EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0597

Kawża C-597/10: Rikors ippreżentat fis- 16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

ĠU C 55, 19.2.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/20


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-597/10)

2011/C 55/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u I. Hadjiyannis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007 (1), li tistabbilixxi qafas għall-valutazzjoni u għall-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar, bil-għan li jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-attività ekonomika assoċjati mal-għargħar fil-Komunità, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/60/KE skada fil-25 ta’ Novembru 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tittrasponi d-direttiva jew, fi kwalunkwe każ, ma kinitx innotifikathom lill-Kummissjoni.


(1)  Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, p. 27).


Top