EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0020

Kawża C-20/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Vincent Pierre Oberle

ĠU C 112, 10.4.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Vincent Pierre Oberle

(Kawża C-20/17)

(2017/C 112/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergerichts Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent u appellant: Vincent Pierre Oberle

Domanda preliminari

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jiddetermina wkoll il-ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva fil-qasam tal-ħruġ, fl-Istati Membri, ta’ ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni li ma ġewx issostitwiti biċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni [ara l-Artikolu 62(3) tar-Regolament Nru 650/2012)] b’tali mod li d-dispożizzjonijiet diverġenti adottati mil-leġiżlaturi nazzjonali fir-rigward tal-ġurisdizzjoni internazzjonali fil-qasam tal-ħruġ ta’ ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni – bħall-Artikolu 105 tal-Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit (liġi dwar il-proċedura fil-qasam tal-familja u tal-ġurisdizzjoni volontarja) fil-Ġermanja – huma ineffettivi minħabba li jmorru kontra dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew ta’ livell ogħla?


(1)  ĠU L 201, p. 107.


Top