EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CA0442

Kawża C-442/05: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Finanzamt Oschatz vs Zweckverband zur Trinkwasserversorgung und Abwasserbeseitigung Torgau-Westelbien (Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 4(5) u 12(3)(a) — Annessi D u H — Kunċett ta' provvista ta' ilma — Rata mnaqqsa ta' VAT)

ĠU C 128, 24.5.2008, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta' April 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Finanzamt Oschatz vs Zweckverband zur Trinkwasserversorgung und Abwasserbeseitigung Torgau-Westelbien

(Kawża C-442/05) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - Artikoli 4(5) u 12(3)(a) - Annessi D u H - Kunċett ta' “provvista ta' ilma’ - Rata mnaqqsa ta' VAT)

(2008/C 128/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Oschatz

Konvenut: Zweckverband zur Trinkwasserversorgung und Abwasserbeseitigung Torgau-Westelbien

Fil-preżenza tal-: Bundesministerium der Finanzen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-punt 2 ta' l-Anness D u tal-kategorija 2 ta' l-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Rata mnaqqsa applikabbli għall-provvista ta' l-ilma — Ħlas għall-installazzjoni ta' konnessjonijiet għall-utenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, u l-punt 2 ta' l-Anness D tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-provvista ta' l-ilma, li tinsab fl-imsemmi anness, tinkludi l-operazzjoni ta' inkanalar individwali li jikkonsisti, bħal fil-kawża prinċipali, fl-inkanalar li jippermetti l-konnessjoni ta' l-installazzjoni idrawlika ta' proprjetà immobbli man-netwerks fissi ta' provvista ta' l-ilma, b'mod li korp irregolat mid-dritt pubbliku li jaġixxi bħala awtorità pubblika għandu l-karatteristika ta' persuna taxxabbli għal din l-operazzjoni.

2)

L-Artikolu 12(3)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388 u t-tieni kategorija ta' l-Anness H tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-provvista ta' l-ilma tinkludi l-operazzjoni ta' komunikazzjoni mad-djar li tikkonsisti, bħal fil-kawża prinċipali, fit-tqegħid, ta' l-inkanalar li jippermetti l-konnessjoni ta' l-installazzjoni idrawlika ta' proprjetà immobbli man-netwerks fissi ta' provvista ta' l-ilma. Minbarra dan, l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata mnaqqsa ta' taxxa fuq il-valur miżjud għal aspetti konkreti u speċifiċi tal-provvista ta' l-ilma, bħall-operazzjoni ta' inkanalar individwali in kwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-kundizzjoni li l-prinċipju ta' newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud jiġi rrispettat.


(1)  ĠU C 60, 11.3.2006.


Top