EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0174

Kawża C-174/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal- 11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 10 KE — Direttiva 2006/112/KE — Sitt Direttiva tal-VAT — Obbligi taħt is-sistema interna — Verifika ta' operazzjonijiet taxxabbli — Amnestija)

ĠU C 32, 7.2.2009, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-174/07) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 10 KE - Direttiva 2006/112/KE - Sitt Direttiva tal-VAT - Obbligi taħt is-sistema interna - Verifika ta' operazzjonijiet taxxabbli - Amnestija)

(2009/C 32/04)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. M. Braguglia, aġent, u G. De Bellis, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2 u 22 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) issostitwita, mill-1 ta' Jannar 2007, mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Obbligi taħt is-sistema interna — Liġi nazzjonali li tirrinunzja għall-verifika tal-operazzjonijiet taxxabbli mwettqa waqt sekwenza ta' perijodi fiskali

Dispożittiv

1)

Billi estendiet, permezz tal-Artikolu 2(44) tal-Liġi Nru 350, dwar id-dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali tal-Istat (Liġi tal-finanzi għall-2004) [legge n. 350, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2004)], tal-24 ta' Diċembru 2003, għas-sena 2002 l-amnestija fiskali prevista fl-Artikoli 8 u 9 tal-Liġi Nru 289, dwar id-dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali tal-Istat (Liġi tal-finanzi għall-2003) [legge n. 289, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2003)], tas-27 ta' Diċembru 2002, u billi pprovdiet, għalhekk, rinunzja ġenerali u mingħajr distinzjoni għall-verifika tal-operazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul il-perijodu ta' tassazzjoni relattiv għas-sena 2002, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1)(a), (ċ) u (d), u 193 sa 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, li mill-1 ta' Jannar 2007 ħadu post l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif ukoll taħt l-Artikolu 10 KE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 140, 23.6.2007.


Top