EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0723

Kawża C-723/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Cottbus (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Novembru 2021 – Stadt Frankfurt (Oder) u FWA Frankfurter Wasser- und Abwassergesellschaft mbH vs Landesamt für Bergbau, Geologie und Rohstoffe

ĠU C 95, 28.2.2022, p. 14–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 95, 28.2.2022, p. 5–5 (GA)

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Cottbus (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Novembru 2021 – Stadt Frankfurt (Oder) u FWA Frankfurter Wasser- und Abwassergesellschaft mbH vs Landesamt für Bergbau, Geologie und Rohstoffe

(Kawża C-723/21)

(2022/C 95/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Cottbus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadt Frankfurt (Oder), FWA Frankfurter Wasser- und Abwassergesellschaft mbH

Konvenut: Landesamt für Bergbau, Geologie und Rohstoffe

Domandi preliminari

1)

a)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri kollha tal-pubbliku direttament affettwati minn proġett huma intitolati jirrapportaw ksur tal-obbligu li

i)

jiġi evitat deterjorament fil-kwalità tal-korpi tal-ilma użati għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb,

ii)

jitnaqqas it-trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb,

billi jippreżentaw rikors fil-qorti għal ksur tal-obbligu għall-infurzar tal-projbizzjoni ta’ deterjorazzjoni relatata mal-ilma ta’ taħt l-art, abbażi tal-protezzjoni ta’ terz (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2020, Land Nordrhein-Westfalen (2), punti 132 et seq., kif ukoll is-sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2019, Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland et (3), punti 40 u 42)?

b)

Fil-każ li r-risposta għall-punt (a) tkun fin-negattiv:

Fi kwalunkwe każ, dawk ir-rikorrenti li ġew fdati bil-produzzjoni u t-trattament tal-ilma tax-xorb, huma intitolati li jinvokaw ksur tal-projbizzjonijiet u tar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60?

2)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jinkludi wkoll, fir-rigward tal-korpi tal-ilma barra minn żoni protetti fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(3) ta’ din l-istess direttiva, minbarra l-mandat għall-ippjanar fit-tul tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar u programmi ta’ miżuri simili għall-Artikolu 4 tal-istess, l-obbligu li tiġi rrifjutata l-approvazzjoni għal proġetti speċifiċi minħabba ksur tal-projbizzjoni ta’ deterjorament (ara s-sentenza Land Nordrhein-Westfalen, punt 75)?

3)

Fil-każ li l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60, kuntrarjament għall-Anness V tal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, ma jispeċifikax il-valuri ta’ referenza tiegħu stess għall-eżami tal-projbizzjoni ta’ deterjorament:

a)

Taħt liema kundizzjonijiet jista’ jiġi preżunt li l-korp tal-ilma ser jiddeterjora u, konsegwentement, ser jiżdied l-ammont ta’ trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb?

b)

Jista’ l-punt ta’ referenza rilevanti għaż-żieda fl-ammont ta’ trattament u għalhekk għall-projbizzjoni ta’ deterjorament fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jidher fil-valuri limitu fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (4), kif issuġġerit mill-aħħar nofs sentenza tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2000/60?

c)

Fil-każ li r-risposta għall-punt (b) tkun fl-affermattiv:

Jista’ jkun hemm ksur tal-projbizzjoni ta’ deterjorament fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jekk l-uniku valur sinjifikattiv ma jkunx valur limitu fil-Parti A jew B tal-Anness I, iżda l-hekk imsejjaħ parametru indikatur skont il-Parti Ċ tal-Anness I?

4)

Meta għandu jiġi preżunt ksur tal-projbizzjoni ta’ deterjorament taħt il-liġi dwar l-ilma tax-xorb tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 (ara għall-istandard tal-projbizzjoni ta’ deterjorament fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, is-sentenza Land Nordrhein-Westfalen, punt 119, u preċedentement is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2015, Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland (5), punt 52)?

a)

Kwalunkwe deterjorament huwa biżżejjed għall-preżunzjoni ta’ ksur

jew

b)

għandu jkun hemm probabbiltà li l-parametru indikatur għas-sulfat ta’ 250 mg/l ma jkunx osservat

jew

c)

għandhom jiġu mhedda miżuri ta’ rimedju fis-sens tal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 98/83, li jżidu l-ispejjeż ta’ trattament għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb?

5)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jinkludi wkoll, minbarra l-istandard sostantiv tat-test, rekwiżiti għall-proċedura ta’ approvazzjoni uffiċjali, jiġifieri l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 4 ta’ din l-istess direttiva tista’ tiġi ttrasferita għall-iskop tal-eżami tal-Artikolu 7(3) tal-istess (ara s-sentenza Land Nordrhein-Westfalen, it-tieni domanda preliminari)?

6)

Għandha ssir ukoll perizja rigward ħsara possibbli tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 mill-kuntrattur hekk kif jidher li l-proġett aktarx jikser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva?

7)

Jista’ wkoll jiġi preżunt hawnhekk li l-eżami jrid ikun disponibbli fiż-żmien tad-deċiżjoni li tirrigwarda l-liġi dwar l-ilma u li konsegwentement eżami mwettaq matul il-proċedura ġudizzjarja ma jistax jirrimedja l-illegalità tal-approvazzjoni li tirrigwarda l-liġi dwar l-ilma (ara s-sentenza Land Nordrhein-Westfalen, punti 76 u 80 et seq.)?

8)

Ir-rekwiżiti u projbizzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jistgħu jingħelbu matul l-ibbilanċjar tal-interessi fil-kuntest ta’ approvazzjoni favur l-għan imfittex mill-proġett, pereżempju, jekk l-ispejjeż tat-trattament ikunu baxxi jew l-iskop tal-proġett huwa partikolarment importanti?

9)

L-Artikolu 4(7) japplika għall-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60?

10)

Liema obbligi li jmorru lil hinn mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 jistgħu jiġu dedotti mill-Artikolu 7(2) tal-istess, b’tali mod li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ proġett?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 27, rettifika fil-ĠU 2019, L 260, p. 70.

(2)  C-535/18, ECLI:EU:C:2020:391.

(3)  C-197/18, ECLI:EU:C:2019:824.

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90.

(5)  C-461/13, ECLI:EU:C:2015:433


Top