magħmulin disponibbli għall-utenti finali fl-Istati Membru rilevanti tista’ tkun fil-pussess ta’ importatur jew ta’ distributur, pjuttost milli għand il-produttur attwali. Għalhekk għandu jkun permissibbli li din l-informazzjoni jimlieha operatur ekonomiku ieħor minflok il-produttur.

(17)Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku għandha tkompli tagħti informazzjoni preċiża u sħiħa dwar il-prodotti fi kwalunkwe punt fil-ġejjieni. Id-dikjarazzjoni għalhekk għandha tinżamm aġġornata, kif meħtieġ, sabiex tirrifletti l-bidliet, pereżempju l-bidliet fir-regoli tekniċi rilevanti.

(18)Sabiex jiġi assigurat li l-informazzjoni mogħtija f’dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku tkun komprensiva, għandha tiġi stabbilita struttura armonizzata għal dawn id-dikjarazzjonijiet li għandha tintuża mill-operaturi ekonomiċi li jkunu jixtiequ jagħmlu tali dikjarazzjonijiet.

(19)Importanti jiġi assigurat li d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku timtela b’mod ġenwin u preċiż. Għalhekk huwa neċessarju jiġi previst li l-operaturi ekonomiċi huma responsabbli għall-informazzjoni kontenuta fid-dikjarazzjoni.

(20)Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u l-kompetittività tan-negozji li joperaw fil-qasam mhux armonizzat, għandu jkun possibbli li wieħed jibbenefika mit-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni sabiex jiġi faċilitat il-forniment tad-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jagħmlu d-dikjarazzjoni tagħhom disponibbli online.

(21)Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal prodotti li xi aspetti tagħhom biss huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Fejn, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jfasslu dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE biex juru l-konformità ma’ dik il-leġiżlazzjoni, għandu jkun permissibbli li l-informazzjoni mogħtija fid-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku skont dan ir-Regolament tiġi inkluża bħala parti minn dik id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE.

(22)Fejn il-produtturi jiddeċiedu li ma jużawx il-mekkaniżmu tad-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku, għandu jkun l-Istat Membru li jitlob l-informazzjoni li huwa jqis neċessarja għall-valutazzjoni tal-prodotti, b’kont meħud tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(23)Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tirrikjedi li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kwalunkwe abbozz ta’ regolament tekniku nazzjonali dwar kwalunkwe prodott, inklużi prodotti agrikoli u tal-ħut, u dikjarazzjoni tar-raġunijiet li jagħmlu l-promulgazzjoni ta’ dak ir-regolament neċessarja. Madankollu, jeħtieġ li jiġi assigurat li, wara l-adozzjoni ta’ tali regolament tekniku nazzjonali, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jiġi applikat b’mod korrett f’każijiet individwali għal prodotti speċifiċi. Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi proċeduri għall-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku f’każijiet individwali billi, pereżempju, jirrikjedi li l-Istati Membri jindikaw ir-regoli tekniċi nazzjonali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni u r-raġuni leġittima ta’ interess pubbliku li biha tkun iġġustifikata d-deċiżjoni amministrattiva. Dan ir-rekwiżit, madankollu, ma jobbligax lill-Istati Membri jiġġustifikaw ir-regola teknika nazzjonali nnifisha, iżda pjuttost l-applikazzjoni ta’ dik ir-regola teknika nazzjonali fir-rigward ta’ prodott kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru ieħor.

(24)Billi d-deċiżjonijiet li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għal prodotti li diġà jkunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu eċċezzjoni għall-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-merkanzija, huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura ċara mfassla sabiex ikun assigurat li deċiżjonijiet bħal dawn josservaw l-obbligi eżistenti li joħorġu mill-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Tali proċedura tassigura li d-deċiżjonijiet meħuda jkunu proporzjonati u jirrispettaw il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u dan ir-Regolament.

(25)Waqt li awtorità kompetenti tkun qiegħda tivvaluta prodotti qabel ma tiddeċiedi jekk għandhiex tiċħad jew tillimita l-aċċess għas-suq jew le, hija ma għandhiex tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet li jissospendu l-aċċess għas-suq, ħlief meta jkun meħtieġ intervent rapidu sabiex jipprevjeni dannu għas-sigurtà u s-saħħa tal-utenti jew biex jipprevjeni li l-prodotti jsiru disponibbli meta d-disponibbiltà ta’ dawk il-prodotti tkun ġeneralment ipprojbita għal raġunijiet ta’ moralità pubblika jew ta’ sigurtà pubblika, inkluża pereżempju l-prevenzjoni tal-kriminalità.

(26)Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 jistabbilixxi sistema ta’ akkreditazzjoni li tassigura l-aċċettazzjoni reċiproka tal-livell ta’ kompetenza tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għalhekk ma għandhomx jirrifjutaw rapporti ta’ testijiet u ċertifikati maħruġa minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat għal raġunijiet relatati mal-kompetenza ta’ dak il-korp. Barra minn hekk, sabiex kemm jista’ jkun tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ testijiet u proċeduri li diġà jkun twettqu fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw ukoll rapporti ta’ testijiet u ċertifikati maħruġa minn korpi oħra ta’ valutazzjoni tal-konformità skont id-dritt tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa jieħdu kont tal-kontenut tar-rapporti tat-testijiet jew iċ-ċertifikati ppreżentati.

(27)Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 tispeċifika li prodotti sikuri biss jistgħu jitpoġġew fis-suq u tistabbilixxi l-obbligi tal-produtturi u tad-distributuri fir-rigward tas-sigurtà tal-prodotti. Hija tagħti d-dritt lill-awtoritajiet li jipprojbixxu kwalunkwe prodott perikoluż b’effett immedjat jew, għall-perjodu meħtieġ għad-diversi valutazzjonijiet u kontrolli tas-sigurtà, li jipprojbixxu temporanjament prodott li jista’ jkun perikoluż. Hija tiddeskrivi wkoll il-proċedura biex l-awtoritajiet japplikaw miżuri xierqa bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 8(1)(b) sa (f) tagħha, fil-każ ta’ prodotti li jippreżentaw riskju, u tistabbilixxi wkoll l-obbligu li dawk il-miżuri jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikomplu jkunu jistgħu japplikaw dik id-Direttiva u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet kontenuti fl-Artikoli 8(1)(d) sa (f) u fl-Artikolu 8(3) ta’ dik id-Direttiva.

(28)Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, sistema ta’ twissija rapida għan-notifika ta’ riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem, li jkun ġej mill-ikel jew l-għalf. Huwa jobbliga lill-Istati Membri li jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni, bis-sistema ta’ twissija rapida, kwalunkwe miżura li jadottaw li tkun immirata sabiex tillimita t-tqegħid fis-suq, tirtira jew issejjaħ lura ikel jew għalf biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem, u li tkun teħtieġ azzjoni rapida. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikomplu jkunu jistgħu japplikaw dak ir-Regolament u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet kontenuti fl-Artikoli 50 (3) u 54 ta’ dak ir-Regolament.

(29)Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 jistabbilixxi qafas armonizzat tal-Unjoni għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, u attivitajiet uffiċjali oħra għajr il-kontrolli uffiċjali, tul il-katina agroalimentari sħiħa, b’kont meħud tar-regoli dwar il-kontrolli uffiċjali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u f’leġiżlazzjoni settorjali relevanti. Huwa jistabbilixxi proċedura speċifika sabiex jiġi assigurat li l-operaturi ekonomiċi jirrimedjaw sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi dwar l-ikel u l-għalf, u mar-regoli dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikomplu jkunu jistgħu japplikaw dak ir-Regolament u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet kontenuti fl-Artikolu 138 ta’ dak ir-Regolament.

(30)Kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont dan ir-Regolament għandha tispeċifika r-rimedji disponibbli sabiex operatur ekonomiku jkun jista’ jibda proċeduri quddiem il-qorti jew it-tribunal nazzjonali kompetenti. Id-deċiżjoni għandha tirreferi wkoll għall-proċedura ta’ soluzzjoni tal-problemi prevista f’dan ir-Regolament.

(31)Soluzzjonijiet effettivi għall-operaturi ekonomiċi li jkunu jixtiequ alternattiva favorevoli għan-negozji meta jikkontestaw deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq, huma essenzjali sabiex tiġi assigurata applikazzjoni korretta u konsistenti tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Sabiex jiġu garantiti dawn is-soluzzjonijiet, u sabiex jiġu evitati l-ispejjeż legali, speċjalment għall-SMEs, għandha tkun disponibbli proċedura mhux ġudizzjarja għas-soluzzjoni ta’ problemi għall-operaturi ekonomiċi.

(32)In-Netwerk għas-Soluzzjoni ta’ Problemi fis-Suq Intern (SOLVIT) huwa servizz ipprovdut mill-amministrazzjoni nazzjonali f’kull Stat Membru bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet għaċ-ċittadini u n-negozji meta d-drittijiet tagħhom jiġu miksura mill-awtoritajiet pubbliċi fi Stat Membru ieħor. Il-prinċipji li jirregolaw il-funzjonament ta’ SOLVIT huma stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE 27 .

(33)Is-sistema tas-SOLVIT irriżultat f'mekkaniżmu mhux ġudizzjarju effettiv għas-soluzzjoni ta’ problemi, li jiġi pprovdut mingħajr ħlas. Jaħdem bi skadenzi qosra u jipprovdi soluzzjonijiet prattiċi liċ-ċittadini u n-negozji meta jkunu qegħdin jesperjenzaw diffikultajiet biex id-drittijiet tagħhom tal-Unjoni jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet pubbliċi. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi l-ewwel iridu jibbażaw fuq SOLVIT qabel ma jkun jista’ jiġi skattat il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta’ problemi skont dan ir-Regolament. Fejn l-operatur ekonomiku, iċ-ċentru SOLVIT rilevanti u l-Istati Membri involuti fil-kwistjoni kollha jaqblu dwar l-eżitu xieraq, ma għandha tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri.

(34)Madankollu, meta l-approċċ informali ta’ SOLVIT ifalli, u jkun għad hemm dubji serji rigward il-kompatibbiltà tad-deċiżjoni amministrattiva mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li teżamina l-kwistjoni u tipprovdi valutazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq talba taċ-ċentru SOLVIT. L-intervent tal-Kummissjoni għandu jkun soġġett għal limitu ta’ żmien raġonevoli, f’konformità mal-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba.

(35)L-opinjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ deċiżjoni amministrattiva li tiċħad jew tillimita l-aċċess għas-suq, għandha tkopri biss il-kwistjonijiet ta’ jekk id-deċiżjoni amministrattiva tkunx kompatibbli mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u jekk tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Dan huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 tat-Trattat u l-obbligu tal-Istati Membri li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, fejn il-problemi sistemiċi identifikati fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jistgħu jiġu indirizzati aktar.

(36)Huwa importanti għas-suq intern fil-prodotti li n-negozji, u b’mod partikolari l-SMEs, ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni affidabbli u speċifika dwar il-liġi fis-seħħ fi Stat Membru partikolari. Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għandu jkollhom rwol importanti sabiex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-operaturi ekonomiċi, billi jxerrdu informazzjoni dwar regoli speċifiċi għall-prodotti u dwar kif ir-rikonoxximent reċiproku jiġi applikat fit-territorju tagħhom. Għalhekk, huwa neċessarju li jissaħħaħ ir-rwol tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti bħala l-fornituri prinċipali ta’ informazzjoni dwar ir-regoli kollha relatati mal-prodotti, inklużi r-regoli nazzjonali koperti mir-rikonoxximent reċiproku.

(37)Sabiex jiġi faċilitat il-moviment liberu tal-merkanzija, il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni, bla ħlas, dwar ir-regoli tekniċi nazzjonali tagħhom u l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għandu jkollhom tagħmir u riżorsi adegwati. Skont ir-Regolament [Portal Diġitali Uniku – COM(2017)256] huma għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta’ sit elettroniku u jkunu soġġetti għall-kriterji ta’ kwalità mitluba minn dak ir-Regolament, u jkunu soġġetti għall-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dak ir-Regolament.

(38)Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti hija essenzjali għall-funzjonament mingħajr problemi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u għall-ħolqien ta’ kultura ta’ rikonoxximent reċiproku. Għalhekk, il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni u għarfien espert sabiex jassiguraw applikazzjoni korretta u konsistenti tal-prinċipju u ta’ dan ir-Regolament.

(39)Għall-iskopijiet ta’ notifika ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq, sabiex tiġi permessa l-komunikazzjoni bejn il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti u sabiex tiġi assigurata l-kooperazzjoni amministrattiva, huwa neċessarju li l-Istati Membri jiġu pprovduti aċċess għal sistema ta’ appoġġ għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

(40)Sabiex jiġu assigurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 .

(41)Fejn għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ikun meħtieġ li tiġi pproċessata data personali, dan għandu jitwettaq skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 , skont il-każ.

(42)Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi affidabbli u effiċjenti ta’ monitoraġġ sabiex jipprovdu informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u dwar l-impatt tiegħu fuq il-moviment liberu tal-merkanzija. Tali mekkaniżmi ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-obbjettivi.

(43)Għall-finijiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u sabiex ikun assigurat li dan ir-Regolament jiġi applikat b’mod korrett u konsistenti, l-Unjoni għandha tiffinanzja kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u attivitajiet oħra relatati bil-għan li ttejjeb il-fiduċja u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi.

(44)Sabiex tirrimedja għan-nuqqas ta’ data preċiża relatata mal-funzjonament tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u l-impatti tiegħu fuq is-suq uniku għall-prodotti, l-Unjoni għandha tiffinanzja l-ġbir ta’ tali data.

(45)L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu mħarsa permezz ta’ miżuri proporzjonati tul iċ-ċiklu sħiħ tan-nefqa, li jinkludu l-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod ħażin u, fejn ikun xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji.

(46)Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud u għandha tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri oħra possibbli.

(47)Huwa xieraq li tiġi differita l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi jingħataw żmien suffiċjenti sabiex jadattaw għar-rekwiżit stabbiliti fih.

(48)Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-objettivi li jsegwi. Il-Kummissjoni għandha tuża d-data miġbura dwar il-funzjonament tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u l-impatti tiegħu fuq is-suq uniku għall-prodotti kif ukoll l-informazzjoni disponibbli fis-sistema ta’ appoġġ għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni sabiex tevalwa dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ titlob lill-Istati Membri informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-evalwazzjoni. Skont il-punt 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 31 , l-evalwazzjoni, ibbażata fuq l-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud, għandha tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-għażliet għal azzjoni ulterjuri.

(49)Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi assigurata l-applikazzjoni mingħajr problemi, konsistenti u korretta tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I
Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri rigward l-applikazzjoni, mill-Istati Membri, tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, f’każijiet individwali, relatati ma’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u soġġett għall-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat.

Dan ir-Regolament jipprovdi wkoll għall-istabbiliment u ż-żamma ta’ Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti fl-Istati Membri u għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fil-kuntest tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni 

1.Dan ir-Regolament japplika għal prodotti ta’ kwalunkwe tip, inklużi l-prodotti agrikoli, u għad-deċiżjonijiet amministrattivi meħuda jew li jridu jittieħdu minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru (“l-Istat Membru tad-destinazzjoni”) fir-rigward ta’ kwalunkwe prodott minn dawn kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru ieħor, meta d-deċiżjoni tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)il-bażi għad-deċiżjoni tkun regola teknika nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b)l-effett dirett jew indirett tad-deċiżjoni jkun li tiċħad jew tillimita l-aċċess għas-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

2.Ir-referenza fil-paragrafu 1 għal “deċiżjonijiet amministrattivi” tinkludi kwalunkwe miżura amministrattiva li jkollha l-istess jew sostanzjalment l-istess effett legali bħal deċiżjoni.

3.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “regola teknika nazzjonali” hija kwalunkwe dispożizzjoni ta’ liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva oħra ta’ Stat Membru, li jkollha l-elementi li ġejjin:

(a)id-dispożizzjoni tkopri qasam jew aspett li ma jkunx is-suġġett ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni;

(b)id-dispożizzjoni jew tipprojbixxi li prodotti, jew tip ta’ prodotti, isiru disponibbli fis-suq domestiku ta’ dak l-Istat Membru jew inkella tagħmel il-konformità mad-dispożizzjoni obbligatorja, de facto jew de jure, kull meta prodotti, jew prodotti ta’ tip partikolari, jiġu magħmula disponibbli f’dak is-suq;

(c)id-dispożizzjoni tagħmel mill-anqas waħda minn dawn li ġejjin:

(i)hija tistabbilixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ dawk il-prodotti, jew prodotti ta’ dak it-tip, bħal-livelli tagħhom ta’ kwalità, prestazzjoni jew sigurtà, jew qisien, inklużi r-rekwiżiti applikabbli għall-prodotti jew it-tip ta’ prodotti fir-rigward tal-isem li bih jinbiegħu, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi tat-testijiet, l-imballaġġ, l-immarkar jew it-tikkettar, u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;

(ii)hija timponi fuq dawk il-prodotti, jew prodotti ta’ dak it-tip, rekwiżiti oħra li jiġu imposti għall-ħarsien tal-konsumaturi jew l-ambjent u li jaffettwaw iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti wara li jkunu saru disponibbli fis-suq domestiku f’dak l-Istat Membru, bħall-kundizzjonijiet tal-użu, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-rimi, meta dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kompożizzjoni jew in-natura tal-prodotti, jew it-tip ta’ prodotti, jew id-disponibbiltà tagħhom fis-suq domestiku ta’ dak l-Istat Membru.

4.Il-paragrafu 3(c)(i) ikopri wkoll il-metodi u l-proċessi ta’ produzzjoni użati fir-rigward ta’ prodotti agrikoli, kif imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(1) tat-Trattat jew prodotti maħsuba għall-użu mill-bniedem u l-annimali, kif ukoll il-metodi u l-proċessi ta’ produzzjoni relatati ma’ prodotti oħra, meta dawn ikollhom effett fuq il-karatteristiċi tagħhom.

5.Rekwiżit għall-awtorizzazzjoni minn qabel, fih innifsu ma jikkostitwix regola teknika nazzjonali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda deċiżjoni li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni minn qabel abbażi ta’ regola teknika nazzjonali tista’ tkun deċiżjoni li għaliha japplika dan ir-Regolament jekk hija tissodisfa r-rekwiżiti l-oħra tal-paragrafu 1.

6.Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)deċiżjonijiet ta’ natura ġudizzjarja mogħtija minn qrati jew tribunali nazzjonali;

(b)deċiżjonijiet ta’ natura ġudizzjarja mogħtija mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi waqt l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali fir-rigward tat-terminoloġija, simboli jew kwalunkwe referenza materjali għal organizzazzjonijiet mhux kostituzzjonali jew kriminali jew reati ta’ natura razzista, diskriminatorja jew ksenofobika.

7.L-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6 ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-Artikolu 8(1)(d) sa (f) u l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/95/KE;

(b)l-Artikolu 50(3)(a) u l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(c)l-Artikolu 138 tar-Regolament (UE) Nru 2017/625.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor” tfisser li l-prodotti jew it-tip ta’ prodotti jikkonformaw mar-regoli rilevanti applikabbli f’dak l-Istat Membru u jkunu magħmulin disponibbli għall-utenti finali f’dak l-Istat Membru;

(2)“magħmulin disponibbli fis-suq domestiku ta’ Stat Membru” tfisser kwalunkwe provvista tal-prodotti għad-distribuzzjoni, konsum jew użu fis-suq fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas;

(3)“restrizzjoni tal-aċċess għas-suq” tfisser li jiġu imposti kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati qabel ma l-prodotti jkunu jistgħu jsiru disponibbli fis-suq domestiku fl-Istat Membru rilevanti, jew kundizzjonijiet għaż-żamma tal-prodotti f’dak is-suq, li fiż-żewġ każijiet jirrikjedu l-modifika ta’ xi waħda jew aktar mill-karatteristiċi ta’ dawk il-prodotti, kif deskritt fl-Artikolu 2(3)(c)(i), jew it-twettiq ta’ ttestjar addizzjonali;

(4)“ċaħda tal-aċċess għas-suq” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)il-projbizzjoni tal-prodotti milli jsiru disponibbli fis-suq domestiku fl-Istat Membru rilevanti jew milli jinżammu f’dak is-suq;

(b)il-ħtieġa li l-prodotti jiġu rtirati jew jissejħu lura minn dak is-suq;

(5)“awtorizzazzjoni minn qabel” tfisser proċedura amministrattiva skont il-liġi ta’ Stat Membru li biha l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun meħtieġa, fuq il-bażi ta’ applikazzjoni minn operatur ekonomiku, tagħti l-approvazzjoni formali tagħha qabel ma l-prodotti jkunu jistgħu jsiru disponibbli fis-suq domestiku ta’ dak l-Istat Membru;

(6)“produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura l-prodotti jew li l-prodotti jiġu ddisinjati jew immanifatturati għaliha, u tikkummerċjalizzahom taħt isimha jew it-trademark tagħha, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li, billi tpoġġi isimha, it-trademark jew karatteristika distintiva tagħha oħra fuq il-prodotti tippreżenta ruħha bħala l-produttur tagħhom;

(7)“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi ħdan l-Unjoni, li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-produttur sabiex taġixxi f’ismu biex tagħmel disponibbli l-prodotti fis-suq domestiku inkwistjoni;

(8)“importatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tagħmel il-prodotti minn pajjiż terz disponibbli fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba;

(9)“distributur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista stabbilita fl-Unjoni, għajr il-produttur jew l-importatur, li tagħmel il-prodotti disponibbli fis-suq domestiku fl-Istat Membru rilevanti;

(10)“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin fir-rigward tal-prodotti: il-produttur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur jew id-distributur;

(11)“utent finali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, li tgħix jew tkun stabbilita fl-Unjoni, li l-prodotti jkunu saru jew ikunu qegħdin isiru disponibbli għaliha jew bħala konsumatur, barra minn kwalunkwe kummerċ, negozju, artiġjanat jew professjoni, jew bħala utent finali professjonali waqt l-attivitajiet industrijali jew professjonali tagħha;

(12)“raġuni ta’ interess pubbliku leġittimu” tfisser kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 36 tat-Trattat jew kwalunkwe raġuni prevalenti oħra ta’ interess pubbliku.

Kapitolu II
Proċeduri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku f’każijiet individwali

Artikolu 4
Dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku

1.Il-produttur ta’ prodotti, jew ta’ prodotti ta’ tip partikolari, li jkunu jew li jkunu se jiġu magħmula disponibbli fis-suq domestiku fi Stat Membru (“l-Istat Membru tad-destinazzjoni”) jista’ jfassal dikjarazzjoni (“dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku”) biex juri lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li l-prodotti, jew prodotti ta’ dak it-tip, ikunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor.

Inkella, il-produttur jista’ jagħti mandat lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu sabiex ifassal id-dikjarazzjoni f’ismu.

Fi ħdan id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku, madankollu, l-informazzjoni speċifika relatata mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tat-tip ta’ prodotti, tista’ timtela minn kwalunkwe operatur ekonomiku.

2.Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku għandha ssegwi l-istruttura u tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness.

Id-dikjarazzjoni għandha ssir f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u, fejn dik il-lingwa ma tkunx il-lingwa mitluba mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, din għandha tiġi tradotta mill-operaturi ekonomiċi fil-lingwa jew lingwi mitluba mill-Istat Membru tad-destinazzjoni.

3.L-operaturi ekonomiċi huma responsabbli għall-kontenut u l-preċiżjoni tal-informazzjoni li huma nfushom jipprovdu fid-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku.

4.L-operaturi ekonomiċi għandhom jassiguraw li d-dikjarazzjoni tinżamm aġġornata f’kull ħin sabiex tirrifletti kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta minnhom fid-dikjarazzjoni.

5.Id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku tista’ tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għall-iskopijiet ta’ valutazzjoni li għandha titwettaq skont l-Artikolu 5. Din tista’ tiġi pprovduta jew f’forma stampata jew b’mezz elettroniku.

6.L-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħmlu d-dikjarazzjoni disponibbli fuq sit elettroniku, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)it-tip jew is-serje tal-prodotti li għalihom tapplika d-dikjarazzjoni jkunu faċilment identifikabbli fuq is-sit elettroniku;

(b)is-sit elettroniku jkun immonitorjat sabiex tiġi assigurata d-disponibbiltà u l-aċċess għad-dikjarazzjoni;

(c)ikunu pprovduti struzzjonijiet dwar kif wieħed għandu jinnaviga s-sit elettroniku u jaċċessa d-dikjarazzjoni.

7.Jekk tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku lil awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, f’dak il-każ, għall-finijiet ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal-prodotti skont l-Artikolu 5:

(a)id-dikjarazzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe evidenza raġonevolment meħtieġa mill-awtorità kompetenti sabiex tivverifika l-informazzjoni kontenuta fiha, għandha tiġi aċċettata mill-awtorità kompetenti bħala suffiċjenti biex turi li l-prodotti jkunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor; u

(b)l-awtorità kompetenti ma għandha tirrikjedi l-ebda informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra mingħand l-ebda operatur ekonomiku sabiex jintwera li l-prodotti jkunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor.

8.Jekk ma tiġix ipprovduta dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku lil awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tista’ titlob lil kwalunwke wieħed mill-operaturi ekonomiċi sabiex jipprovdi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni li ġejja sabiex jintwera, għall-iskopijiet ta’ valutazzjoni skont l-Artikolu 5, li l-prodotti jkunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor:

(a)kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-karatteristiċi tal-prodotti jew tat-tip ta’ prodotti inkwistjoni;

(b)kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-kummerċjalizzazzjoni legali tal-prodotti fi Stat Membru ieħor;

(c)kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tikkunsidra bħala utli għall-finijiet tal-valutazzjoni tagħha.

9.Fejn il-prodotti li għalihom tkun qed tiġi pprovduta d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku jkunu soġġetti wkoll għal att tal-Unjoni li jirrikjedi dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, id-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku tista’ tiġi inkluża bħala parti minn dik id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE.

Artikolu 5
Valutazzjoni tal-prodotti 

1.Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jkollha dubji dwar prodotti li l-operatur ekonomiku jgħid li huma kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti għandha tikkuntattja mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti u għandha twettaq valutazzjoni tal-prodotti.

2.Meta jkunu qegħdin iwettqu valutazzjonijiet skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iqisu l-kontenut tar-rapporti tat-testijiet jew taċ-ċertifikati maħruġa minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u pprovduti minn kwalunkwe operatur ekonomiku bħala parti mill-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx jirrifjutaw ċertifikati jew rapporti ta’ testijiet maħruġa minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, akkreditat għall-qasam xieraq ta’ valutazzjoni tal-konformità skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008, għal raġunijiet relatati mal-kompetenza ta’ dak il-korp.

3.Fejn, mat-tlestija ta’ valutazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tieħu deċiżjoni amministrattiva fir-rigward tal-prodotti, hija għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha fi żmien 20 jum ta’ xogħol lill-operatur ekonomiku rilevanti msemmi fil-paragrafu 1, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. In-notifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra għandha ssir permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 11.

4.Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 3 għandha tispjega r-raġunijiet għad-deċiżjoni b’mod li jkun suffiċjentement dettaljat u motivat sabiex jippermetti li ssir valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5. B’mod partikolari, għandha tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja:

(a)ir-regola teknika nazzjonali li fuqha tkun ibbażata d-deċiżjoni;

(b)ir-raġuni ta’ interess pubbliku leġittimu li biha tkun iġġustifikata d-deċiżjoni;

(c)l-evidenza teknika jew xjentifika kkunsidrata, inkluż kwalunkwe żvilupp tekniku jew xjentifiku li jkun seħħ minn mindu ġiet adottata r-regola teknika nazzjonali;

(d)sommarju tal-argumenti ppreżentati mill-operatur ekonomiku rilevanti;

(e)l-evidenza li turi li d-deċiżjoni hija adatta sabiex jintlaħaq l-għan segwit u li hija ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

6.Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 3 għandha tispeċifika r-rimedji disponibbli skont il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u l-limiti taż-żmien applikabbli għal dawk ir-rimedji, u hija għandha tinkludi wkoll referenza għall-proċedura skont l-Artikolu 8.

7.Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma tkun ġiet innotifikata lill-operatur ekonomiku rilevanti skont dak il-paragrafu.

Artikolu 6
Sospensjoni temporanja tal-aċċess għas-suq

1.Waqt li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tkun qiegħda twettaq valutazzjoni ta’ prodotti skont l-Artikolu 5, hija ma għandhiex tissospendi temporanjament id-disponibbiltà ta’ dawk il-prodotti fis-suq domestiku ta’ dak l-Istat Membru, ħlief f’waħda jew l-oħra mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)f’kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli ta’ użu, il-prodotti jippreżentaw riskju serju, inkluż wieħed fejn l-effetti ma jkunux immedjati, li jirrikjedi intervent rapidu mill-awtorità kompetenti;

(b)id-disponibbiltà tal-prodotti, jew ta’ prodotti ta’ dak it-tip, fis-suq domestiku ta’ dak l-Istat Membru tkun ġeneralment ipprojbita f’dak l-Istat Membru għal raġunijiet ta’ moralità pubblika jew ta’ sigurtà pubblika.

2.L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tinnotifika immedjatament lill-operatur ekonomiku rilevanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1. In-notifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra għandha ssir permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 11. F’każijiet li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, in-notifika trid tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni teknika jew xjentifika li turi għaliex il-każ ikun meqjus li jaqa’ taħt dak il-punt.

Artikolu 7
Notifika bis-Sistema ta’ Skambju Rapidu ta’ Informazzjoni (RAPEX)

1.Jekk id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 5 jew is-sospensjoni temporanja msemmija fl-Artikolu 6 tkun ukoll miżura li trid tiġi nnotifikata permezz tar-RAPEX kif imsemmija fid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti 2001/95/KE, ma tkunx meħtieġa notifika separata lill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)in-notifika bir-RAPEX tindika li n-notifika tal-miżura tgħodd ukoll bħala notifika skont dan ir-Regolament;

(b)l-evidenza ta’ sostenn meħtieġa għad-deċiżjoni amministrattiva skont l-Artikolu 5 jew għas-sospensjoni temporanja skont l-Artikolu 6 tkun inkluża man-notifika bir-RAPEX.

Artikolu 8
Proċedura għas-soluzzjoni ta’ problemi

1.Dan l-Artikolu japplika jekk operatur ekonomiku affettwat minn deċiżjoni amministrattiva jkun issottometta d-deċiżjoni lin-Netwerk għas-Soluzzjoni ta’ Problemi fis-Suq Intern (SOLVIT) u, matul il-proċedura tas-SOLVIT, iċ-Ċentru Domestiku jitlob lill-Kummissjoni tagħti opinjoni sabiex tassisti fis-soluzzjoni tal-każ.

2.Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 1, tidħol f’komunikazzjoni mal-operatur jew l-operaturi ekonomiku/ċi rilevanti u l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħadu d-deċiżjoni amministrattiva sabiex tivvaluta l-kompatibbiltà tad-deċiżjoni amministrattiva mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u dan ir-Regolament.

3.Wara li tlesti l-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tista’ toħroġ opinjoni li tidentifika t-tħassib li fil-fehma tagħha għandu jiġi indirizzat fil-każ ta’ SOLVIT u, fejn ikun xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex tassisti fis-soluzzjoni tal-każ.

4.L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi kkunsidrata waqt il-proċedura tas-SOLVIT imsemmija fil-paragrafu 1.

Kapitolu III
Kooperazzjoni amministrattiva, monitoraġġ u komunikazzjoni

Artikolu 9
Kompiti tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti

1.L-Istati Membri għandhom jaħtru u jżommu Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti fit-territorju tagħhom u jassiguraw li l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti tagħhom ikollhom setgħat suffiċjenti u jkollhom riżorsi adegwati għat-twettiq xieraq tal-kompiti tagħhom. Huma għandhom jassiguraw li l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jagħtu s-servizzi tagħhom skont ir-Regolament (Portal Diġitali Uniku – COM(2017)256).

2.Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja online:

(a)informazzjoni dwar il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, inkluża informazzjoni dwar il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5;

(b)id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti fi ħdan dak l-Istat Membru li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, inklużi d-dettalji tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tar-regoli tekniċi nazzjonali applikabbli fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(c)ir-rimedji u l-proċeduri disponibbli fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru fil-każ ta’ tilwima bejn l-awtorità kompetenti u operatur ekonomiku, inkluża l-proċedura deskritta fl-Artikolu 8.

3.Fejn ikun meħtieġ sabiex jikkumplimentaw l-informazzjoni pprovduta online skont il-paragrafu 2, il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għandhom jipprovdu, fuq talba ta’ operatur ekonomiku jew ta’ awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, kwalunkwe informazzjoni utli, bħal kopja elettronika ta’, jew link elettronika għar-regoli tekniċi nazzjonali applikabbli għal prodotti speċifiċi jew tip speċifiku ta’ prodotti fit-territorju li fih ikun stabbilit il-Punt ta’ Kuntatt għall-Prodotti u informazzjoni dwar jekk il-prodotti jew prodotti ta’ dak it-tip ikunux soġġetti għar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni minn qabel skont il-liġi nazzjonali.

4.Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti għandhom iwieġbu fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta jirċievu kwalunkwe talba skont il-paragrafu 3.

5.Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti ma għandhom jitolbu l-ebda ħlas għall-għoti tal-informazzjoni skont il-paragrafu 3.

Artikolu 10
Kooperazzjoni amministrattiva

1.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal, u tassigura kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti tal-Istati Membri differenti.

2.Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti fl-Istat Membru fejn operatur ekonomiku jgħid li qiegħed jikkummerċjalizza legalment il-prodotti tiegħu għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, meta jintalbu u fi żmien 15-il jum ta’ xogħol, kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata ma’ dawk il-prodotti.

3.L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti tagħhom jipparteċipaw fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 11
Sistema ta’ appoġġ għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni

1.Għall-finijiet tal-Artikoli 5, 6, u 10, għandha tintuża s-sistema ta’ appoġġ għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-Unjoni stabbilita fir-[Regolament dwar il-konformità u l-infurzar], ħlief kif previst fl-Artikolu 7.

2.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1 u l-funzjonalitajiet tagħha għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Kapitolu IV
Finanzjament

Artikolu 12
Finanzjament ta’ attivitajiet b’appoġġ għal dan ir-Regolament

1.L-Unjoni tista’ tiffinanzja l-attivitajiet li ġejjin b’appoġġ għal dan ir-Regolament:

(a)kampanji ta’ sensibilizzazzjoni:

(b)edukazzjoni u taħriġ;

(c)skambju ta’ uffiċjali;

(d)il-funzjonament tal-kooperazzjoni bejn il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti u l-appoġġ tekniku u loġistiku għal din il-kooperazzjoni;

(e)ġbir ta’ data relatata mal-funzjonament tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u l-impatti tiegħu fuq is-suq uniku għall-prodotti.

2.L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet skont dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 , jew direttament jew bid-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 58(1)(c) ta’ dak ir-Regolament.

3.L-approprjazzjonijiet allokati għall-attivitajiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti kull sena mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju fis-seħħ.

Artikolu 13
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tassigura li, meta jiġu implimentati attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mħarsa permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti li ma kellhomx jitħallsu u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penali amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u ta’ spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 34 bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe tip ta’ attività irregolari oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

4.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Kapitolu V
Rieżami u proċedura ta’ Kumitat

Artikolu 14
Evalwazzjoni

1.Sa (…), u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-objettivi li jsegwi u tippreżenta rapport dwarha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni disponibbli fis-sistema msemmija fl-Artikolu 11 u d-data miġbura kif imsemmija fl-Artikolu 12(1) (e). Il-Kummissjoni tista’ titlob ukoll lill-Istati Membri jissottomettu kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-evalwazzjoni tal-moviment liberu ta’ prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u tal-effettività ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll valutazzjoni tal-funzjonament tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti.

Artikolu 15
Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Kapitolu VI
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 16
Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 huwa mħassar.

Artikolu 17
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020.    

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva:

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

1.7.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 35  

Titolu 02: Suq intern, industrija, intraprenditorija u SMEs

Attività 02 03: Suq intern għall-prodotti u s-servizzi

Attività 02 03 01: Tħaddim u żvilupp tas-suq intern tal-prodotti u s-servizzi

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 36  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

F’Diċembru 2013, il-Konklużjonijiet dwar il-Politika tas-Suq Uniku, adottati mill-Kunsill Kompetittività, innotaw li sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet qafas għan-negozji u l-konsumaturi fis-Suq Uniku, għandhom jintużaw tajjeb l-istrumenti kollha rilevanti, inklużi l-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku. Fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar il-Politika tas-Suq Uniku ta’ Frar 2015, il-Kunsill Kompetittività ħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tassigura li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jiffunzjona b’mod effettiv u biex tressaq proposti għal dak il-għan, kif jixraq. Bi tweġiba, il-Kummissjoni fit-28 ta’ Ottubru 2015 adottat l-Istrateġija għal Suq Uniku, Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji, l-istrateġija tikkostitwixxu wieħed mill-objettivi ewlenin tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017. Hija ssejjaħ għal rikonoxximent reċiproku akbar u aħjar, li għandu jinkiseb permezz ta’ pjan ta’ azzjoni għall-UE kollha dwar is-sensibilizzazzjoni u billi jiġi rivedut il-qafas legali preżenti sabiex tiġi introdotta dikjarazzjoni volontarja tal-konformità sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tal-merkanzija f’dan il-qasam.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv speċifiku Nru

B’mod aktar speċifiku, il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-moviment liberu ta’ prodotti li diġà jkunu kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor, billi:

-    tintroduċi dikjarazzjoni volontarja tal-konformità sabiex tinkwadra u tissimplifika d-diskussjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali dwar il-legalità tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott;

-    tistabbilixxi proċedura ta’ salvagwardja sabiex l-operaturi ekonomiċi li jkunu jixtiequ jikkontestaw deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq ikollhom mezz effiċjenti biex jagħmlu dan;

-    issaħħaħ il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti billi ttejjeb ir-rwol tagħhom bħala l-fornituri ewlenin ta’ informazzjoni dwar ir-regoli nazzjonali koperti mir-rikonoxximent reċiproku. Hija se ttejjeb ukoll il-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-punti ta’ Kuntatt għal skambju ta’ informazzjoni effettiv bejn il-fruntieri;

-    tuża għodda tal-IT għall-iskopijiet ta’ komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet u n-notifika ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu l-aċċess għas-suq;

-    tipprovdi l-bażi għal pjan ta’ azzjoni għall-UE kollha sabiex jiżdied l-għarfien dwar ir-rikonoxximent reċiproku.

Attività/attivitajiet ta’ ABM/ABB ikkonċernata/i

Attività 02 03: Suq intern għall-prodotti u s-servizzi

Attività 02 03 01 : Tħaddim u żvilupp tas-suq intern tal-prodotti u s-servizzi

1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

L-objettiv ġenerali tal-inizjattiva huwa li jinkiseb suq uniku aktar ġust u aktar profond għall-prodotti permezz ta’ rikonoxximent reċiproku akbar u aħjar.

L-objettiv speċifiku se jkun li ttejjeb il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku billi:

   Iżżid l-għarfien dwar ir-rikonoxximent reċiproku.

   Iżżid iċ-ċertezza legali għan-negozji u għall-awtoritajiet nazzjonali dwar meta jista’ jintuża l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

   Iżżid iċ-ċertezza legali dwar l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku; kemm in-negozji kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali għandhom ikunu jafu x’jistgħu raġonevolment jistennew meta jiġi applikat, jew suppost jiġi applikat, ir-rikonoxximent reċiproku. Dan inaqqas ir-riskju għan-negozji li l-prodotti tagħhom ma jiksbux aċċess għal, jew ikollhom jiġu rtirati mingħajr ġustifikazzjoni mis-suq.

   Ittejjeb il-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-fiduċja fost l-awtoritajiet nazzjonali, sabiex ikunu jistgħu jaġixxu bħala għodda ta’ faċilitazzjoni sabiex jassiguraw il-funzjonament tar-rikonoxximent reċiproku.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva proposta.

Huwa previst is-sett ta’ indikaturi li ġej:

   L-għadd ta’ avvenimenti organizzati (kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u taħriġ), u l-għadd ta’ persuni li jipparteċipaw fl-avvenimenti jew jirċievu t-taħriġ, kif ukoll il-livell tas-sodisfazzjon tagħhom

   L-għadd ta’ uffiċjali li jipparteċipaw fl-iskema tal-iskambju ta’ uffiċjali

   L-għadd ta’ notifiki ta’ abbozz ta’ regoli nazzjonali li jkun fihom klawsola dwar ir-rikonoxximent reċiproku

   Il-livell ta’ sodisfazzjon tal-operaturi ekonomiċi li jużaw id-Dikjarazzjoni volontarja ta’ Rikonoxximent Reċiproku, u l-input tagħhom f’termini ta’ tnaqqis fil-kostijiet

   L-għadd ta’ notifiki ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq

   L-għadd ta’ każijiet introdotti min-negozji fis-SOLVIT u r-rata ta’ riżoluzzjoni

   L-għadd ta’ appelli lill-Kummissjoni u l-għadd ta’ deċiżjonijiet vinkolanti adottati mill-Kummissjoni

   L-għadd ta’ lmenti riċevuti dwar l-applikazzjoni ħażina tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku

   L-għadd ta’ talbiet riċevuti mill-PCPs, l-iskadenzi għat-tweġiba u l-livell ta’ sodisfazzjon tal-operaturi ekonomiċi

   L-għadd ta’ laqgħat ta’ kooperazzjoni amministrattiva organizzati u l-għadd ta’ parteċipanti

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Il-proposta għandha l-għan li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi billi tippermetti:

-    titjib tal-għarfien dwar meta u kif jista’ jintuża l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku;

-    aċċess aktar faċli għall-informazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku;

-    faċilitar tat-turija li prodott ikun ġie kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru ieħor u għalhekk soġġett għall-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku;

-    aċċess għal mezz b’xejn u effiċjenti sabiex jiġu kkontestati deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Ir-rikonoxximent reċiproku japplika biss f’sitwazzjonijiet transfruntiera fejn operatur ekonomiku jkun jixtieq jinnegozja fi Stati Membri oħra prodott li diġà jkun kummerċjalizzat legalment fi Stat Membru. Azzjoni mill-Istati Membri waħedhom ma tistax issolvi problemi assoċjati mal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fis-suq uniku. Biex tkun effettiva, l-applikazzjoni tal-prinċipju jeħtieġ li tkun ibbażata fuq proċeduri armonizzati li għandhom jiġu applikati b’mod indaqs mill-awtoritajiet nazzjonali kollha. Proċeduri armonizzati bħal dawn biss jistgħu jiggarantixxu li l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw il-prinċipju bl-istess mod, u b’hekk jippermettu lill-kumpaniji li jibbenefikaw minn trattament ugwali irrispettivament mill-pajjiż fejn jippruvaw jikkumerċjalizzaw il-prodott tagħhom. It-tħollija tal-aspetti proċedurali tal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku f’idejn kull Stat Membru ddgħajjef il-prinċipju billi żżarma l-modus operandi fi 28 proċedura differenti u possibbilment kontradittorji.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, li joħroġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kienet soġġetta għal diversi komunikazzjonijiet interpretattivi u għar-Regolament (KE) Nru 764/2008. Ir-Regolament stabbilixxa diversi garanziji proċedurali maħsuba sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Minkejja dan, l-applikazzjoni tal-prinċipju għadha problematika; il-biċċa l-kbira tal-operaturi ekonomiċi jew ma jafux dwar il-prinċipju jew ma jibbażawx fuqu. L-awtoritajiet nazzjonali huma wkoll kawti biex jagħtu l-aċċess għas-suq lil prodotti li jkunu diġà kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u soġġett għar-rikonoxximent reċiproku. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ data affidabbli kienet tagħmel l-evalwazzjoni tal-impatti li l-prinċipju għandu fuq is-suq intern diffiċli ħafna.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta tikkumplimenta u hija koerenti ma’ għadd ta’ inizjattivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija, bħad-Direttiva (UE) 2015/1535 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, id-Direttiva 2001/95/KE dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 dwar il-prodotti għall-bini, in-netwerk SOLVIT u l- leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni.

1.6.Id-durata u l-impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mingħajr limitu

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2018 sal-2020,

segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 37  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

√ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

pajjiżi terzi jew il-korpi li jkunu ħatru;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li jridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi rregolati bil-liġi pubblika;

korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Kull ħames snin, il-Kummissjoni se tirrieżamina l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u se tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport se jivvaluta l-funzjonament tar-Regolament u tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq il-moviment liberu tal-merkanzija u fuq is-suq intern għall-prodotti, fuq il-bażi tal-feedback miġbur mingħand il-partijiet ikkonċernati, inkluża informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

L-introduzzjoni ta’ għodda tal-IT sabiex tiffaċilita l-komunikazzjoni u n-notifika ta’ deċiżjonijiet amministrattivi li jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess għas-suq tinvolvi xi riskji tekniċi. Madankollu, il-Kummissjoni hija l-proprjetarja tal-għodda tal-IT li għandha tintuża għall-finijiet tal-proposta, u hija responsabbli għat-tħaddim ta’ kuljum, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tagħha. Is-sistema hija żviluppata u ospitata minn fornitur intern li jassigura livell għoli ta’ kontinwità tal-operat.

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Sabiex jiġu indirizzati r-riskji identifikati fil-punt 2.2.1, il-Kummissjoni se tassigura laqgħat regolari mal-Istati Membri, u se tipprovdi taħriġ u gwida sabiex tippermetti implimentazzjoni faċli u mingħajr problemi tal-proposta.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Ir-riskji identifikati fil-punt 2.2.1 se jiġu indirizzati bl-għoti ta’ assistenza u informazzjoni lill-partijiet interessati kkonċernati.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti u previsti.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet li normalment japplikaw għall-attivitajiet tal-Kummissjoni, inkluż ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), se japplikaw fil-kuntest tal-portal diġitali uniku mingħajr ebda restrizzjoni.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarji tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

0203

Suq intern għall-prodotti u s-servizzi

Diff./Mhux diff 38 .

minn pajjiżi tal-EFTA 39

minn pajjiżi kandidati 40

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

020301

Tħaddim u żvilupp tas-suq intern tal-prodotti u s-servizzi 

Diff.

IVA

LE

LE

LE

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa

Dawn il-miżuri se jiġu koperti bl-allokazzjonijiet diġà previsti fil-programmazzjoni finanzjarja uffiċjali tal-Kummissjoni, mhumiex meħtieġa riżorsi addizzjonali.

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

02 03

Suq intern għall-prodotti u s-servizzi

DĠ: GROW

Is-sena
2018

Is-sena
2019

Is-sena
2020

TOTAL

2018-2020

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

02 03 01

Impenji

(1)

0,700

0,300

1,000

Pagamenti

(2)

0,350

0,500

0,150

1,000

Numru tal-linja baġitarja

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 41  

Numru tal-linja tal-baġit

(3)

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ GROW

Impenji

=1+1a +3

0,700

0,300

1,000

Pagamenti

=2+2a

+3

0,350

0,500

0,150

1,000






Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 1
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,700

0,300

1,000

Pagamenti

=5+ 6

0,350

0,500

0,150

1,000

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/mill-inizjattiva:

• Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• Approprjazzjonijiet TOTALI ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

‘Nefqa amministrattiva’

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena

2018

Is-sena
2019

Is-sena
2020

Sena

Snin ta’ wara

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

2019-2020

DĠ: GROW

• Riżorsi umani

0,690

0,690

1,380

• Nefqa amministrattiva oħra

0,135

0,195

0,330

TOTAL DĠ GROW

0,825

0,885

1,710

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0,825

0,885

1,710

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Is-sena
2018

Is-sena
2019

Is-sena
2020

Is-sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

RIŻULTATI

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0,700

1,125

0,885

2,710

Pagamenti

0,350

1,325

1,035

2,710

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati

Is-sena
2018

Is-sena
2019

Is-sena
2020

Snin ta’ wara

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

(2018-2020)

OUTPUTS

Tip 42

Kost medju

Għadd

Kost

Għadd

Kost

Għadd

Kost

Għadd

Kost

Għadd

Kost

Għadd

Kost

Għadd

Kost

Għadd totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 43

Titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn il-Punti ta’ Kuntatt

- Output

Skambju

ta’ uffiċjali 44

 

5

0,200

10

0

15

0

15

150

0,200

- Output

Identità viżwali għall-PCPs

1

0,100

0

0

0,100

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

6

0,300

10

0

15

15

150

46

0,300

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2

Sensibilizzazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku

- Output

Taħriġ

20

0,400

40

0,300

40

0

100

0,700

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

20

0,400

40

0,300

40

0

100

0,700

KOST TOTALI

26

0,700

50

0,300

45

0

146

1,000

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Is-sena
2019

Is-sena
2020

Sena

Snin ta’ wara

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

(2019-2020)

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0203

0203

Riżorsi umani

0,690

0,690

0,138

Nefqa amministrattiva oħra

0,135

0,195

0,330

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,825

0,885

1,710

Barra mill-INTESTATURA 5 45
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,825

0,885

1,710

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu tar-riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Is-sena
2019

Is-sena
2020

Sena

Snin ta’ wara

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Il-Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

5

5

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: EFT) 46

XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss  47

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

5

5

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie skjerat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

-Żvilupp, applikazzjoni u monitoraġġ tal-politika tal-UE dwar ir-rikonoxximent reċiproku għall-prodotti

-Implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti

-Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku għall-Prodotti kif stabbilit fl-Istrateġija għal Suq Uniku [COM(2015)550]

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Sabiex jiġu koperti l-allokazzjonijiet addizzjonali, se jkun meħtieġ mill-anqas tqassim mill-ġdid parzjali u dan se jiġi implimentat matul il-proċedura baġitarja annwali.

Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.



3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 48

Is-sena
N

Is-sena
N+1

Is-sena
N+2

Is-sena
N+3

Daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

ANNESS

Isem il-proposta/l-inizjattiva:

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti

(1)L-GĦADD u l-KOST tar-RIŻORSI UMANI MEQJUSA BĦALA NEĊESSARJI

(2)Il-KOST ta’ NFIQ AMMINISTRATTIV IEĦOR

(3)Il-METODI ta’ KALKOLU UŻATI għall-ISTIMA TAL-KOSTIJIET

(a)Riżorsi umani

(b)Nefqiet amministrattivi oħra

Dan l-anness għandu jinhemeż mad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva meta titnieda l-konsultazzjoni bejn is-servizzi.

It-tabelli tad-data jintużaw bħala sors għat-tabelli inklużi fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva. Dawn huma strettament għall-użu intern fi ħdan il-Kummissjoni.

(1)Kost tar-riżorsi umani kkunsidrati bħala neċessarji    

Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Sena 2019

Sena 2020

Sena 

Sena N+3

... daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

RIŻULTATI

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Il-Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

AD

5

EUR 690.000

5

EUR 690.000

AST

XX 01 01 02 (fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni)

AD

AST

 Persunal estern 49

XX 01 02 01 (“pakkett globali”)

AC

ENS

INT

XX 01 02 02 (fid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni)

AC

AL

ENS

INT

JED

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Subtotal – INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

5

EUR 690.000

5

EUR 690.000

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie skjerat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.    

Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

... daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

RIŻULTATI

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

FTE

Approprjazzjonijiet

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

10 01 05 02 (Riċerka diretta)

AD

AST

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

AD

AST

 Persunal estern 50

XX 01 04 yy 
Sottolimitu għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (linji “BA” preċedenti).

- fil-Kwartieri Ġenerali

AC

ENS

INT

- fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni

AC

AL

ENS

INT

JED

XX 01 05 02 (Riċerka indiretta)

AC

ENS

INT

10 01 05 02 (Riċerka diretta)

AC

ENS

INT

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Subtotal – Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.TOTAL

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati b’persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkun ġie mqassam mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

(2)Kost ta’ nfiq amministrattiv ieħor

◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2019

Sena
2020

Sena

Is-Snin ta’ Wara

... daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt
(ara l-punt 1.6)

TOTAL

2019-2020

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

   Fil-Kwartieri ġenerali:

02.010211.00.01.10 - Spejjeż tal-missjonijiet u tar-rappreżentanzi

0,005

0,005

02.010211.00.02.20 - Spejjeż tal-konferenzi u tal-laqgħat

0,030

0,090

XX 01 02 11 03 - Kumitati 51  

XX 01 02 11 04 - Studji u konsultazzjonijiet

02 03 01– Sistemi ta’ informazzjoni u ġestjoni

0,100

0,100

XX 01 03 01 – Tagħmir u servizzi tal-ICT 52

Linji baġitarji oħra (speċifika fejn meħtieġ)

   Fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni

XX 01 02 12 01 - Spejjeż tal-missjonijiet, tal-konferenzi u tar-rappreżentanzi

XX 01 02 12 02 - Taħriġ ulterjuri tal-persunal

XX 01 03 02 01 - Akkwiżizzjoni, kiri u nefqa relatata

XX 01 03 02 02 Apparat, għamara, provvisti u servizzi

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,135

0,195

0,330

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.



EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

... daħħal snin kemm meħtieġ biex turi d-durata tal-impatt
(ara l-punt 1.6)

TOTAL

Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

XX 01 04 yy - Nefqa fuq assistenza teknika u amministrattiva (li ma tinkludix il-persunal estern) minn approprjazzjonijiet operattivi (linji “BA” preċedenti)

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni

XX 01 05 03 - Nefqa maniġerjali oħra għar-riċerka indiretta

10 01 05 03 - Nefqa maniġerjali oħra għar-riċerka diretta

Linji baġitarji oħra (speċifika fejn meħtieġ)

Subtotal – Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

TOTAL

INTESTATURA 5 u Barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

L-approprjazzjonijiet amministrattivi meħtieġa se jiġu ssodisfati permezz tal-approprjazzjonijiet li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkunu ġew imqassma mill-ġdid, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji eżistenti.

(3)Il-metodi ta’ kalkolu użati għall-istima tal-kostijiet

(a) Riżorsi umani

Din il-parti tispjega l-metodu ta’ kalkolu li ntuża biex jiġu stmati r-riżorsi umani kkunsidrati bħala neċessarji (assunzjonijiet tal-ammont ta’ xogħol, inklużi kariġi speċifiċi (il-profili tax-xogħol tas-Sysper 2), il-kategoriji tal-persunal u l-kostijiet medji korrispondenti)

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

NB: Il-kostijiet medji għal kull kategorija tal-persunal fil-Kwartieri Ġenerali jinsabu fuq BudgWeb:

https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/pre/legalbasis/Pages/pre-040-020_preparation.aspx

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-kost medju għal uffiċjal (espress bħala FTE) huwa EUR 138 000.

Persunal estern

Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Postijiet biss iffinanzjati mill-baġit għar-riċerka 

Persunal estern

(b)Nefqa amministrattiva oħra

Agħti dettalji tal-metodu ta’ kalkolu użat għal kull linja baġitarja

u b’mod partikolari s-suppożizzjonijiet sottostanti (pereżempju l-għadd ta’ laqgħat kull sena, il-kostijiet medji, eċċ.)

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Għall-missjonijiet, huma previsti 5 missjonijiet fis-sena, u missjoni waħda għandha kost medju ta’ EUR 1000.

Il-kost medju għal konferenza / laqgħa tal-esperti huwa ta’ EUR 30 000.

Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(1)    Jean-Claude Juncker, “Bidu Ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku”, Linji gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss, Dikjarazzjoni Ftuħ fil-Parlament Ewropew Sessjoni Plenarja, 15 ta’ Lulju 2014: http://ec.europa.eu/about/juncker-commission/priorities/index_en.htm .
(2)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji, COM 2015 550/2.
(3)    COM(2016) 710 final: http://ec.europa.eu/atwork/key-documents/index_mt.htm.
(4)    Sors Eurostat.
(5)    COM(2014) 910 final: http://ec.europa.eu/atwork/pdf/cwp_2015_mt.pdf .
(6)    Diversi għodod oħra jippermettu l-applikazzjoni korretta tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, bħall-klawsola dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-ilmenti u l-ksur relatati mal-artikoli 34-36 TFUE. Għal aktar informazzjoni, ara l-Evalwazzjoni.
(7)    Ara l-Evalwazzjoni.
(8)    Konklużjonijiet dwar il-Politika tas-Suq Uniku, laqgħa tal-Kunsill Kompetittività; Brussell, 2 u 3 ta’ Diċembru 2013: http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/intm/139846.pdf .
(9)    Konklużjonijiet dwar il-Politika tas-Suq Uniku, laqgħa tal-Kunsill Kompetittività; Brussell, 2-3 ta’ Marzu 2015: http://register.consilium.europa.eu/doc/srv?l=MT&f=ST%206197%202015%20INIT .
(10)    Kummissjoni Ewropea, Studju kkummissjonat lil Technopolis Group (2015): “Evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-prodotti,” ENTR/172/PP/2012/FC – LOT 4 imwettaq bejn April 2014 u Mejju 2015: http://ec.europa.eu/growth/single-market/goods/free-movement-sectors/mutual-recognition/index_mt.htm .
(11)    ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1.
(12)     ĠU L 11, 15.1.2002, pp. 47 .
(13)    ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.
(14)     http://ec.europa.eu/solvit/what-is-solvit/index_mt.htm .
(15)    COM(2017) 255 final.
(16)    Il-proposta COM(2017)256 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012.
(17)    COM(2017) 255.
(18)    ĠU L 001, 15.01.2002.
(19)     http://ec.europa.eu/solvit/what-is-solvit/index_mt.htm .
(20)    The Cost of Non- Europe in the Single Market, 'Cecchini Revisited', An overview of the potential economic gains from further completion of the European Single Market, CoNE 1/2014.    http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2014/510981/EPRS_STU(2014)510981_REV1_EN.pdf.
(21)    ĠU C , , p. .
(22)    ĠU, L 218,13.8.2008, p.21
(23)    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(24)    ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.
(25)    ĠU L 31, 1.2.2002,p 1.
(26)    Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(27)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE tas-17 ta’ Settembru 2013 fuq il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (ĠU L 249, 19.9.2013, p. 10).
(28)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.
(29)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(30)    Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(31)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(32)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(33)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(34)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra, ĠU L292, 14.11.1996, p.2.
(35)    ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġittjar ibbażat fuq l-attività
(36)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(37)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html .
(38)    Diff. AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati
(39)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(40)    Pajjiżi kandidati u, meta dan ikun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(41)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ tal-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(42)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(43)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku(ċi)...”.
(44)    Impenn fl-2018 u implimentazzjoni bejn l-2018-2020.
(45)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(46)    AC= Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED= Esperti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(47)    Sottolimitu għal persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operattivi (linji 'BA' preċedenti).
(48)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-kostijiet tal-ġbir.
(49)    AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED = esperti subalterni fid-delegazzjonijiet.
(50)    AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED = esperti subalterni fid-delegazzjonijiet.
(51)    Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.
(52)    ICT: Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni: id-DIGIT irid jiġi kkonsultat.
Top

Brussell,19.12.2017

COM(2017) 796 final

IL-PAKKETT TAL-PRODOTTI

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor


ANNESS

Dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent reċiproku għall-finijiet tar-Regolament [XXX/SSSS]

1.Identifikatur uniku għall-prodotti jew it-tip ta’ prodotti: [Nota: daħħal in-numru tal-prodotti jew markatur ieħor ta’ referenza li jidentifika b’mod uniku l-prodotti jew it-tip ta’ prodotti]

2.L-isem u l-indirizz tal-produttur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu:

3.Deskrizzjoni tal-prodotti jew tat-tip ta’ prodotti soġġetti għad-dikjarazzjoni: [Nota: id-deskrizzjoni għandha tkun suffiċjenti sabiex tippermetti li l-prodotti jiġu identifikati għal raġunijiet ta’ traċċabilità. Hija tista’ tkun akkumpanjata b’ritratt, fejn ikun xieraq]

4.Dikjarazzjoni u informazzjoni dwar il-legalità tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tat-tip ta’ prodotti:

4.1.Il-prodotti jew it-tip ta’ prodotti deskritti hawn fuq huma konformi mar-regoli rilevanti applikabbli fl-Istat Membru identifikat hawn taħt: It-Titolu, f’kull każ, tar-regoli rilevanti applikabbli fl-Istati Membru:

4.2.Referenza tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli għall-prodotti jew għat-tipi ta’ prodotti, u/jew ta’ kwalunkwe test imwettaq minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità (jekk twettqet proċedura ta’ dan it-tip jew saru xi testijiet ta’ dan it-tip):

5.Dikjarazzjoni u informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tat-tip ta’ prodotti:

5.1.Il-prodotti jew it-tip ta’ prodotti huma disponibbli fis-suq domestiku għall-utenti finali fi Stat Membru.

5.2.Informazzjoni li l-prodotti jew it-tip ta’ prodotti huma disponibbli għall-utenti f’dak l-Istat Membru, inklużi dettalji tal-Istat Membru rilevanti u tad-data meta l-prodotti saru disponibbli għall-utenti finali fis-suq domestiku f’dak l-Istat Membru:    

6.Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali kkunsidrata rilevanti għal valutazzjoni ta’ jekk il-prodotti jew it-tip ta’ prodotti humiex kummerċjalizzati legalment f’dak l-Istat Membru

7.Din id-dikjarazzjoni qiegħda tinħareġ taħt ir-responsabbiltà unika tal-firmatarji:

Iffirmata għal u f’isem

(post u data tal-ħruġ):

(isem, funzjoni) (firma) :

U jekk operatur ekonomiku ieħor jimla l-punt 5 :

Iffirmata għal u f’isem:

(post u data tal-ħruġ)

(isem, funzjoni) (firma)

Top