EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011X1221(01)

Addendum għar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 272, 18.10.2011 )

ĠU L 338, 21.12.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/add/2011/1007/oj

21.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/1


ADDENDUM

għar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 73/44/KEE u d-Direttivi 96/73/KE u 2008/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 272, tat-18 ta' Ottubru 2011)

Id-Dikjarazzjoni li ġejja hija miżjuda mar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2011:

DIKJARAZZJONI MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma konxji mill-importanza tal-għoti ta' informazzjoni preċiża lill-konsumaturi, b'mod partikolari meta l-prodotti jkunu mmarkati b'indikazzjoni tal-oriġini, sabiex huma jiġu protetti minn dikjarazzjonijiet frodulenti, impreċiżi jew qarrieqa. L-użu ta' teknoloġiji ġodda, bħat-tikkettar elettroniku, inkluża l-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju, jista' jkun għodda utli biex tingħata tali informazzjoni filwaqt li jinżamm il-pass mal-iżvilupp tekniku. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex, meta tfassal ir-rapport skont l-Artikolu 24 tar-Regolament, tqis l-impatt tagħhom fuq ir-rekwiżiti ta' tikkettar ġodda possibbli, inkluż bil-għan li tittejjeb it-traċċabbiltà tal-prodotti.


Top