EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0487

Kawża C-487/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Rennes (Franza) fil- 11 ta’ Ottubru 2010 — L’Océane Immobilière SAS vs Direction de contrôle fiscal Ouest

ĠU C 346, 18.12.2010, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Rennes (Franza) fil-11 ta’ Ottubru 2010 — L’Océane Immobilière SAS vs Direction de contrôle fiscal Ouest

(Kawża C-487/10)

()

2010/C 346/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Rennes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L’Océane Immobilière SAS.

Konvenut: Direction de contrôle fiscal Ouest.

Domanda preliminari

L-Artikolu 5 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), jippermetti lil Stat Membru jżomm fis-seħħ jew jistabbilixxi dispożizzjoni li tissuġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud il-provvista ta’ beni immobbli minn persuna taxxabbli, lilha stess, għall-ħtiġijiet tal-impriża tagħha, meta din il-provvista tagħti lok għat-tnaqqis immedjat u totali tat-taxxa fuq il-valur miżjud miġbura f’dan is-sens?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)


Top