EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0189

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba' Awla) tad-29 ta' Lulju 2010.
Il-Kummissjoni Ewropea vs ir-Repubblika ta' l-Awstrija.
Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/24/KE - Protezzjoni tal-ħajja privata - Żamma ta' data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi - Nuqqas ta' traspożizzjoni fit-terminu previst.
Kawża C-189/09.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2010:455





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 – Il‑Kummissjoni vs L-Awstrija

(Kawża C‑189/09)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/24/KE – Protezzjoni tal-ħajja privata – Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi li jirriżultaw minn direttiva - Motivi ta’ difiża - Kontestazzjoni tal-legalità tad-direttiva - Inammissibbiltà - Limiti - Att ineżistenti (Artikoli 226 KE, 227 KE, 230 KE u 232 KE) (ara l-punti 15, 16)

2.                     Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 18)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/24) (ara l-punti 19-22)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jadotta jew jinnotifika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top