EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0078

Kawża C-78/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Frar 2015 – Colena AG vs Deiters GmbH

ĠU C 171, 26.5.2015, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Frar 2015 – Colena AG vs Deiters GmbH

(Kawża C-78/15)

(2015/C 171/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Colena AG

Konvenuta: Deiters GmbH

Domandi preliminari

1.

Il-lentijiet ta’ kuntatt ikkuluriti b’diżinni, mingħajr korrezzjoni tal-vista, komposti minn kopolimeri u ilma (hydrogel), huma “prodott kożmetiku” (“sustanza” u/jew “taħlita”) fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 (1) intiż, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, li jitqiegħed f’kuntatt ma’ partijiet esterni tal-ġisem tal-bniedem?

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa applikabbli wkoll jekk prodott, li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(a) tal-istess regolament, ikun, fid-dawl tal-iskop prinċipali tiegħu, meqjus minn konsumatur medju raġonevolment informat, attent u avżat bħala prodott kożmetiku, pereżempju peress li l-ippakkjar jipprovdi avviż bl-Ingliż bħal “L-aċċessorji kożmetiċi tal-għajnejn huma rregolati mid-Direttiva tal-UE dwar il-kożmetiċi” jew “L-aċċessorji tal-kulur għall-għajnejn huma rregolati mid-Direttiva tal-UE dwar il-kożmetiċi”?


(1)  Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009,dwar il-prodotti kożmetiċi, ĠU L 342, p. 59.


Top