EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0377
Case C-377/11: Reference for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spain) lodged on 18 July 2011 — International Bingo Technology, S.A. v Tribunal Económico Administrativo Regional de Cataluña (TEARC)
Kawża C-377/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fit- 18 ta’ Lulju 2011 — International Bingo Technology, S.A. vs Tribunal Económico Regional de Cataluña (TEARC)
Kawża C-377/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fit- 18 ta’ Lulju 2011 — International Bingo Technology, S.A. vs Tribunal Económico Regional de Cataluña (TEARC)
ĠU C 290, 1.10.2011, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 290/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fit-18 ta’ Lulju 2011 — International Bingo Technology, S.A. vs Tribunal Económico Regional de Cataluña (TEARC)
(Kawża C-377/11)
2011/C 290/03
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: International Bingo Technology, S.A.
Konvenut: Tribunal Económico Regional de Cataluña (TEARC)
Domandi preliminari
(1) |
Għall-finijiet tal-integrazzjoni tal-fatt taxxabbli tal-VAT, il-fatt li l-lagħaba tat-tombla jħallsu l-parti tal-prezz tal-biljetti li tikkorrispondi għar-rebħ jimplika li kien hemm konsum awtentiku ta’ oġġetti jew ta’ servizzi? |
(2) |
Għall-finijiet tar-regoli li jirregolaw id-denominatur użat sabiex tiġi kkalkolata l-perċentwali tal-pro rata, l-Artikolu 11(A)(1)(a), ikkunsidrat flimkien mal-Artikoli 17(5) u 19(1) tas-Sitt Direttiva (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi livell ta’ armonizzazzjoni tali li jipprekludi li fid-diversi Stati Membri jkunu adottati, fuq livell leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, soluzzjonijiet differenti fir-rigward tal-inklużjoni, fil-valur taxxabbli tal-VAT, tal-parti tal-prezz tal-biljetti intiża għall-ħlas tar-rebħ? |
(3) |
Għall-finijiet tal-integrazzjoni tad-denominatur użat sabiex tiġi kkalkolata l-perċentwali tal-pro rata, l-Artikolu 11(A)(1)(a), ikkunsidrat flimkien mal-Artikoli 17(5) u 19(1) tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li, fil-każ tal-logħob tat-tombla, tinkludi fil-valur taxxabbli tal-VAT is-sommom li jikkorrispondu għall-ammont tar-rebħ u li tħallsu mil-lagħaba permezz tax-xiri tal-biljetti? |
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.