EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0584

Kawża C-584/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid- 19 ta’ Novembru 2013 — Directeur général des finances publiques, Mapfre warranty SpA vs Mapfre asistencia compania internacional de seguros y reaseguros, Directeur général des finances publiques

ĠU C 31, 1.2.2014, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-19 ta’ Novembru 2013 — Directeur général des finances publiques, Mapfre warranty SpA vs Mapfre asistencia compania internacional de seguros y reaseguros, Directeur général des finances publiques

(Kawża C-584/13)

2014/C 31/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directeur général des finances publiques, Mapfre warranty SpA

Konvenuti: Mapfre asistencia compania internacional de seguros y reaseguros, Directeur général des finances publiques

Domanda preliminari

L-Artikoli 2 u 13 B(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-provvista li tikkonsisti, għal operatur ekonomiku indipendenti mill-bejjiegħ ta’ vetturi użati, u permezz tal-ħlas ta’ somma f’daqqa, f’garanzija għall-ħsara mekkanika li tista’ taffettwa ċerti partijiet mill-vetturi użati taqa’ fil-kategorija ta’ operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud jew, għall-kuntrarju, taqa’ fil-kategorija tal-provvisti ta’ servizz?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


Top