EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0515

Kawża C-515/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat- 12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — L-Olanda) — Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie vs Staatssecretaris van Financiën (Sitt Direttiva VAT — Oġġetti u servizzi allokati għan-negozju għall-iskopijiet ta' tranżazzjonijiet taxxabbli u ta' tranżazzjonijiet li mhumiex tranżazzjonijiet taxxabbli — Dritt għal tnaqqis immedjat u b'mod integrali tat-taxxa mħallsa fuq ix-xiri ta' tali oġġetti u servizzi)

ĠU C 82, 4.4.2009, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-12 ta' Frar 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — L-Olanda) — Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-515/07) (1)

(Sitt Direttiva VAT - Oġġetti u servizzi allokati għan-negozju għall-iskopijiet ta' tranżazzjonijiet taxxabbli u ta' tranżazzjonijiet li mhumiex tranżazzjonijiet taxxabbli - Dritt għal tnaqqis immedjat u b'mod integrali tat-taxxa mħallsa fuq ix-xiri ta' tali oġġetti u servizzi)

(2009/C 82/10)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging Noordelijke Land- en Tuinbouw Organisatie

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden Den Haag — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(2) u 17(1), (2) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Oġġetti u servizzi (mhux biss oġġetti kapitali użati minn naħa għall-iskopijiet tan-negozju u min-naħa l-oħra għal skopijiet privati) — Integrazzjoni kompluta fil-patrimonju tan-negozju tal-persuna taxxabbli — Possibbiltà ta' tnaqqis b'mod immedjat u integrali tat-taxxa mħallsa fuq ix-xiri ta' tali oġġetti u servizzi.

Dispożittiv

L-Artikoli 6(2)(a) u 17(2) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma japplikawx għall-użu ta' oġġetti u ta' servizzi allokati għan-negozju għall-iskopijiet ta' tranżazzjonijiet li mhumiex it-tranżazzjonijiet taxxabbli tal-persuna taxxabbli, peress li l-VAT dovuta fuq l-akkwist ta' dawn l-oġġetti u ta' dawn is-servizzi, relatat ma' tali tranżazzjonijiet, ma tistax titnaqqas.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


Top