EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022PC0540

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma

COM/2022/540 final

Brussell, 26.10.2022

COM(2022) 540 final

2022/0344(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2022) 540 final} - {SWD(2022) 540 final} - {SWD(2022) 543 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma għandha objettiv ġenerali li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti kkombinati ta’ sustanzi niġġiesa tossiċi u/jew persistenti. Din l-inizjattiva tikkonċerna d-Direttiva 2000/60/KE 1 (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, jew id-WFD) u ż-żewġ direttivi “derivati” tagħha, id-Direttiva 2006/118/KE 2 (id-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art, jew il-GWD) u d-Direttiva 2008/105/KE 3 (id-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali, jew l-EQSD), li flimkien jiffokaw fuq il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ 4 . Dawn jikkomplementaw biċċiet rilevanti oħrajn tal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, jiġifieri d-Direttiva (UE) 2020/2184 (id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb, jew id-DWD) 5 , id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE 6 (id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, jew l-UWWTD), id-Direttiva 2008/56/KE 7 (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, jew l-MSFD), id-Direttiva 2006/7/KE 8 (id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, jew il-BD), id-Direttiva 2007/60/KE 9 (id-Direttiva dwar l-Għargħar, jew l-FD) u d-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE 10 (id-Direttiva dwar in-Nitrati, jew in-ND).

Il-leġiżlazzjoni tinkludi listi ta’ sustanzi niġġiesa u standards ta’ kwalità, u tinkludi rekwiżiti għar-rieżami regolari tagħhom 11 . L-Artikolu 16(4) tad-WFD jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrieżamina regolarment, f’intervalli ta’ mill-anqas kull 4 snin, il-lista ta’ sustanzi prijoritarji li joħolqu riskju għall-ambjent akkwatiku, jiġifieri kemm l-ilma tal-wiċċ kif ukoll l-ilma ta’ taħt l-art. B’mod speċifiku, għall-ilma tal-wiċċ, l-Artikolu 8 tal-EQSD jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrieżamina l-Anness X tad-WFD (il-lista ta’ sustanzi prijoritarji), filwaqt li għall-ilmijiet ta’ taħt l-art, l-Artikolu 10 tal-GWD jirrikjedi li l-Kummissjoni tirrieżamina kull 6 snin l-Annessi I u II tal-GWD innifisha. Din ir-reviżjoni, u l-valutazzjoni tal-impatt, iservu wkoll sabiex isir rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif imsemmi fl-Artikolu 8 tal-EQSD.

Il-ħtieġa li jiġu aġġornati l-listi ġiet ikkonfermata fil-kontroll tal-idoneità tal-2019 12 , li kkonkluda wkoll li titjib ieħor fil-leġiżlazzjoni jżid l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tagħha. Filwaqt li jitqies l-objettiv ġenerali tal-politika tal-UE dwar l-ilma, l-objettivi ġenerali ta’ din l-inizjattiva huma li:

(1)iżżid il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE u tal-ekosistemi naturali f’konformità mal-Istrateġija għall-Bijodiversità 13 u mal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 14 , it-tnejn inkorporati fil-Patt Ekoloġiku Ewropew 15 ;

(2)iżżid l-effettività u jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-leġiżlazzjoni, sabiex l-UE tkun tista’ tirrispondi aktar malajr għar-riskji emerġenti.

L-esponiment kimiku permezz tal-ilma tax-xorb jista’ jwassal għal varjetà ta’ effetti fuq is-saħħa għal żmien qasir u fit-tul. Is-sustanzi kimiċi jipperikolaw ukoll l-ambjent akkwatiku, u dan jirriżulta f’bidliet fi speċijiet dominanti u fi tnaqqis jew telf tal-bijodiversità. L-istabbiliment u l-kontroll ta’ standards ta’ kwalità ambjentali (EQS) għas-sustanzi kimiċi fil-korpi tal-ilma jikkomplementaw il-leġiżlazzjoni dwar is-sors u l-perkors, billi jimbottaw għal standards aktar stretti ta’ produzzjoni, emissjoni jew użu, fejn meħtieġ, u jnaqqsu l-kostijiet tat-trattament tal-ilma tax-xorb.

L-objettivi speċifiċi ta’ din l-inizjattiva huma li:

1.taġġorna l-listi ta’ sustanzi niġġiesa li jaffettwaw l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art billi żżid u tneħħi s-sustanzi u taġġorna l-istandards ta’ kwalità eżistenti;

2.ittejjeb il-monitoraġġ tat-taħlitiet kimiċi sabiex tivvaluta aħjar l-effetti ta’ kombinament u tqis il-varjazzjonijiet staġunali fil-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa;

3.tarmonizza, kull fejn rilevanti, kif is-sustanzi niġġiesa fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art jiġu indirizzati madwar l-UE;

4.tiżgura li l-qafas legali jkun jista’ jiġi allinjat aktar malajr mas-sejbiet xjentifiċi sabiex ikun hemm rispons aktar fil-pront għall-kontaminanti ta’ tħassib emerġenti;

5.ittejjeb l-aċċess għad-data, kif ukoll it-trasparenza u l-użu mill-ġdid tagħha, issaħħaħ il-konformità, tnaqqas il-piż amministrattiv u ttejjeb il-koerenza mal-qafas legali usa’ tal-UE li jittratta s-sustanzi kimiċi.  

L-għan aħħari tal-inizjattiva huwa li tistabbilixxi standards ġodda għal serje ta’ sustanzi kimiċi ta’ tħassib sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis kimiku fl-ilma, sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ibbażat fuq qafas legali simplifikat u aktar koerenti, sabiex tiġi żgurata informazzjoni dinamika u aġġornata dwar l-istat tal-ilma, iffaċilitat mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (“EEA”), u sabiex jinħoloq qafas aktar flessibbli għall-indirizzar tas-sustanzi niġġiesa ta’ tħassib emerġenti. Dan ikun ibbażat fuq involviment wiesa’ tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll appoġġ xjentifiku sod mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”) sabiex jiġu żgurati sinerġiji u koerenza massimi fil-liġijiet tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti bis-sħiħ ma’ leġiżlazzjoni oħra dwar l-ilma. Fir-rigward tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD), li għaliha qiegħda tiġi ppreżentata proposta għal reviżjoni fl-istess ħin ma’ din il-proposta, il-mikrosustanzi niġġiesa huma sfida ewlenija. Il-ħtieġa li dawn jitneħħew fil-faċilitajiet għat-trattament tal-ilma mormi tgħolli l-kost tat-trattament, u t-tneħħija mhux dejjem tkun possibbli. Għalhekk, din il-proposta għandha l-għan li tistimula aktar azzjoni upstream billi tnaqqas l-emissjonijiet fis-sors. It-trattament tal-ilma mormi se jkun partikolarment importanti għal xi kategoriji ta’ sustanzi niġġiesa: il-farmaċewtiċi u s-sustanzi fi prodotti tal-kura personali minħabba li dawn jiġu skarikati l-aktar f’ambjent urban.

Billi tevita t-tniġġis tal-ilma, il-proposta se tkun ta’ benefiċċju wkoll għall-potenzjal għall-użu mill-ġdid tal-ilma, inkluż għal skopijiet ta’ tisqija f’konformità mar-Regolament il-ġdid dwar ir-rekwiżiti minimi għar-Regolament (UE) 2020/741 dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma 16 .

Din il-proposta hija konsistenti wkoll mad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (DWD) li ġiet riveduta reċentement, li għandha tiġi trasposta fl-Istati Membri kollha tal-UE sa Jannar 2023. Billi tindirizza t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art, din il-proposta se tipproteġi sorsi vitali tal-ilma tax-xorb u tnaqqas il-kostijiet tat-trattament. Id-DWD u din il-proposta jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ sustanzi niġġiesa, b’mod partikolari l-pestiċidi, il-farmaċewtiċi u l-grupp ta’ sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS). Fir-rigward tal-PFAS, għandu jiġi nnotat li din il-proposta, għall-kuntrarju tad-DWD riveduta, ibbenefikat mill-aktar parir reċenti tal-EFSA dwar il-PFAS adottat fid-9 ta’ Lulju 2020. Bħad-DWD, din il-proposta timmira wkoll lejn il-mikroplastiks mhux immedjatament iżda wara li tkun ġiet żviluppata metodoloġija għall-monitoraġġ. Din il-proposta se titqies fl-evalwazzjoni li għaddejja tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm (BWD) u jekk il-BWD tiġi riveduta, din se tkun parti mil-linja bażi mibnija għall-valutazzjoni tal-impatt tal-BWD.

Il-proposta hija konsistenti wkoll mal-proposti reċenti tal-Kummissjoni 17 sabiex jiġu riveduti l-miżuri tal-UE sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis minn installazzjonijiet industrijali kbar li, minbarra li jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED), ifittxu wkoll li jtejbu l-effiċjenza fir-riżorsi u jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħruġ tal-permessi jkunu kkontrollati aħjar u aktar integrati, inkluż billi jiġu ċċarati r-regoli applikabbli għar-rilaxx indirett ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma permezz ta’ impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi. Il-proposti jimmiraw ukoll li jrawmu l-innovazzjoni sabiex jindirizzaw sustanzi kimiċi persistenti u sustanzi li għadhom kif ġew identifikati bħala ta’ tħassib, inklużi l-PFAS, il-mikroplastiks u l-farmaċewtiċi. Il-proċess ta’ “skambju ta’ informazzjoni” skont l-IED riveduta sabiex jitfasslu u jiġu rieżaminati d-dokumenti ta’ referenza tal-aħjar teknika disponibbli se jqis l-identifikazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib skont il-liġi tal-UE dwar l-ilma, inklużi sustanzi fuq il-“listi ta’ sorveljanza” għall-ilma tal-wiċċ u għall-ilma ta’ taħt l-art, kif ukoll sustanzi li joħolqu riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu fil-livell tal-UE.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din l-inizjattiva hija parti mill-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-2022 u azzjoni ewlenija fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero. Bħall-inizjattivi kollha taħt il-Patt Ekoloġiku Ewropew, din għandha l-għan li tiżgura li l-objettivi jintlaħqu bl-aktar mod effettiv u bl-anqas mod oneruż u li jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Hija tirfina, taġġorna u tadatta l-leġiżlazzjoni eżistenti fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku. L-enfasi tagħha hija fuq id-definizzjoni tal-ambizzjoni ta’ tniġġis żero għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma u, b’hekk, il-livell ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-ekosistemi naturali. Ħafna miżuri li jeħtieġ li jinkisbu huma indirizzati minn inizjattivi oħrajn, relatati mill-qrib, tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dawn jinkludu:

·L-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt 18 , li għandhom l-għan li jnaqqsu l-użu tal-pestiċidi, l-użu tal-fertilizzanti, it-telf tan-nutrijenti u l-bejgħ tal-antimikrobiċi sal-2030. Ħafna mit-tnaqqis fl-użu tal-pestiċidi għandu jinkiseb mill-proposta tal-Kummissjoni 19 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115. Rieżami futur tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 20 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPPs) jista’ jkollu rwol ukoll;

·L-Istrateġija tal-UE dwar il-Plastik 21 u l-inizjattiva li jmiss tal-UE dwar il-mikroplastiks, li għandhom l-għan li jilħqu l-miri tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero sabiex jitnaqqsu l-iskart, l-iskart tal-plastik fil-baħar u l-mikroplastiks rilaxxati fl-ambjent sal-2030;

·Id-Direttiva (UE) 2019/904 22 (id-Direttiva dwar il-Plastik li Jintuża Darba Biss, jew l-SUPD), li għandha l-għan li tillimita l-użu ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, pereżempju billi tintroduċi obbligi ta’ mmaniġġjar tal-iskart u ta’ tindif għall-produtturi (inklużi skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi);

·Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari 23 , li jħabbar b’mod partikolari miżuri sabiex jitnaqqsu l-mikroplastiks u evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE 24 (id-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ, jew l-SSD), li tirregola l-kwalità tal-ħama użata fl-agrikoltura;

·L-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà 25 , li tirrikonoxxi li s-sustanzi kimiċi huma essenzjali għall-benesseri tas-soċjetà moderna, iżda li għandha l-għan li tipproteġi aħjar liċ-ċittadini u lill-ambjent kontra l-proprjetajiet perikolużi possibbli tagħhom. L-Istrateġija tistabbilixxi wkoll l-objettiv li nimxu lejn approċċ ta’ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” billi ttejjeb l-effiċjenza, l-effettività, il-koerenza u t-trasparenza tal-valutazzjonijiet tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi fil-leġiżlazzjoni rilevanti kollha. Għal din ir-raġuni, din il-proposta tassenja rwol ċentrali lill-ECHA sabiex twettaq ir-rwol ta’ appoġġ xjentifiku għall-identifikazzjoni futura tas-sustanzi li jniġġsu l-ilma, kif ukoll sabiex tipproponi standards ta’ kwalità rilevanti; L-Approċċ Strateġiku tal-2019 għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent 26 (li jirriżulta direttament mir-reviżjoni tal-2013 tal-EQSD) u l-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa 27 , li t-tnejn jissottolinjaw l-impatti ambjentali u potenzjali fuq is-saħħa tat-tniġġis minn residwi farmaċewtiċi u jelenkaw firxa ta’ azzjonijiet imfassla sabiex jindirizzaw dawn l-isfidi. Ir-reviżjoni li jmiss tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem hija mistennija li tipprovdi segwitu xieraq. Bl-istess mod, billi telenka bosta mediċini antimikrobiċi, kif ukoll il-fidda tal-metall, din il-proposta hija konsistenti mal-istrateġija tal-UE fil-qasam tar-reżistenza għall-antimikrobiċi;

·L-Istrateġija Ewropea għad-Data 28 , li tissottolinja li d-data ġġenerata mis-settur pubbliku għandha tkun disponibbli għall-ġid komuni, sabiex tkun tista’ tintuża kif xieraq, pereżempju, minn riċerkaturi, istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

·Din il-proposta hija konsistenti wkoll mar-rapport finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u mar-rakkomandazzjonijiet espliċiti li fiha miċ-ċittadini dwar it-tniġġis żero b’mod ġenerali u, b’mod partikolari, il-proposti dwar l-indirizzar tat-tniġġis. Il-proposti finali li ġejjin huma speċifikament rilevanti f’dan il-kuntest:

oIl-Proposta 1.4 għal: “It-tnaqqis b’mod sinifikanti tal-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti kimiċi, f’konformità mal-miri eżistenti, filwaqt li xorta jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel u l-appoġġ għar-riċerka biex jiġu żviluppati alternattivi aktar sostenibbli u naturali”;

oIl-Proposta 2.7 għal: “Il-protezzjoni tas-sorsi tal-ilma u l-ġlieda kontra t-tniġġis tax-xmajjar u tal-oċeani, inkluż permezz tar-riċerka u l-ġlieda kontra t-tniġġis tal-mikroplastik”.:

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’konformità mal-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-UE hija meħtieġa tikkontribwixxi għall-insegwiment tal-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-promozzjoni ta’ miżuri f’livell internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew dinjija; u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-korpi tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art fl-UE huma mniġġsa minn firxa ta’ sustanzi niġġiesa. It-tniġġis jivvjaġġa downstream u taħt l-art, u 60 % tad-distretti tal-baċiri idrografiċi Ewropej huma internazzjonali (kondiviżi jew bejn l-Istati Membri jew inkella bejn Stat Membru u pajjiż terz). Għal din ir-raġuni, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hija essenzjali u hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE sabiex jiġu indirizzati t-tniġġis u impatti transfruntiera oħrajn billi jiġu ffissati standards armonizzati u jiġu stabbiliti sistemi armonizzati għall-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data. Mingħajr azzjoni fil-livell tal-UE, isir għali wisq, speċjalment għall-Istati Membri downstream, li jindirizzaw it-tniġġis.

Il-kontroll tal-idoneità tal-2019 tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma kkonferma li d-WFD u ż-żewġ direttivi derivati tagħha wasslu għal jew saħħew azzjoni sabiex jindirizzaw il-pressjonijiet transfruntiera fuq ir-riżorsi tal-ilma fil-livell tal-baċir idrografiku, fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali.

B’mod speċifiku b’rabta mas-sustanzi niġġiesa, il-leġiżlazzjoni tagħmel distinzjoni bejn is-sustanzi kkunsidrati li jippreżentaw riskju fil-livell tal-UE u s-sustanzi ta’ tħassib reġjonali jew nazzjonali, u tindirizzahom b’mod differenti. Din l-inizjattiva tfittex li ttejjeb kif is-sustanzi ta’ tħassib reġjonali u nazzjonali jiġu ttrattati mill-Istati Membri.

Fejn jiġu stabbiliti standards ta’ kwalità ambjentali tal-UE, l-UE tintroduċi objettivi komuni sabiex tintlaħaq l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero abbażi ta’ evidenza xjentifika, iżda tħalli lill-Istati Membri l-flessibbiltà li jiddeċiedu dwar l-aktar mod kosteffettiv sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, filwaqt li jqisu l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE bbażata fuq is-sors. Meta tagħmel dan (objettivi komuni bi flessibbiltà sabiex jintlaħqu), hija toħloq rabta mal-leġiżlazzjoni bbażata fuq is-sors fil-livell tal-UE (bħall-użu sostenibbli tal-pestiċidi) u tgħin sabiex tiżgura twassil effettiv tal-għanijiet stabbiliti f’dik il-leġiżlazzjoni.

Proporzjonalità

Il-proposta tirrevedi l-listi eżistenti ta’ sustanzi li jniġġsu l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art u tistabbilixxi jew taġġorna l-istandards ta’ kwalità ambjentali li għandhom jiġu ssodisfati mill-Istati Membri, filwaqt li tiddependi ħafna fuq leġiżlazzjoni oħra tal-UE li tindirizza s-sors tat-tniġġis jew tirregola l-emissjonijiet tagħhom matul il-produzzjoni u l-użu (bħal restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti sustanzi taħt REACH 29 jew il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-permessi ta’ installazzjonijiet industrijali taħt l-IED) u li l-għażla ta’ miżuri speċifiċi titħalla f’idejn l-Istati Membri. Billi kull korp tal-ilma fl-UE għandu l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu stess (il-klima, il-fluss, il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi, eċċ.) u mhux neċessarjament ikun soġġett għall-istess pressjonijiet bħal korpi tal-ilma oħrajn, li l-għażla tal-miżuri titħalla f’idejn l-awtoritajiet tal-ilma tal-Istati Membri hija korretta mil-lat ta’ proporzjonalità.

Il-kontroll tal-idoneità tal-2019 tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma kkonferma l-valur miżjud tad-WFD, tal-EQSD u tal-GWD. Il-valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta tikkonferma li s-sustanzi kkunsidrati sabiex jiżdiedu mal-listi ta’ sustanzi niġġiesa bi standards ta’ kwalità mal-UE kollha jippreżentaw riskju fil-livell tal-UE. Ġew identifikati numru żgħir ta’ sustanzi diġà elenkati li ma għadhomx meqjusa bħala sustanzi ta’ tħassib għall-UE kollha, iżda li xorta jista’ jkollhom bżonn jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali. Din il-proposta tistabbilixxi proċedura li tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tindirizza l-inkonsistenzi fil-mod kif l-Istati Membri jiddeċiedu dwar is-sustanzi li għandhom jirregolaw fil-livell nazzjonali u dwar l-istandards ta’ kwalità li għandhom jistabbilixxu għalihom.

Għażla tal-istrument

L-inizjattiva tieħu l-forma ta’ direttiva minħabba li din hija l-aktar strument legali xieraq sabiex isiru emendi fid-direttivi rilevanti eżistenti.

Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jittrasponu d-dispożizzjonijiet fis-sistemi legali sostantivi u proċedurali nazzjonali tagħhom u jimplimentaw miżuri li se jilħqu l-objettivi. Dan l-approċċ jagħti lill-Istati Membri aktar libertà minn regolament, billi l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-aktar miżuri xierqa sabiex jiksbu l-obbligi tar-riżultat miftiehma.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2019, tlestiet evalwazzjoni tal-kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma li tkopri d-WFD, l-EQSD, il-GWD u l-FD. Il-kontroll tal-idoneità kkonkluda li, għalkemm il-leġiżlazzjoni hija fil-biċċa l-kbira idonea għall-iskop tagħha, hemm lok għal titjib b’rabta mal-indirizzar tat-tniġġis kimiku. Il-kontroll tal-idoneità sab li, b’mod ġenerali, hemm tliet raġunijiet għaliex sar biss progress limitat lejn l-ilħuq tal-objettivi ġenerali tal-leġiżlazzjoni:

l-integrazzjoni inadegwata tal-objettivi tal-ilma f’politiki rilevanti oħrajn;

l-investiment inadegwat fl-Istati Membri fi proġetti u programmi relatati mal-ilma;

l-isforzi ta’ implimentazzjoni inadegwati.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni, ġew enfasizzati bosta nuqqasijiet b’rabta mat-tniġġis kimiku: id-diversità kbira fl-istandards tal-kwalità għal sustanzi niġġiesa rilevanti fil-livell nazzjonali, il-piż amministrattiv assoċjat mar-rapportar, in-nuqqas ta’ speċifiċità u l-puntwalità tal-informazzjoni rrapportata u l-proċess li jirrikjedi ħafna riżorsi u li jieħu ħafna ħin għall-aġġornament tal-listi ta’ sustanzi niġġiesa. Din il-proposta tindirizza dawn in-nuqqasijiet. Barra minn hekk, hija tqis is-sejbiet rilevanti mill-kontroll tal-idoneità tal-2019 tal-aktar leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sustanzi kimiċi 30 u l-impenji li saru fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà. B’mod partikolari, hija tieħu pass lejn monitoraġġ aktar olistiku (taħlita) billi tintroduċi l-użu ta’ metodi bbażati fuq l-effett, u tinkludi dispożizzjonijiet sabiex ittejjeb il-puntwalità, l-effiċjenza u l-koerenza tal-valutazzjoni tal-perikli u tar-riskji (pereżempju, billi tiffaċilita l-kondiviżjoni tad-data u l-applikazzjoni tal-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”).

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni (REFIT)

Il-Valutazzjoni tal-Impatt ikkunsidrat l-għażliet għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż. It-tneħħija ta’ sustanzi, mil-lista ta’ sustanzi li jniġġsu l-ilma tal-wiċċ, tikkostitwixxi tnaqqis limitat tal-piż, bħalma jagħmel it-tibdil tar-reviżjoni tal-lista ta’ sorveljanza kull 3 snin minflok kull sentejn, u tar-reviżjoni tal-listi ta’ sustanzi li jniġġsu l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art permezz ta’ atti delegati minflok permezz ta’ kodeċiżjoni. Il-ħolqien ta’ mekkaniżmu awtomatiku għat-twassil tad-data skont id-WFD u l-EQSD se jnaqqas il-piż tar-rapportar fuq l-Istati Membri, l-istess kif se tagħmel l-abolizzjoni tar-rapport interim dwar il-programm ta’ miżuri skont l-Artikolu 15(3) tad-WFD. It-titjib tal-linji gwida eżistenti għal Miżuri bbażati fuq l-Effett u l-iżvilupp ta’ metodoloġija armonizzata għall-monitoraġġ tal-mikroplastiks se jissimplifikaw il-ħidma tal-Istati Membri f’dawn l-oqsma.

Fl-iżvilupp tal-Valutazzjoni tal-Impatt, ġew applikati l-karatteristiċi bażiċi tat-test tal-SMEs u r-riżultati ġew innotati b’mod partikolari fit-Taqsima 6. L-SMEs huma attivi fil-produzzjoni u l-użu tas-sustanzi niġġiesa rilevanti. Għandu jiġi nnotat li l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni preċiżi tal-impatti ġeneralment ma jkunux possibbli minħabba l-fatt li l-impatt se jiddependi fuq il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri sabiex jilħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni.

Opinjoni tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju

Fl-24 ta’ Ġunju 2022, il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi. Huwa talab bidliet sabiex jiġu rrettifikati b’mod partikolari tliet aspetti: (1) it-tfassil tal-għażliet, li kien meqjus bħala kumpless iżżejjed u li ma joħroġx b’mod ċar l-għażliet ta’ politika ewlenin; (2) l-impatti fuq l-SMEs u fuq iċ-ċittadini li ma kinux ikkunsidrati li ġew analizzati biżżejjed, bir-rapport ma jivvalutax kif jistgħu jiġu affettwati l-Istati Membri individwali; (3) ir-rapport ma kienx meqjus bħala ċar dwar l-ordni tal-kobor tal-impatti mistennija, li ma jivvalutax b’mod kritiku l-validità tal-estimi illustrattivi tal-benefiċċji u tal-kostijiet u r-rilevanza tagħhom għall-inizjattiva, u t-tqabbil tal-għażliet ma huwiex maħsub li jkun ibbażat fuq l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tagħhom.

B’reazzjoni għal dan, l-għażliet ta’ politika ġew issimplifikati, permezz ta’ tnaqqis tan-numru ta’ għażliet u aggregazzjoni tal-għażliet. L-impatti fuq l-SMEs ġew żviluppati aktar fit-test kollu, l-istess bħall-informazzjoni dwar l-impatti fuq il-konsumaturi u fuq l-Istati Membri. L-interpretazzjoni taċ-ċifri tal-kostijiet u tal-benefiċċji ġiet ċċarata sabiex tiġi evitata l-impressjoni li dawn jistgħu jiġu interpretati bħala li huma marbuta biss ma’ din l-inizjattiva. It-test fuq il-prinċipju ta’ “One In, One Out” tlesta. Fl-aħħar nett, il-valutazzjoni tal-effettività, tal-effiċjenza u tal-koerenza għall-għażliet żdiedet mat-test.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Saret konsultazzjoni estensiva mal-partijiet ikkonċernati sabiex tiġi appoġġata t-tħejjija ta’ din il-proposta. Abbażi tal-linji gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, fl-2021 saru kemm konsultazzjoni pubblika miftuħa kif ukoll stħarriġ tal-esperti, bir-riżultati jiddaħħlu fil-valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta. In-network permanenti tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-WFD u tad-direttivi derivati tagħha nżammu informati u, b’mod partikolari, il-Gruppi ta’ Ħidma dwar is-Sustanzi Kimiċi u l-Ilma ta’ Taħt l-Art ġew ikkonsultati b’mod estensiv.

Għas-sustanzi individwali u għall-gruppi ta’ sustanzi identifikati għall-elenkar bħala sustanzi li jniġġsu l-ilma tal-wiċċ, tħejjew dossiers tekniċi estensivi miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni, appoġġati minn sottogruppi ta’ esperti tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati. Fl-aħħar nett, bħala parti mir-rieżami mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti (SCHEER), ġew ippubblikati opinjonijiet preliminari (filwaqt li ġew osservati 4 ġimgħat ta’ kummenti matul il-perjodu), bir-riżultati jiddaħħlu fl-opinjoni ta’ SCHEER. Għal ftit sustanzi, ir-rieżami ma huwiex iffinalizzat. Għalhekk, il-valuri proposti ġew immarkati bħala “soġġetti għal konferma fid-dawl tal-opinjoni mitluba minn SCHEER”. Il-valuri finali kollha proposti se jkunu kompletament konsistenti mal-parir xjentifiku.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-JRC ipprovda għarfien espert intern, b’mod partikolari għall-għażla ta’ sustanzi li jniġġsu l-ilma tal-wiċċ u d-derivazzjoni ta’ standards ta’ kwalità ambjentali (EQS). Ġie pprovdut għarfien espert tekniku estern, inkluż dwar is-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art, minn esperti mill-Gruppi ta’ Ħidma dwar is-Sustanzi Kimiċi u l-Ilma ta’ Taħt l-Art. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni kienet appoġġata minn studju mħejji minn konsulenti esterni, li rrieżamina l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ firxa ta’ għażliet ta’ politika potenzjali, filwaqt li jitqiesu l-impatti mistennija tal-politiki eżistenti u ppjanati fil-livell tal-UE u l-inputs mill-partijiet ikkonċernati. Id-dossiers tas-sustanzi tal-JRC, ir-rapporti mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art, ir-rapport ta’ studju tal-konsulenti u r-rapporti tal-workshops tal-partijiet ikkonċernati huma disponibbli f’CIRCABC 31 .

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat it-tliet gruppi ta’ għażliet, jiġifieri għażliet relatati mal-ilmijiet tal-wiċċ, għażliet relatati mal-ilmijiet ta’ taħt l-art, u għażliet trażversali. Għall-ilmijiet tal-wiċċ, hija vvalutat l-impatt taż-żieda ta’ firxa ta’ sustanzi (minn fost il-farmaċewtiċi, il-pestiċidi, is-sustanzi kimiċi industrijali u l-metalli rieżaminati) mal-lista ta’ sustanzi prijoritarji, u b’hekk l-impatt tal-istabbiliment ta’ EQS mal-UE kollha għalihom. Għal bosta sustanzi prijoritarji eżistenti, hija rrieżaminat l-impatt tat-tibdil tal-EQS tagħhom (abbażi ta’ evidenza xjentifika ġdida). Għal xi sustanzi prijoritarji eżistenti oħrajn, hija eżaminat l-impatt tat-tneħħija tagħhom mil-lista. Għall-ilmijiet ta’ taħt l-art, il-valutazzjoni tal-impatt rrieżaminat l-impatt taż-żieda ta’ (gruppi ta’) sustanzi speċifiċi mal-lista, jiġifieri PFAS, metaboliti mhux rilevanti ta’ pestiċidi (nrMs) u farmaċewtiċi. Fl-aħħar nett, il-valutazzjoni tal-impatt irrieżaminat firxa ta’ għażliet sabiex jittejbu d-diġitalizzazzjoni, is-simplifikazzjoni amministrattiva u l-ġestjoni tar-riskji fil-qasam tat-tniġġis tal-ilma.

Is-sorsi ewlenin tat-tniġġis għas-sustanzi identifikati huma l-proċessi tal-produzzjoni kimika (l-emissjonijiet diretti li jirriżultaw mill-produzzjoni ta’ injam, polpa, azzar, kombustjoni, tessuti, plastik, eċċ.); skariki ta’ ilma mormi, inklużi farmaċewtiċi u sustanzi kimiċi bħala ħasil ta’ drappijiet, prodotti tal-konsumatur, prodotti tat-tindif, prodotti tal-kura personali; skariki indiretti li jirriżultaw mill-użu ta’ pestiċidi, bijoċidi u farmaċewtiċi fl-agrikoltura; sustanzi kimiċi użati fil-kostruzzjoni tat-toroq; id-depożizzjoni tal-merkurju mill-impjanti tal-kombustjoni tal-fjuwils fossili u tal-PFAS mill-fowms għat-tifi tan-nar. Dawn is-sorsi u l-perkorsi kollha huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni, inklużi d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali 2010/75/KE (li qiegħda tiġi riveduta), id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi 91/271/KEE (li qiegħda tiġi riveduta), id-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (li qiegħda tiġi riveduta), id-Direttiva 2001/83/KE dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ir-Regolament (UE) 2019/6 dwar prodotti mediċinali veterinarji, ir-Regolament REACH Nru 1907/2006, ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar prodotti bijoċidali; u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 dwar il-prodotti kożmetiċi. Billi tistabbilixxi limiti massimi ta’ konċentrazzjoni għal dawn is-sustanzi, din il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ l-effett u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sors u l-perkors u, fejn meħtieġ għall-fini tal-protezzjoni tas-saħħa jew tal-ambjent, tagħmel pressjoni għall-adozzjoni ta’ miżuri aktar stretti rigward is-sors/il-perkors fil-livell tal-Istati Membri.

L-għażliet ġew rieżaminati fl-isfond tal-kostijiet u l-benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi tagħhom, u dan irriżulta fil-pakkett li ġej ta’ għażliet ippreferuti:

Ilma tal-wiċċ

Għażla 1: Iż-żieda mal-lista ta’ PS bħala sustanza individwali b’EQS stabbilit għal kull waħda individwalment

23 sustanza individwali:

17-Beta estradjol (E2); Aċetamiprid; Ażitromiċina; Bifentrin; Bisfenol A; Karbamażepina; Klaritromiċina; Klotijanidina; Deltametrina; Diklofenak; Eritromiċina; Esfenvalerat; Estron (E1); Etinilestradjol (EE2); Glifosat; Ibuprofen; Imidakloprid; Nikosulfuron; Permetrin; Tijakloprid; Tijametossam; Triklosan, Fidda.

Għażla 2: Iż-żieda mal-lista ta’ PS bħala grupp b’EQS stabbilit għas-“somma ta’”

PFAS (is-somma ta’ 24 sustanza msemmija)

Għażla 3: Emenda tal-EQS eżistenti

14-il sustanza għal aktar stretti:

Klorpirifos; Ċipermetrina; Dikofol; Dijossini; Dijuron; Fluworanten; Eżabromoċiklododekan (HBCDD); Eżaklorobutadien; Merkurju; Nikil; Nonilfenol; PAHs; PBDEs; Tributiltin

Żewġ sustanzi għal anqas stretti:

Ettakloru/epossidu tal-ettakloru; Eżaklorobenżen

Għażla 4: Deselezzjoni

Erba’ sustanzi: Alakloru; Tetraklorur tal-karbonju; Klorfenvinfos; Simażina

Ilma ta’ taħt l-art

Għażla 1: Iż-żieda mal-Anness I b’GW QS stabbilit għal kull wieħed individwalment

Żewġ sustanzi farmaċewtiċi: Karbamażepina u Sulfametoksażol

L-nrMs kollha b’GW QS individwali ta’ 0,1 µg/l

Għażla 2: Iż-żieda mal-Anness I b’GW QS stabbilit għas-“somma ta’”

PFAS (is-somma ta’ 24 sustanza msemmija)

Għażla 3: Iż-żieda mal-Anness II

Sustanza waħda: Primidon

Id-diġitalizzazzjoni, is-simplifikazzjoni amministrattiva u l-ġestjoni aħjar tar-riskji

Għażla 1: L-għoti ta’ gwida u pariri dwar il-monitoraġġ

b

It-titjib tal-linji gwida eżistenti tal-EBM sabiex jittejjeb il-monitoraġġ ta’ gruppi/taħlitiet ta’ sustanzi niġġiesa bl-użu tal-EBMs.

c

L-iżvilupp ta’ standard ta’ kejl u gwida armonizzati għall-mikroplastiks fl-ilma bħala bażi għar-rapportar tal-Istati Membri u elenkar futur skont l-EQSD u l-GWD.

Għażla 2: L-istabbiliment/l-emendar ta’ prattiki ta’ monitoraġġ obbligatorji

a

L-inklużjoni ta’ obbligu fl-EQSD li jintużaw l-EBMs għall-monitoraġġ tal-estroġeni.

b

L-istabbiliment ta’ Lista ta’ Sorveljanza obbligatorja tal-Ilma ta’ Taħt l-Art analoga għal dik tal-ilmijiet tal-wiċċ u tal-ilma tax-xorb u l-għoti ta’ gwida dwar il-monitoraġġ tas-sustanzi elenkati.

c

It-titjib taċ-ċiklu ta’ monitoraġġ u ta’ rieżami tal-Lista ta’ Sorveljanza tal-Ilma tal-Wiċċ sabiex ikun hemm aktar żmien sabiex tiġi pproċessata d-data qabel ma tiġi riveduta l-lista.

Għażla 3: L-armonizzazzjoni tar-rapportar u tal-klassifikazzjoni

a

L-istabbiliment ta’ mekkaniżmu awtomatizzat għall-konsenja tad-data għall-EQSD u għad-WFD sabiex jiġi żgurat aċċess faċli f’intervalli qosra għad-data ta’ monitoraġġ/status sabiex jiġu ssimplifikati u jitnaqqsu l-isforzi assoċjati mar-rapportar attwali, u sabiex ikun permess l-aċċess għad-data mhux ipproċessata ta’ monitoraġġ.

b

L-introduzzjoni ta’ repożitorju ta’ standards ta’ kwalità ambjentali għall-RBSPs bħala Anness għall-EQSD, u l-inkorporazzjoni tal-RBSPs fil-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilmijiet tal-wiċċ.

Għażla 4: Aspetti leġiżlattivi u amministrattivi

a

L-użu tal-EQSD minflok tad-WFD sabiex tiġi definita l-lista ta’ sustanzi prijoritarji, u sabiex jiġu aġġornati l-listi ta’ sustanzi niġġiesa ta’ SW u GW permezz tal-Komitoloġija jew ta’ atti delegati.

b

It-tibdil tal-istatus tal-Aldrin, tad-Dieldrin, tal-Endrin, tal-Isodrin, tad-DDT, tal-Perkloroetilene u tat-Trikloroetilene minn “sustanzi niġġiesa oħrajn” għal dak ta’ sustanzi prijoritarji.

c

It-tibdil tal-istatus ta’ 1,2 dikloroetan, fluworanten, ċomb, etossilati tal-ottilfenol u pentaklorofenol għal dak ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi.

Il-pakkett ta’ politika propost jiżgura li l-bidliet leġiżlattivi jibqgħu proporzjonati, b’benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali akbar mill-kostijiet korrispondenti, u li dawn jiffokaw fuq kwistjonijiet li huma indirizzati l-aħjar fil-livell tal-UE.

Il-kwantifikazzjoni tal-kostijiet, u speċjalment tal-benefiċċji, ta’ din l-inizjattiva hija diffiċli, minħabba l-interazzjoni tagħha ma’ (u d-dipendenza fuq) inizjattivi ta’ politika oħrajn għal ċerti miżuri għall-UE kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu fil-biċċa l-kbira jagħżlu liema miżuri jimplimentaw sabiex jiksbu l-konformità: b’hekk, dawn se jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi lokali/nazzjonali.

Għall-ilma tal-wiċċ, huma mistennija kostijiet diretti sinifikanti, pereżempju, miż-żieda ta’ ibuprofen, glifosat, PFAS u bisfenol A mal-lista ta’ sustanzi prijoritarji, kif ukoll mill-emendar tal-EQS għall-idrokarburi poliaromatiċi (PAHs), għall-merkurju u għan-nikil. Dan x’aktarx li jikkawża kostijiet ta’ żvilupp tal-prodotti għall-industrija u kostijiet ta’ sostituzzjoni għall-utenti ta’ dawk is-sustanzi, inkluż fis-settur agrikolu.

Fir-rigward tal-ilma ta’ taħt l-art, l-aktar kostijiet sinifikanti x’aktarx li jirriżultaw miż-żieda ta’ standards ta’ kwalità għall-PFAS. Il-kostijiet jistgħu jkunu relatati mar-restrizzjoni tal-użu ta’ pestiċidi jew sustanzi kimiċi industrijali, pereżempju, mal-ġestjoni ta’ bijosolidi kkontaminati u t-tisħiħ tat-trattament tal-ilma mormi. Il-kostijiet tad-diġitalizzazzjoni ppreferuta, tas-simplifikazzjoni amministrattiva u tal-għażliet aħjar għall-ġestjoni tar-riskji huma ta’ natura amministrattiva, inizjalment jimmaterjalizzaw fil-livell tal-UE u ġeneralment ikunu baxxi, bl-eċċezzjoni possibbli tal-mekkaniżmu awtomatizzat għall-konsenja tad-data. Il-kostijiet ma jistgħux jiġu attribwiti biss għal din l-inizjattiva, minħabba interazzjonijiet u sinerġiji inevitabbli ma’ ħafna politiki oħrajn tal-UE li jindirizzaw l-istess sustanzi. Il-kostijiet tat-tniġġis huma fil-biċċa l-kbira internalizzati permezz tal-IED u l-UWWTD, il-projbizzjoni futura fuq il-PFAS kollha ħlief fl-użi essenzjali, l-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-mikroplastiks li jmiss u oħrajn. Pereżempju, ir-reviżjoni tal-UWWTD se tagħti spinta lill-aġġornament ta’ ħafna UWWTPs, u se tintroduċi responsabbiltà estiża tal-produttur sabiex tkopri l-kostijiet, li se jnaqqsu b’mod sinifikanti t-tagħbija ta’ mikrosustanzi niġġiesa li jidħlu fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art.

L-inizjattiva proposta se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi tossiċi b’mod akut u/jew persistenti fl-ilma. Hija se ttejjeb ukoll il-valur tal-ekosistemi akkwatiċi u tas-servizzi li jikkonsenjaw. B’hekk, il-benefiċċji jinkludu impatti mnaqqsa fuq is-saħħa tal-bniedem, in-natura, id-dakkara u l-agrikoltura, kif ukoll kostijiet evitati tat-trattament tal-ilma. It-tqegħid tad-data ta’ monitoraġġ tas-sustanzi kimiċi faċilment disponibbli, aċċessibbli u li tista’ terġa’ tintuża se jtejjeb b’mod sinifikanti l-koerenza tal-valutazzjoni tas-sikurezza, u se jkun pass importanti fil-mixja lejn l-approċċ ta’ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” impenjat fl-EGD.

Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

Il-proposta għandha effetti pożittivi fuq il-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 6 (l-ilma), 12 (il-konsum u l-produzzjoni) u 14 (l-oċeani). Fir-rigward tal-SDG 6, huma mistennija livelli aktar baxxi ta’ tniġġis tas-sorsi tal-ilma tax-xorb, kwalità kimika aħjar tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art, u l-proporzjon ta’ korpi tal-ilma bi kwalità ambjentali tajba għandu jiżdied, maż-żmien, minħabba li l-Istati Membri se jieħdu u jimplimentaw miżuri sabiex inaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa. B’rabta mal-SDG 12, huwa mistenni li l-miżuri meħuda, kemm fil-livell tal-UE (pereżempju, permezz tal-Inizjattiva ta’ Produzzjoni Sostenibbli jew il-projbizzjoni li ġejja fuq l-użi kollha minbarra dawk essenzjali tal-PFAS), kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri se jwasslu għall-użu ta’ ingredjenti differenti u anqas tossiċi fil-prodotti. Fl-aħħar nett, għall-SDG 14, huwa importanti li jiġi nnotat l-effett dirett fuq il-korpi tal-ilma ta’ tranżizzjoni (mil nawtiku mill-kosta) li huma koperti mid-WFD. Barra minn hekk, l-ilma ħelu li jilħaq l-ibħra u l-oċeani permezz tax-xmajjar gradwalment se jkun fih konċentrazzjonijiet aktar baxxi tas-sustanzi regolati permezz ta’ din l-inizjattiva.

Il-kontroll tal-konsistenza klimatika u l-Prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”

Il-proposta hija konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima u l-miri tal-Unjoni għall-2030 u l-2050. L-aktar impatt sinifikanti fuq l-isforzi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-proposta huwa permezz tat-tneħħija ta’ sustanzi fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, li huma proċessi intensivi fl-enerġija. Skont il-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex inaqqsu jew jeliminaw gradwalment il-preżenza ta’ sustanzi fl-ilma, l-impatt għandu jkun pożittiv (meta s-sustanzi jiġu indirizzati fis-sors u, għalhekk, ma jkunux jeħtieġu tneħħija mill-ilma mormi), newtrali (f’każ li s-sustanzi jiġu ssostitwiti b’sostituti li jeħtieġu l-istess sforz ta’ tneħħija fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi) jew negattiv jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jiddependu b’mod predominanti fuq it-trattament tal-ilma mormi. Madankollu, dan l-aħħar xenarju huwa improbabbli, minħabba li l-intervent fis-sors ġeneralment ikun orħos u aktar effettiv. Barra minn hekk, ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi tirrikjedi newtralità klimatika għall-pjanijiet tat-trattament tal-ilma mormi sal-2040, esklużi l-effetti negattivi netti ta’ din il-proposta permezz ta’ żieda fit-trattament.

Il-Prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”, kif imressaq fir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, huwa kkunsidrat f’din il-proposta. Bl-istess mod bħal għall-kontroll tal-konsistenza klimatika, l-għażliet ta’ politika jistgħu jkunu mistennija, flimkien mar-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi, li jkunu mill-anqas newtrali f’termini tal-effiċjenza enerġetika.

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ta opinjoni pożittiva b’riżervi fl-24 ta’ Ġunju 2022 32 .

Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Id-dikjarazzjoni finanzjarja annessa hija relatata mal-pakkett ta’ tniġġis żero, inkluża l-proposta attwali, jiġifieri l-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi u tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja. Hija turi l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa. Il-proposta se jkollha implikazzjonijiet baġitarji għall-Kummissjoni, għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) f’termini tar-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa.

L-ammont ta’ xogħol ta’ implimentazzjoni u infurzar tal-Kummissjoni se jiżdied bi ftit bħala riżultat tal-elenkar ta’ aktar sustanzi u t-tfittxija tal-armonizzazzjoni tal-istandards ta’ kwalità u tal-valuri ta’ limitu għal sustanzi ta’ tħassib nazzjonali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tibbenefika mill-assenjazzjoni mill-ġdid tal-kompiti xjentifiċi lill-ECHA, li se tgħin b’mod konsistenti lill-Kummissjoni bil-prijoritizzazzjoni tas-sustanzi u tat-taħlitiet, l-iffissar ta’ standards ta’ kwalità u valuri ta’ limitu, l-identifikazzjoni ta’ metodi analitiċi xierqa u l-valutazzjoni tad-data ta’ monitoraġġ rilevanti. L-appoġġ xjentifiku mill-ECHA jkun jeħtieġ ħdax-il membru tal-persunal ekwivalenti għal full-time.

L-EEA se jkollha żieda fl-ammont ta’ xogħol bħala riżultat tar-rapportar akbar u aktar frekwenti meħtieġ mill-Istati Membri, u ż-żieda żgħira fin-numru ta’ sustanzi elenkati, li b’kollox jeħtieġu erba’ membri tal-persunal addizzjonali ekwivalenti għal full-time minbarra tliet membri u nofs tal-persunal ekwivalenti għal full-time diġà involuti.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara rrapportati kull 6 snin lill-Kummissjoni u r-rapportar elettroniku volontarju skont l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni lill-EEA se jibqgħu s-sors ewlieni ta’ informazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni effettiva tal-proposta, b’mod partikolari tal-konformità ma’ standards ta’ kwalità ġodda jew riveduti għall-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art.

Il-mekkaniżmi mtejba tal-lista ta’ sorveljanza, li jobbligaw lill-Istati Membri jimmonitorjaw sustanzi ta’ tħassib emerġenti, se jagħmluha possibbli għall-Kummissjoni, bl-assistenza tal-ECHA u tal-Istati Membri, li tidentifika l-ħtieġa għal standards ta’ kwalità ulterjuri jew aktar stretti. Ir-rapportar aktar regolari tad-data ta’ monitoraġġ attwali wkoll, u l-analiżi tagħha mill-EEA, se jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-pubbliku ġenerali jiksbu stampa aktar akkurata u aġġornata tal-istat tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art fl-UE.

Bis-saħħa tas-sinerġiji mal-E-PRTR imtejjeb, li għandu jiġi ssostitwit mill-bażi tad-data elettronika online ġdida, jiġifieri l-“Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali”, l-inventarji tal-emissjonijiet, li bħalissa qegħdin jiġu rrapportati biss kull 6 snin, se jiġu ssostitwiti b’ħarsa ġenerali ferm aktar regolari u koerenti lejn ir-rilaxxi totali ta’ sustanzi niġġiesa għal kull settur. Dan se jippermetti lill-Istati Membri jiffokaw l-isforzi ta’ implimentazzjoni.

L-Annessi kemm tad-Direttiva dwar l-Ilma tal-Wiċċ kif ukoll tad-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art se jiġu rieżaminati regolarment fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Il-proċeduri aktar flessibbli għall-adozzjoni ta’ standards ta’ kwalità għal sustanzi ta’ tħassib, flimkien mar-rwoli ċentrali mogħtija lill-EEA, għall-analiżi ta’ data ta’ monitoraġġ aktar regolari, u lill-ECHA, għal appoġġ xjentifiku kontinwu, se jippermettu li jiġu evalwati aħjar il-preċiżjoni tal-istandards attwali u l-ħtieġa għal oħrajn ġodda, sabiex jindirizzaw malajr is-sustanzi ta’ tħassib emerġenti. L-involviment taż-żewġ Aġenziji jikkonforma mal-objettiv skont l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi li jimxu lejn approċċ ta’ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” li jirriżulta f’valutazzjonijiet aktar effiċjenti, effettivi u koerenti tas-sikurezza tas-sustanzi kimiċi fil-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE, u b’hekk iwassal ukoll għal miżuri ta’ implimentazzjoni aktar effettivi u trażversali u proposti għal standards ġodda.

L-analiżi ta’ data dwar il-monitoraġġ u l-istatus aktar regolari se tikkontribwixxi b’mod effettiv għall-qafas usa’ ta’ Monitoraġġ u Prospettiva ta’ Tniġġis Żero, li għandu jiġi ppubblikat kull sentejn mill-2022. Dan se jgħin sabiex jiġi evalwat l-impatt tat-tniġġis imnaqqas tal-korpi tal-ilma bħala riżultat ta’ sett usa’ ta’ standards ta’ kwalità armonizzati li qegħdin jiġu implimentati madwar l-UE.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni

Il-proposta teħtieġ dokumenti ta’ spjegazzjoni, minħabba li dawn huma essenzjali sabiex tiġi vvalutata l-konformità u sabiex jiġi vverifikat li t-testi ta’ traspożizzjoni jirriflettu t-test u l-ispirtu tad-Direttiva. Dan huwa importanti u neċessarju, minħabba li l-proposta tkopri l-emendi għal tliet direttivi, possibbilment trasposti f’biċċiet differenti ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali. Barra minn hekk, billi l-proposta primarjament għandha l-għan li temenda l-istandards ta’ kwalità eżistenti jew li tintroduċi oħrajn ġodda, tista’ tiġi ffaċilitata verifika bir-reqqa permezz ta’ dokumenti ta’ spjegazzjoni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

(1)Emendi għad-Direttiva 2000/60/KE

L-Artikoli 1, 7(2), 11(3)(k), 4(1) u l-Annessi V (il-punti 1.4.3, 2.3.2 u 2.4.5) u VII (il-punt 7.7) huma emendati sabiex iqisu t-tħassir propost tal-Artikoli 16 u 17 (ara hawn taħt).

L-Artikolu 2 dwar id-definizzjonijiet huwa emendat sabiex jiġu aġġornati d-definizzjonijiet ta’ “Stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ”, “Sustanzi Prijoritarji” u “Standards ta’ kwalità ambjentali” u jiġu introdotti d-definizzjonijiet ta’ “Sustanzi prijoritarji perikolużi” u “Sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi”. Dawn il-bidliet huma meħtieġa sabiex: 1) titqies il-proposta sabiex il-proċedura ta’ kodeċiżjoni attwali għall-adozzjoni tal-EQS tiġi ssostitwita b’atti delegati; 2) jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “stat kimiku” sabiex ikopri wkoll is-“sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi”, li sa issa huma parti mid-definizzjoni ta’ “stat ekoloġiku” taħt l-Anness V; 3) jitqiesu l-valuri ta’ attivazzjoni futuri possibbli bbażati fuq l-effetti bħala parti mid-definizzjoni ta’ “standards ta’ kwalità ambjentali”.

L-Artikolu 3 dwar il-koordinazzjoni amministrattiva fid-distretti tal-baċiri idrografiċi huwa emendat sabiex jintroduċi obbligu, f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ oriġini naturali jew ta’ force majeure, b’mod partikolari għargħar estrem, nixfiet fit-tul, jew inċidenti sinifikanti ta’ tniġġis, għall-awtoritajiet kompetenti tal-korpi tal-ilma kollha possibbilment affettwati, inkluż fl-Istati Membri downstream, sabiex iwissu lil xulxin u jikkooperaw sabiex jimminimizzaw id-danni u jindirizzaw il-konsegwenzi.

Minbarra l-aġġustament imsemmi hawn fuq sabiex jitqies it-tħassir tal-Artikolu 16, l-Artikolu 4 dwar l-objettivi huwa emendat sabiex jiġi żgurat li l-paragrafu (a)(iv) tiegħu jinkludi obbligu espliċitu għall-Istati Membri sabiex inaqqsu b’mod progressiv it-tniġġis minn sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi wkoll, mhux biss minn sustanzi prijoritarji.

L-Artikolu 8, il-paragrafu 3 dwar il-metodi għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma huwa emendat sabiex il-proċedura ta’ komitoloġija tiġi allinjata mat-Trattat ta’ Liżbona billi l-“proċedura regolatorja bi skrutinju” preċedenti tiġi ssostitwita bil-“proċedura ta’ eżami” stabbilita fl-Artikolu 21. Barra minn hekk, fl-istess paragrafu qiegħda tiġi introdotta setgħa ġdida li tippermetti l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni sabiex jiġu stabbiliti aktar dettalji fir-rigward tal-obbligi l-ġodda sabiex id-data ta’ monitoraġġ issir disponibbli għall-EEA, kif ukoll sabiex id-data dwar l-istatus issir disponibbli fuq bażi aktar regolari, f’konformità mal-paragrafi ġodda 4 u 5. Dawn l-emendi huma kompletament konformi mal-obbligi eżistenti skont id-Direttiva 2007/2/KE (Inspire), li tobbliga lill-Istati Membri jagħmlu s-settijiet ta’ data spazjali disponibbli għall-pubbliku, inkluż dwar il-post u l-operat tal-faċilitajiet ta’ monitoraġġ ambjentali, il-kejl tal-emissjonijiet relatat u l-istat tal-mezzi ambjentali (l-arja, l-ilma, il-ħamrija). Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, it-tixrid tad-data għandu jiġi ssimplifikat aktar ukoll, f’konformità mal-Istrateġija Diġitali tal-UE, mad-Direttiva (UE) 2019/1024 dwar id-data miftuħa u mal-approċċ ta’ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” skont l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi Sostenibbli.

L-Artikolu 10 dwar l-approċċ ikkombinat għal sorsi lokalizzati u diffużi huwa emendat sabiex jiġu aġġornati r-referenzi għal diversi direttivi li jindirizzaw it-tniġġis minn sors lokalizzat u t-tniġġis diffuż (minbarra t-tħassir u s-sostituzzjoni tagħhom).

L-Artikolu 12 dwar kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu ttrattati minn Stat Membru wieħed huwa mmodifikat sabiex tissaħħaħ u tiġi fformalizzata l-proċedura għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

L-Artikolu 15(3) dwar ir-rapportar interim ta’ kull 3 snin tal-progress fuq il-programmi ta’ miżuri jitħassar, billi l-piż amministrattiv li jirriżulta jitqies sproporzjonat meta mqabbel mal-kisbiet f’termini ta’ kontroll u tmexxija aħjar tal-implimentazzjoni.

L-Artikoli 16 u 17 dwar il-proċedura li biha l-Kummissjoni kienet meħtieġa tistabbilixxi proposti leġiżlattivi għall-elenkar u l-identifikazzjoni ta’ EQS għall-korpi tal-ilma tal-wiċċ u għall-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art jitħassru, billi dawn ma għadhomx japplikaw.

L-Artikolu 18(2)(e) huwa emendat sabiex iqis it-tħassir propost tal-Artikolu 16, filwaqt li l-Artikolu 18(4) huwa emendat sabiex iqis it-tħassir propost tal-Artikolu 15(3).

L-Artikolu 20 dwar l-adattamenti tekniċi huwa emendat sabiex: 1) il-proċedura regolatorja attwali bi skrutinju għall-modifika tal-Annessi I u III tiġi ssostitwita bil-proċedura tal-atti delegati; 2) il-proċedura regolatorja attwali għall-adozzjoni ta’ linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Annessi II u V u għall-istabbiliment ta’ formati għat-trażmissjoni u l-ipproċessar tad-data tiġi ssostitwita bil-proċedura ta’ eżami.

L-Artikolu 20a l-ġdid jintroduċi d-dispożizzjonijiet relatati mal-proċedura għall-adozzjoni ta’ atti delegati, f’konformità mat-Trattat ta’ Liżbona.

L-emenda għall-Artikolu 21 dwar il-proċedura tal-Kumitat għandha l-għan li tissostitwixxi r-referenza għad-“deċiżjoni ta’ komitoloġija” preċedenti bir-“regolament ta’ komitoloġija” applikabbli bħalissa.

L-Artikolu 22 dwar it-tħassir u d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali huwa emendat sabiex jiġu aġġornati r-referenzi, filwaqt li jitqiesu l-bidliet proposti fl-Annessi tad-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE.

Minbarra l-aġġustamenti msemmija hawn fuq sabiex jitqies it-tħassir tal-Artikolu 16, l-Anness V huwa emendat sabiex: 1) is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi jitneħħew mid-definizzjonijiet tal-istat ekoloġiku u jiġu inklużi fid-definizzjoni tal-istat kimiku, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-monitoraġġ kemm tas-sustanzi prijoritarji kif ukoll tas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi jitwettaq mhux biss meta dawn is-sustanzi niġġiesa jiġu skarikati fl-ilma, iżda wkoll meta jiġu ddepożitati permezz tal-arja; 2) jingħataw setgħat lill-Kummissjoni sabiex tadotta r-riżultati tal-eżerċizzju ta’ interkalibrar permezz ta’ atti delegati; 3) l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu użu minn tekniki ġodda ta’ monitoraġġ, inklużi l-osservazzjoni tad-dinja u t-telerilevament.

L-Anness VIII dwar lista indikattiva tas-sustanzi niġġiesa ewlenin huwa emendat sabiex jinkludi l-mikroplastiks u l-ġeni ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi.

L-Anness X jitħassar, billi l-lista li tinsab fih hija sostitwita b’dik fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE.

(2)Emendi għad-Direttiva 2006/118/KE dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art (GWD)

It-titolu huwa emendat sabiex jiġi ċċarat li din id-Direttiva tikkonċerna biss it-tniġġis u mhux l-istatus kwantitattiv tal-ilma ta’ taħt l-art.

L-Artikolu 1 dwar l-iskop tad-Direttiva huwa emendat sabiex titneħħa r-referenza għall-Artikolu 17 tad-WFD, minħabba li dan kien jifforma l-bażi għall-adozzjoni tal-GWD innifisha u, b’hekk, ma għadux japplika.

L-Artikolu 2 dwar id-definizzjonijiet huwa emendat sabiex jinkludi d-definizzjoni tal-valuri ta’ limitu stabbiliti fil-livell tal-UE, flimkien ma’ dawk stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri.

L-Artikolu 3 dwar il-kriterji għall-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art huwa emendat sabiex iqis id-definizzjoni l-ġdida ta’ “valuri ta’ limitu stabbiliti fil-livell tal-UE”.

L-Artikolu 4 dwar il-proċedura għall-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art huwa emendat għall-istess raġuni bħall-Artikolu 3.

Jiddaħħal l-Artikolu 6a l-ġdid sabiex il-“Mekkaniżmu tal-Lista ta’ Sorveljanza” għall-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art isir obbligatorju, b’mod konsistenti mad-dispożizzjoni stabbilita mill-Artikolu 8b tal-EQSD. Dan il-mekkaniżmu jistabbilixxi proċess ta’ kull 3 snin li bih il-Kummissjoni, b’kontribut mill-ECHA u f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tagħti prijorità lis-sustanzi għall-monitoraġġ fl-ilma ta’ taħt l-art. L-informazzjoni li tirriżulta se tikkontribwixxi għar-reviżjoni ta’ kull 6 snin tal-istandards ta’ kwalità għall-inklużjoni fl-Anness I. Id-dispożizzjoni tinkludi wkoll obbligu tal-ECHA li tagħmel ir-rapporti xjentifiċi mħejjija b’rabta mal-Lista ta’ Sorveljanza disponibbli għall-pubbliku.

L-Artikolu 8 dwar l-adattamenti tekniċi huwa emendat sabiex: 1) il-proċedura għall-atti ta’ implimentazzjoni tiġi ssostitwita b’dik għall-atti delegati sabiex tadatta għall-progress tekniku u xjentifiku skont il-Partijiet A u C tal-Anness II, kif ukoll l-Annessi III u IV; 2) il-Kummissjoni tingħata setgħat delegati sabiex telenka sustanzi ġodda li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art fl-Anness I u tistabbilixxi standards ta’ kwalità ġodda għall-UE kollha għal dawn, kif ukoll sabiex telenka, fil-Parti B tal-Anness II, sustanzi niġġiesa li għalihom l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jiffissaw valuri ta’ limitu nazzjonali; 3) il-Kummissjoni tingħata setgħat delegati sabiex tistabbilixxi, fejn meħtieġ u anke għal sustanzi niġġiesa jew gruppi ta’ sustanzi niġġiesa li ma humiex ta’ tħassib għall-UE kollha, valuri ta’ limitu fil-livell tal-UE, sabiex ittejjeb il-livell tas-saħħa tal-bniedem u tal-ħarsien tal-ambjent u tikseb implimentazzjoni aktar armonizzata; 4) jiġi ċċarat ir-rwol ċentrali tal-ECHA f’dan il-qafas, u l-obbligu tal-ECHA li tagħmel rapporti xjentifiċi b’rabta ma’ emendi potenzjali disponibbli għall-pubbliku.

Jiddaħħal l-Artikolu 8a l-ġdid sabiex jiġu introdotti d-dispożizzjonijiet relatati mal-proċedura għall-adozzjoni ta’ atti delegati, f’konformità mat-Trattat ta’ Liżbona.

L-Artikolu 9 dwar il-proċedura tal-Kumitat huwa emendat sabiex id-“deċiżjoni ta’ komitoloġija” preċedenti tiġi ssostitwita bir-“regolament ta’ komitoloġija” aktar reċenti.

L-Artikolu 10 dwar ir-rieżami tal-Annessi I u II permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni jitħassar, sabiex titqies il-proċedura l-ġdida għall-atti delegati stabbilita fl-Artikoli 8 u 8a.

L-Anness I dwar l-istandards ta’ kwalità għall-UE kollha għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art huwa emendat sabiex jiddaħħlu sustanzi ġodda li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art u standards ta’ kwalità relatati għal xi sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS), farmaċewtiċi u metaboliti mhux rilevanti tal-pestiċidi (nrMs).

L-Anness II dwar il-valuri ta’ limitu nazzjonali għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art huwa emendat sabiex: 1) tiddaħħal is-sustanza farmaċewtika primidone fil-lista ta’ sustanzi sintetiċi li għalihom l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jiffissaw valuri ta’ limitu nazzjonali; 2) jiġi ċċarat li l-Partijiet B u C tiegħu huma relatati biss mal-mekkaniżmu għall-iffissar ta’ limiti fil-livell nazzjonali; 3) jiġi żgurat li l-Istati Membri jinformaw lill-ECHA sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u 4) tiżdied Parti D ġdida sabiex tinkludi valuri ta’ limitu armonizzati għall-grupp ta’ sustanzi li huma “is-somma ta’ Trikloroetilen u Perkloroetilene”.

L-Anness III dwar il-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art u l-Anness IV dwar l-identifikazzjoni u t-treġġigħ lura ta’ tendenzi ’l fuq sinifikanti u sostnuti huma emendati sabiex iqisu l-kunċett il-ġdid ta’ “valuri ta’ limitu stabbiliti fil-livell tal-UE”.

(3)Emendi għad-Direttiva 2008/105/KE dwar l-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali (EQSD)

It-titolu huwa emendat sabiex jiġi ċċarat li d-Direttiva tikkonċerna t-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ.

L-Artikolu 3 dwar l-istandards ta’ kwalità ambjentali huwa emendat sabiex jiġu ċċarati d-dati tal-applikazzjoni għall-EQS il-ġodda u dawk riveduti. L-obbligi għall-monitoraġġ fil-bijota fil-paragrafu 2 u għall-valutazzjonijiet tat-tendenzi fit-tul fil-paragrafu 6 huma ssimplifikati wkoll, billi jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom fl-Anness. Il-paragrafu 7 tiegħu jitħassar sabiex titqies is-sostituzzjoni proposta tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni b’dik għall-atti delegati sabiex tinbidel il-lista ta’ sustanzi prijoritarji.

L-Artikolu 5 dwar l-inventarji tal-emissjonijiet huwa emendat sabiex jiġi ssimplifikat l-obbligu ta’ rapportar u sabiex dan jiġi armonizzat, fejn possibbli, ma’ dak skont il-leġiżlazzjoni tal-UE li jiġu indirizzati l-emissjonijiet minn installazzjonijiet industrijali kbar (li bħalissa qegħdin jiġu riveduti) u sabiex ikun permess rapportar issimplifikat lill-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali, b’dettalji li għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni futur. Għalhekk, ir-rapportar fil-qafas tal-Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara se jkompli japplika biss għall-emissjonijiet diffużi.

L-Artikolu 7a dwar il-koordinazzjoni bejn diversi biċċiet tad-dritt tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi huwa emendat sabiex tiġi inkluża referenza għad-dritt tal-Unjoni dwar il-farmaċewtiċi, u titqies is-sostituzzjoni proposta tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni b’dik għall-atti delegati għall-aġġornament jew l-iffissar ta’ EQS ġodda.

L-Artikolu 8 huwa emendat sabiex: 1) il-Kummissjoni Ewropea tingħata setgħat delegati sabiex tirrevedi kull 6 snin l-Anness I sabiex tikkunsidra li telenka sustanzi prijoritarji ġodda u EQS relatati, abbażi tal-kontribut mill-ECHA; 2) il-Kummissjoni Ewropea tingħata setgħat delegati sabiex tirrevedi regolarment il-lista ta’ kategoriji ta’ sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi li issa huma inklużi fil-Parti B tal-Anness II il-ġdid (għal dan l-iskop, dan l-Anness II jissostitwixxi l-punt 1.2.6 u l-Anness VIII tad-WFD, li se jiġu mmodifikati kif xieraq sabiex jitneħħew is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi mid-definizzjoni tal-istat ekoloġiku u jsiru parti mir-reġim applikabbli għall-istat kimiku); 3) il-Kummissjoni Ewropea tingħata setgħat delegati sabiex tadotta, fejn meħtieġ, EQS għall-UE kollha għal sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi u telenkahom fil-Parti C tal-Anness II (il-proposta telenka f’dik il-Parti C erba’ sustanzi prijoritarji li qabel kienu inklużi fl-Anness I, iżda li “tneħħew mil-lista” minħabba li ma għadhomx jitqiesu bħala ta’ tħassib għall-UE kollha); 4) jiġi ċċarat ir-rwol ċentrali li għandu jkollha l-ECHA fit-tfassil tal-EQS, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati, u l-obbligu tagħha li tagħmel rapporti xjentifiċi relatati mal-emenda tal-Annessi disponibbli għall-pubbliku.

L-Artikolu 8a huwa emendat sabiex: 1) jiġi ssimplifikat il-mod li bih l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw l-istat kimiku għall-PBTs li jinsabu kullimkien separatament mill-istat kimiku ġenerali; 2) l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu monitoraġġ anqas intensiv għal xi sustanzi; 3) l-Istati Membri jintalbu jwettqu monitoraġġ ibbażat fuq l-effetti sabiex jivvalutaw il-preżenza ta’ ormoni estroġeniċi fil-korpi tal-ilma, fid-dawl tal-iffissar futur possibbli ta’ valuri ta’ attivazzjoni bbażati fuq l-effetti.

L-Artikolu 8b huwa emendat sabiex: 1) jittejjeb iċ-ċiklu ta’ monitoraġġ u ta’ rieżami tal-mekkaniżmu tal-Lista ta’ Sorveljanza, billi jiġi stabbilit ċiklu ta’ 3 snin minflok dak attwali ta’ sentejn. Dan se jagħti aktar żmien sabiex tiġi pproċessata d-data qabel ma tiġi riveduta l-lista, flimkien mal-estensjoni proposta taċ-ċiklu ta’ monitoraġġ minn 12-il xahar għal 24 xahar sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati aħjar il-frekwenzi differenti għal sustanzi niġġiesa b’xejriet ta’ emissjonijiet staġunali (eż. pestiċidi/bijoċidi); 2) tkun permessa l-inklużjoni tal-mikroplastiks u tal-ġeni magħżula ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi fil-Lista ta’ Sorveljanza li jmiss, soġġetta għall-identifikazzjoni ta’ metodi xierqa ta’ monitoraġġ u analiżi, b’kontribut mill-ECHA.

L-Artikolu 8d il-ġdid jinkludi l-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi elenkati fil-Parti A tal-Anness II il-ġdid. Dan jissostitwixxi l-obbligu attwalment ifformulat fil-punt 1.2.6 tal-Anness V tad-WFD, f’konformità mal-proposta sabiex jiġi żgurat li s-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi jsiru parti mill-valutazzjoni tal-istat kimiku, aktar milli ekoloġiku, tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ. Id-dispożizzjoni għandha wkoll l-għan li tiżgura li, fejn ikunu ġew stabbiliti EQS għall-UE kollha għal ċerti sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi, dawn għandhom jieħdu preċedenza fuq l-EQS stabbiliti fil-livell nazzjonali. Fl-aħħar nett, l-emenda tobbliga lill-Istati Membri jinformaw lill-ECHA sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tippubblika kwalunkwe intenzjoni fir-rigward tal-elenkar ta’ sustanzi niġġiesa u/jew l-iffissar ta’ EQS, sabiex jiżdiedu t-trasparenza u s-sinerġiji.

L-Artikolu 10 li jiċċara li l-Anness X tad-WFD għandu jiġi ssostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II tad-Direttiva 2008/105/KE jitħassar minħabba li l-Anness II tad-Direttiva 2008/105/KE ma kienx jeżisti u minħabba li l-Anness X jitħassar wara l-inklużjoni, fid-Direttiva 2008/105/KE, ta’ proċedura għall-atti delegati għall-adattament tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji u l-iffissar tal-EQS korrispondenti.

It-titolu tal-Anness I huwa mmodifikat sabiex jitneħħa l-kunċett ta’ “sustanzi niġġiesa oħrajn” li ma għadux japplika, billi dan kien jirreferi għal sustanzi li kienu koperti minn leġiżlazzjoni oħra qabel l-adozzjoni tal-EQSD; ma għadx hemm il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn sustanzi prijoritarji u “sustanzi niġġiesa oħrajn”. Il-Parti A, li telenka s-sustanzi u l-EQS tagħhom, hija sostitwita b’Anness ġdid li issa jelenka 23 sustanza addizzjonali mal-lista ta’ sustanzi prijoritarji: farmaċewtiċi, sustanzi industrijali, pestiċidi u metalli. L-Anness jindika wkoll is-sustanzi li huma perikolużi, dawk li huma PBTs li jinsabu kullimkien, kif ukoll dawk li jeħtieġu valutazzjoni tat-tendenzi fit-tul.

Jiddaħħal l-Anness II il-ġdid, li jistabbilixxi fil-Parti A lista indikattiva ta’ sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi li għalihom l-Istati Membri jridu jikkunsidraw li jiffissaw EQS u japplikawhom fejn ikunu qegħdin jikkawżaw tħassib. Il-Parti B tinkludi l-prinċipji ġenerali u tirreferi għal gwida sabiex isir dan, filwaqt li l-Parti C tinkludi repożitorju ta’ EQS armonizzati għal sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi. Din tal-aħħar se tiġi adattata permezz ta’ atti delegati futuri li permezz tagħhom il-Kummissjoni se tistabbilixxi EQS armonizzati għal ċerti sustanzi niġġiesa oħrajn speċifiċi għall-baċiri idrografiċi fejn jintwera li dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat il-ħarsien suffiċjenti u armonizzat tal-ambjent, anke għal sustanzi niġġiesa li ma humiex jew għadhom ma humiex ta’ tħassib għall-UE kollha.

2022/0344 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 33 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 34 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)It-tniġġis kimiku tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art joħloq theddida għall-ambjent akkwatiku, b’effetti bħal tossiċità akuta u kronika f’organiżmi akkwatiċi, akkumulazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa fl-ekosistema u telf tal-ħabitats u tal-bijodiversità, kif ukoll theddida għas-saħħa tal-bniedem. L-iffissar ta’ standards ta’ kwalità ambjentali jgħin sabiex tiġi implimentata l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi.

(2)Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara ambjentali, bħala prijorità, għandha tiġi kkoreġuta f’ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas.

(3)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 35 huwa l-istrateġija tal-Unjoni sabiex tiżgura, sal-2050, ekonomija newtrali għall-klima, nadifa u ċirkolari, billi tottimizza l-ġestjoni tar-riżorsi filwaqt li timminimizza t-tniġġis. L-Istrateġija tal-UE dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà 36 u l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 37 jindirizzaw speċifikament l-aspetti tat-tniġġis tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Politiki oħrajn partikolarment rilevanti u komplementari jinkludu l-Istrateġija tal-UE għall-Plastiks tal-2018 38 , l-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa tal-2021 39 , l-Istrateġija għall-Bijodiversità 40 , l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt 41 , l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 42 , l-Istrateġija Diġitali tal-UE 43 u l-Istrateġija tal-UE għad-Data 44 .

(4)Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni tal-ilmijiet tal-wiċċ interni, tal-ilmijiet ta’ tranżizzjoni, tal-ilmijiet kostali u tal-ilma ta’ taħt l-art. Dak il-qafas jinvolvi l-identifikazzjoni ta’ sustanzi prijoritarji fost dawk li joħolqu riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku fil-livell tal-Unjoni jew permezz tiegħu. Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali (EQS) għall-Unjoni kollha għall-45 sustanza prijoritarja elenkati fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE u tmien sustanzi niġġiesa oħrajn li kienu diġà regolati fil-livell tal-Unjoni qabel ma ġie introdott l-Anness X bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 . Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 tistabbilixxi standards ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art għall-Unjoni kollha għan-nitrati u għas-sustanzi attivi fil-pestiċidi u kriterji għall-istabbiliment ta’ valuri ta’ limitu nazzjonali għal sustanzi oħrajn li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art. Hija tistabbilixxi wkoll lista minima ta’ 12-il sustanza niġġiesa u l-indikaturi tagħhom li għalihom l-Istati Membri huma meħtieġa jikkunsidraw li jistabbilixxu tali valuri ta’ limitu nazzjonali. L-istandards tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art huma stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE.

(5)Is-sustanzi huma kkunsidrati għall-elenkar fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE jew fl-Anness I jew fl-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju li joħolqu għall-bnedmin u għall-ambjent akkwatiku. Il-komponenti ewlenin ta’ dik il-valutazzjoni huma l-għarfien tal-konċentrazzjonijiet ambjentali tas-sustanzi, inkluża l-informazzjoni miġbura mill-monitoraġġ tal-lista ta’ sorveljanza, u tat-tossikoloġija (ekoloġika) tas-sustanzi, kif ukoll tal-persistenza, il-bijoakkumulazzjoni, il-karċinoġeniċità, il-mutaġeniċità, it-tossiċità riproduttiva u l-potenzjal ta’ tfixkil endokrinali tagħhom.

(6)Il-Kummissjoni wettqet rieżami tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE f’konformità mal-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva u mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/105/KE, u rieżami tal-listi ta’ sustanzi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2006/118/KE f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva u kkonkludiet, fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku ġdid, li huwa xieraq li dawk il-listi jiġu emendati billi jiżdiedu sustanzi ġodda, jiġu ffissati l-EQS jew l-istandards tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art għal dawk is-sustanzi miżjuda ġodda, jiġu riveduti l-EQS għal xi sustanzi eżistenti f’konformità mal-progress xjentifiku u jiġu ffissati l-EQS tal-bijota għal xi sustanzi eżistenti u dawk miżjuda ġodda. Hija identifikat ukoll liema sustanzi addizzjonali x’aktarx jakkumulaw fis-sediment jew fil-bijota, u ċċarat li l-monitoraġġ tat-tendenzi ta’ tali sustanzi jenħtieġ li jsir fis-sediment jew fil-bijota. Ir-rieżamijiet tal-listi ta’ sustanzi ġew appoġġati minn konsultazzjoni estensiva mal-esperti mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati u l-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti.

(7)Hija meħtieġa kombinazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tas-sors u punt tar-rimi sabiex jiġu ttrattati b’mod effettiv il-biċċa l-kbira tas-sustanzi niġġiesa tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inklużi, kif rilevanti, id-disinn kimiku, l-awtorizzazzjoni jew l-approvazzjoni, il-kontroll tal-emissjonijiet waqt il-manifattura u l-użu jew proċessi oħrajn, u l-maniġġ tal-iskart. Għalhekk, l-istabbiliment ta’ standards tal-kwalità ġodda jew aktar stretti fil-korpi tal-ilma jikkomplementa u huwa koerenti ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tindirizza jew li tista’ tindirizza l-problema tat-tniġġis f’wieħed jew aktar minn dawk l-istadji, inklużi r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 , ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 , ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 51 , ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 , id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 , id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 , id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE 56 .

(8)L-għarfien xjentifiku l-ġdid jindika riskju sinifikanti minn bosta sustanzi niġġiesa oħrajn li jinstabu fil-korpi tal-ilma, minbarra dawk diġà regolati. Fl-ilma ta’ taħt l-art, ġiet identifikata problema partikolari permezz ta’ monitoraġġ volontarju għas-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) u għall-farmaċewtiċi. Il-PFAS instabu f’aktar minn 70 % tal-punti ta’ kejl tal-ilma ta’ taħt l-art fl-Unjoni u l-limiti nazzjonali eżistenti jinqabżu b’mod ċar f’numru konsiderevoli ta’ postijiet, u s-sustanzi farmaċewtiċi jinstabu wkoll b’mod wiesa’. Fl-ilmijiet tal-wiċċ, l-aċidu perfluworoottansulfoniku u d-derivattivi tiegħu diġà huma elenkati bħala sustanzi prijoritarji, iżda PFAS oħrajn issa huma rikonoxxuti wkoll li joħolqu riskju. Il-monitoraġġ tal-lista ta’ sorveljanza skont l-Artikolu 8b tad-Direttiva 2008/105/KE kkonferma riskju fl-ilmijiet tal-wiċċ minn numru ta’ sustanzi farmaċewtiċi li għalhekk jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista ta’ sustanzi prijoritarji.

(9)Id-Direttiva 2000/60/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jidentifikaw il-korpi tal-ilma li jintużaw għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jimmonitorjawhom, u jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jevitaw id-deterjorament fil-kwalità tagħhom u sabiex inaqqsu l-livell ta’ trattament ta’ purifikazzjoni meħtieġ fil-produzzjoni ta’ ilma li huwa tajjeb għall-konsum mill-bniedem. F’dan il-kuntest, il-mikroplastiks ġew identifikati bħala riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, iżda hija meħtieġa aktar data ta’ monitoraġġ sabiex tiġi kkonfermata l-ħtieġa li jiġi stabbilit standard ta’ kwalità ambjentali għall-mikroplastiks fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art. Għalhekk, jenħtieġ li l-mikroplastiks jiġu inklużi fil-listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art u jenħtieġ li jiġu mmonitorjati hekk kif il-Kummissjoni tkun identifikat metodi ta’ monitoraġġ xierqa. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqiesu l-metodoloġiji għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riskji mill-mikroplastiks fl-ilma tax-xorb, żviluppati skont id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 .

(10)Ġie espress tħassib dwar ir-riskju li tiżviluppa reżistenza għall-antimikrobiċi mill-preżenza ta’ mikroorganiżmi reżistenti għall-antimikrobiċi u ġeni ta’ reżistenza għall-antimikrobiċi fl-ambjent akkwatiku, iżda ftit li xejn sar monitoraġġ. Jenħtieġ li l-ġeni ta’ reżistenza antimikrobika rilevanti jiġu inklużi wkoll fil-listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art u jiġu mmonitorjati hekk kif ikunu ġew żviluppati metodi ta’ monitoraġġ xierqa. Dan huwa konformi mal-“Pjan ta’ Azzjoni Ewropew ‘Saħħa Waħda’ kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi”, adottat mill-Kummissjoni f’Ġunju 2017, u mal-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, li tindirizza wkoll dan it-tħassib.

(11)Meta jitqies l-għarfien dejjem jikber tar-rilevanza tat-taħlitiet u, għalhekk, tal-monitoraġġ ibbażat fuq l-effetti għad-determinazzjoni tal-istat kimiku, u meta jitqies li diġà jeżistu metodi ta’ monitoraġġ robusti biżżejjed ibbażati fuq l-effetti għal sustanzi estroġeniċi, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw tali metodi sabiex jivvalutaw l-effetti kumulattivi ta’ sustanzi estroġeniċi fl-ilmijiet tal-wiċċ fuq perjodu ta’ mill-anqas sentejn. Dan se jippermetti t-tqabbil tar-riżultati bbażati fuq l-effetti mar-riżultati miksuba bl-użu tal-metodi konvenzjonali għall-monitoraġġ tat-tliet sustanzi estroġeniċi elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE. Dak it-tqabbil se jintuża sabiex jiġi vvalutat jekk il-metodi ta’ monitoraġġ ibbażati fuq l-effetti jistgħux jintużaw bħala metodi ta’ skrinjar affidabbli. L-użu ta’ tali metodi ta’ skrinjar ikollu l-vantaġġ li jippermetti li jiġu koperti l-effetti tas-sustanzi estroġeniċi kollha li għandhom effetti simili, u mhux biss dawk elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE. Id-definizzjoni ta’ EQS fid-Direttiva 2000/60/KE jenħtieġ li tiġi mmodifikata sabiex jiġi żgurat li fil-futur tkun tista’ tkopri wkoll il-valuri ta’ attivazzjoni li jistgħu jiġu stabbiliti għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-monitoraġġ ibbażat fuq l-effetti.

(12)L-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ilma 58 (l-“evalwazzjoni”) ikkonkludiet li l-proċess għall-identifikazzjoni u l-elenkar ta’ sustanzi niġġiesa li jaffettwaw l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art u għall-istabbiliment jew ir-reviżjoni tal-istandards ta’ kwalità għalihom fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku ġdid jista’ jiġi aċċellerat. Kieku dawk il-kompiti kellhom jitwettqu mill-Kummissjoni, aktar milli fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja kif previst bħalissa fl-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2000/60/KE u fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/118/KE, il-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-lista ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art, b’mod partikolari f’termini taż-żmien u s-sekwenza tal-elenkar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tar-riżultati, jista’ jittejjeb, ir-rabtiet bejn il-mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza u r-rieżamijiet tal-listi ta’ sustanzi niġġiesa jistgħu jissaħħu, u l-bidliet fil-listi ta’ sustanzi niġġiesa jistgħu jqisu l-progress xjentifiku aktar malajr. Għalhekk, u minħabba l-ħtieġa li jiġu emendati l-listi ta’ sustanzi niġġiesa u l-EQS tagħhom fil-pront fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex temenda l-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji u l-EQS korrispondenti stabbiliti fil-Parti A ta’ dak l-Anness u sabiex temenda l-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art u l-istandards ta’ kwalità stabbiliti f’dak l-Anness. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ir-riżultati tal-monitoraġġ tas-sustanzi fuq il-listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li jitħassru l-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Anness X ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/118/KE.

(13)L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li hemm wisq varjazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-istandards ta’ kwalità u l-valuri ta’ limitu stabbiliti fil-livell nazzjonali għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi u għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art, rispettivament. Sa issa, is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi mhux identifikati bħala sustanzi prijoritarji skont id-Direttiva 2000/60/KE kienu soġġetti għal EQS nazzjonali u tqiesu bħala elementi ta’ kwalità fiżikokimika li jappoġġaw il-valutazzjoni tal-istat ekoloġiku fl-ilmijiet tal-wiċċ. Fl-ilmijiet ta’ taħt l-art, kien ukoll possibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu l-valuri ta’ limitu tagħhom stess, anke għal sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem. Din il-flessibbiltà wasslet għal riżultati subottimali f’termini ta’ komparabbiltà tal-istatus tal-korpi tal-ilma bejn l-Istati Membri, u f’termini ta’ ħarsien tal-ambjent. Għalhekk, huwa meħtieġ li tiġi prevista proċedura li tippermetti ftehim fil-livell tal-Unjoni dwar l-EQS u l-valuri ta’ limitu li għandhom jiġu applikati għal dawk is-sustanzi jekk jiġu identifikati bħala li huma ta’ tħassib nazzjonali u li jiġu stabbiliti repożitorji tal-EQS u l-valuri ta’ limitu applikabbli.

(14)Barra minn hekk, l-integrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi fid-definizzjoni tal-istat kimiku fl-ilmijiet tal-wiċċ tiżgura approċċ aktar ikkoordinat, koerenti u trasparenti f’termini ta’ monitoraġġ u valutazzjoni tal-istat kimiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u ta’ informazzjoni relatata lill-pubbliku. Hija tiffaċilita wkoll approċċ aktar immirat lejn l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kollha “relatati mas-sustanzi kimiċi” b’mod aktar olistiku, effettiv u effiċjenti. Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjonijiet ta’ “stat ekoloġiku” u “stat kimiku” jiġu mmodifikati u jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “stat kimiku” jitwessa’ sabiex ikopri wkoll is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi, li sa issa kienu parti mid-definizzjoni ta’ “stat ekoloġiku” fl-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li l-kunċett ta’ EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi u l-proċeduri relatati jiġu inklużi fid-Direttiva 2008/105/KE.

(15)Sabiex jiġu żgurati approċċ armonizzat u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex temenda l-Parti B tal-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE billi tadatta l-lista ta’ sustanzi niġġiesa li għalihom l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu valuri ta’ limitu nazzjonali.

(16)Minħabba l-ħtieġa li l-għarfien xjentifiku u tekniku jiġi adattat malajr u li jiġu żgurati approċċ armonizzat u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fl-Unjoni fir-rigward ta’ sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex tadatta l-Anness II tad-Direttiva 2008/105/KE fir-rigward tal-lista ta’ kategoriji ta’ sustanzi niġġiesa stabbilita fil-Parti A ta’ dak l-Anness u sabiex tadatta l-Parti C tal-Anness II fir-rigward tal-EQS armonizzati għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi jew gruppi tagħhom. Jenħtieġ li dawk l-EQS armonizzati jiġu applikati mill-Istati Membri fil-valutazzjoni tal-istat tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ tagħhom meta jkun ġie identifikat riskju minn dawk is-sustanzi niġġiesa.

(17)Ir-rieżami tal-lista ta’ sustanzi prijoritarji fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE kkonkluda li bosta sustanzi prijoritarji ma għadhomx ta’ tħassib għall-Unjoni kollha u, għalhekk, jenħtieġ li ma jibqgħux jiġu inklużi fil-Parti A tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jitqiesu bħala sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi u jiġu inklużi fil-Parti C tal-Anness II tad-Direttiva 2008/105/KE flimkien mal-EQS korrispondenti tagħhom. Meta wieħed iqis li dawk is-sustanzi niġġiesa ma għadhomx jitqiesu li huma ta’ tħassib għall-Unjoni kollha, l-EQS jeħtieġ li jiġu applikati biss fejn dawk is-sustanzi niġġiesa jistgħu jkunu għadhom ta’ tħassib lokali jew reġjonali jew nazzjonali.

(18)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti u tiġi permessa l-komparabbiltà tal-istat tal-korp tal-ilma bejn l-Istati Membri, hemm bżonn li jiġu armonizzati l-valuri ta’ limitu nazzjonali għal xi sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi introdott repożitorju ta’ valuri ta’ limitu armonizzati għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art ta’ tħassib lokali, reġjonali jew nazzjonali bħala Parti D ġdida fl-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE. Il-limiti armonizzati stabbiliti f’dak ir-repożitorju jeħtieġ li jiġu applikati biss f’dawk l-Istati Membri fejn is-sustanzi niġġiesa soġġetti għal dawk il-limiti jaffettwaw l-istat tal-ilma ta’ taħt l-art. Għas-somma taż-żewġ sustanzi niġġiesa sintetiċi t-trikloroetilene u l-perkloroetilene, hemm bżonn li jiġu armonizzati l-valuri ta’ limitu nazzjonali billi mhux l-Istati Membri kollha, fejn huma rilevanti s-sustanzi niġġiesa, japplikaw valur ta’ limitu għas-somma ta’ dawn is-sustanzi niġġiesa u l-valuri ta’ limitu nazzjonali stabbiliti ma humiex kollha l-istess. Jenħtieġ li l-valur ta’ limitu armonizzat ikun konsistenti mal-valur parametriku stabbilit għas-somma ta’ dawk is-sustanzi niġġiesa fl-ilma tax-xorb skont id-Direttiva (UE) 2020/2184.

(19)Sabiex jiġu żgurati approċċ armonizzat u kundizzjonijiet ekwivalenti fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex temenda l-Parti D tal-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE sabiex tadatta r-repożitorju tal-valuri ta’ limitu armonizzati fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa inklużi u l-valuri ta’ limitu armonizzati għall-progress tekniku u xjentifiku.

(20)Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 2006/118/KE relatati mal-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art jiġu adattati għall-introduzzjoni tat-tielet kategorija ta’ valuri ta’ limitu armonizzati fil-Parti D tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva, minbarra l-istandards ta’ kwalità stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u l-valuri ta’ limitu nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fil-Parti A tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

(21)Sabiex jiġi żgurat teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv u koerenti u jiġu żviluppati sinerġiji mal-ħidma mwettqa fil-qafas ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”) tingħata rwol permanenti u ċirkoskritt b’mod ċar fil-prijoritizzazzjoni tas-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-listi ta’ sorveljanza u fil-listi ta’ sustanzi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2008/105/KE u fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2006/118/KE, u fid-derivazzjoni ta’ standards ta’ kwalità xierqa bbażati fuq ix-xjenza. Jenħtieġ li l-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) u l-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika (SEAC) tal-ECHA jiffaċilitaw it-twettiq ta’ ċerti kompiti mogħtija lill-ECHA billi jipprovdu opinjonijiet. Jenħtieġ li l-ECHA tiżgura wkoll koordinazzjoni aħjar bejn diversi biċċiet ta’ liġi ambjentali permezz ta’ trasparenza akbar fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa f’lista ta’ sorveljanza jew l-iżvilupp ta’ EQS jew limiti nazzjonali jew għall-Unjoni kollha, billi tagħmel ir-rapporti xjentifiċi rilevanti disponibbli għall-pubbliku.

(22)L-evalwazzjoni kkonkludiet li huwa meħtieġ rapportar elettroniku aktar frekwenti u ssimplifikat sabiex jitrawmu implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ilma. Fid-dawl tar-rwol tagħha wkoll li timmonitorja b’mod aktar regolari l-istat tat-tniġġis kif deskritt fil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tiffaċilita tali rapportar aktar frekwenti u ssimplifikat mill-Istati Membri. Huwa importanti li l-informazzjoni ambjentali dwar l-istat tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art tal-Unjoni ssir disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni fil-ħin. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni u għall-EEA d-data ta’ monitoraġġ miġbura fil-qafas tad-Direttiva 2000/60/KE, billi jagħmlu użu minn mekkaniżmi awtomatizzati ta’ rapportar u konsenja tad-data billi jużaw Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet jew mekkaniżmi ekwivalenti. Il-piż amministrattiv huwa mistenni li jkun limitat sa fejn l-Istati Membri huma diġà meħtieġa jagħmlu disponibbli għall-pubbliku temi ta’ data spazjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 59 kif ukoll skont id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 60 . Dawk it-temi ta’ data spazjali jinkludu l-post u l-operat tal-faċilitajiet ta’ monitoraġġ ambjentali, il-kejl relatat tal-emissjonijiet u l-istat tal-kompartimenti ambjentali.

(23)Integrazzjoni aħjar tal-flussi tad-data rrapportati lill-EEA skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ilma u, b’mod partikolari, tal-inventarji tal-emissjonijiet meħtieġa mid-Direttiva 2008/105/KE, mal-flussi tad-data rrapportati lill-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali skont id-Direttiva 2010/75/UE u r-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 , se tagħmel ir-rapportar tal-inventarju f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/105/KE aktar sempliċi u effiċjenti. Fl-istess ħin, din se tnaqqas il-piż amministrattiv u l-ogħla tagħbija tax-xogħol fit-tħejjijiet tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Flimkien mat-tneħħija tar-rapportar interim dwar il-progress tal-programmi ta’ miżuri, li ma wrietx li kienet effettiva, dan ir-rapportar simplifikat se jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu aktar sforz sabiex jirrapportaw l-emissjonijiet li ma humiex koperti mil-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet industrijali, iżda li huma koperti mir-rapportar tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/105/KE.

(24)It-Trattat ta’ Liżbona introduċa distinzjoni bejn is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti ta’ implimentazzjoni). Jenħtieġ li d-Direttivi 2000/60/KE u 2006/118/KE jiġu allinjati mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Liżbona.

(25)Is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 20(1), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2000/60/KE u fil-punt 1.4.1(ix) tal-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE, minħabba li jikkonċernaw l-adattamenti tal-Annessi ta’ dik id-Direttiva u l-adozzjoni ta’ regoli li jissupplimentawha. Għalhekk, jenħtieġ li dawn jiġu kkonvertiti f’setgħat għall-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati.

(26)Is-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/118/KE, li tipprevedi l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, tissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE, minħabba li tikkonċerna l-adattamenti tal-Annessi ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li din tiġi kkonvertita għal setgħa għall-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati.

(27)Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul it-tħejjija ta’ atti delegati, il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(28)Is-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, li jipprevedi l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, tissodisfa l-kriterji fl-Artikolu 290(2) tat-TFUE, minħabba li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma u, għalhekk, għandha l-għan li tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni armonizzata ta’ dik id-Direttiva. Għalhekk, jenħtieġ li din tiġi kkonvertita għal setgħa għall-Kummissjoni sabiex tadotta atti ta’ implimentazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tad-data, jenħtieġ li s-setgħa tiġi estiża wkoll sabiex tinkludi l-istabbiliment ta’ formati għar-rapportar tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istatus f’konformità mal-Artikolu 8(4). Jenħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 62 .

(29)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta formati tekniċi għar-rapportar tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istat tal-ilma f’konformità mal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2000/60/KE. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(30)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/105/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tadotta formati standardizzati għar-rapportar tal-emissjonijiet minn sors lokalizzat mhux koperti mir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 63 + lill-EEA. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(31)Huwa meħtieġ li jitqies il-progress tekniku u xjentifiku fil-qasam tal-monitoraġġ tal-istatus tal-korpi tal-ilma f’konformità mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jużaw data u servizzi minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ, jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data.

(32)Meta jitqiesu ż-żidiet f’avvenimenti tat-temp imprevedibbli, b’mod partikolari għargħar estrem u nixfiet fit-tul, u f’inċidenti ta’ tniġġis sinifikanti li jirriżultaw fi jew jaggravaw it-tniġġis aċċidentali transfruntier, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiżguraw li tiġi pprovduta informazzjoni immedjata dwar tali inċidenti lil Stati Membri potenzjalment affettwati oħrajn u jikkooperaw b’mod effettiv ma’ Stati Membri potenzjalment affettwati sabiex itaffu l-effetti tal-avveniment jew tal-inċident. Huwa meħtieġ ukoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u li jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-kooperazzjoni transfruntiera f’każ ta’ kwistjonijiet transfruntiera aktar strutturali, jiġifieri mhux aċċidentali u aktar fit-tul, li ma jistgħux jissolvew fil-livell tal-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/60/KE. F’każ li tkun meħtieġa assistenza Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jibagħtu talbiet għal assistenza liċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Rispons ta’ Emerġenza tal-Kummissjoni, li se jikkoordina l-offerti possibbli ta’ assistenza u l-iskjerament tagħhom permezz tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, f’konformità mal-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 64 .

(33)Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2000/60/UE, 2006/118/KE u 2008/105/KE jiġu emendati kif xieraq.

(34)Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u titjib tal-kwalità ambjentali tal-ilma ħelu Ewropew, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħidhom, iżda jistgħu minflok, minħabba n-natura transfruntiera tat-tniġġis tal-ilma, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2000/60/KE

Id-Direttiva 2000/60/KE hija emendata kif ġej:

(1)fl-Artikolu 1, ir-raba’ inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“— għall-ilħuq tal-objettivi ta’ ftehimiet internazzjonali relevanti, inklużi dawk li jimmiraw għall-prevenzjoni u l-eliminazzjoni tat-tniġġis tal-ambjent tal-baħar, permezz ta’ azzjoni tal-Unjoni sabiex jitwaqqfu jew jiġu eliminati b’mod gradwali l-iskariki, l-emissjonijiet u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi, bl-għan aħħari li jinkisbu konċentrazzjonijiet fl-ambjent tal-baħar qrib il-valuri fl-isfond għal sustanzi li jseħħu b’mod naturali u qrib iż-żero għal sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem.”;  

(2)l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (24) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(24) “Stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ” tfisser l-istat kimiku meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali għall-ilmijiet tal-wiċċ stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istat kimiku miksub minn korp tal-ilma tal-wiċċ li fih il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa ma jaqbżux l-istandards ta’ kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji elenkati fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u l-istandards ta’ kwalità ambjentali għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi f’konformità mal-Artikolu 8(2), il-punt (c), u mal-Artikolu 8d(1) ta’ dik id-Direttiva.

(b)il-punt (30) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(30) ‘Sustanzi prijoritarji’ tfisser is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE, jiġifieri sustanzi li jippreżentaw riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu fi proporzjon għoli ta’ Stati Membri.”;

(c)jiddaħħlu l-punti (30a) u (30b) li ġejjin:

“(30a) ‘Sustanzi prijoritarji perikolużi’ tfisser sustanzi prijoritarji li huma mmarkati bħala ‘perikolużi’ fuq il-bażi li huma rikonoxxuti f’rapporti xjentifiċi, fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, jew fi ftehimiet internazzjonali rilevanti, bħala tossiċi, persistenti u suxxettibbli għall-bijoakkumulazzjoni jew bħala li jagħtu lok għal livell ekwivalenti ta’ tħassib, fejn dan it-tħassib ikun rilevanti għall-ambjent akkwatiku.

(30b) ‘Sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi’ tfisser sustanzi niġġiesa li ma humiex jew ma għadhomx identifikati bħala sustanzi prijoritarji, iżda li l-Istati Membri identifikaw, abbażi tal-valutazzjoni tal-pressjonijiet u l-impatti fuq il-korpi tal-ilma tal-wiċċ imwettqa f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Direttiva, bħala li joħolqu riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu fit-territorju tagħhom.”;

(d)il-punt (35) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(35) ‘Standard ta’ kwalità ambjentali’ tfisser il-konċentrazzjoni ta’ sustanza niġġiesa partikolari jew ta’ grupp ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma, fis-sediment jew fil-bijota li ma għandhomx jinqabżu sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, jew valur ta’ skattar għall-effett negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent ta’ tali sustanza niġġiesa jew grupp ta’ sustanzi niġġiesa mkejla bl-użu ta’ metodu xieraq ibbażat fuq l-effetti.”;

                       

* Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).”;

(3)fl-Artikolu 3, jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a. Fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali ta’ oriġini naturali jew force majeure, b’mod partikolari għargħar estrem u nixfiet fit-tul, jew inċidenti sinifikanti ta’ tniġġis, li jistgħu jaffettwaw lill-korpi tal-ilma downstream li jinsabu fi Stati Membri oħrajn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għall-korpi tal-ilma downstream f’tali Stati Membri, kif ukoll il-Kummissjoni, jiġu informati minnufih u li tiġi stabbilita l-kooperazzjoni meħtieġa sabiex jiġu investigati l-kawżi u jiġu indirizzati l-konsegwenzi taċ-ċirkostanzi jew l-inċidenti eċċezzjonali.”;

(4)l-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:

(a)fil-punt (a), il-punt (iv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(iv) l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex inaqqsu b’mod progressiv it-tniġġis minn sustanzi prijoritarji u sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi, u sabiex iwaqqfu jew jeliminaw b’mod gradwali l-emissjonijiet, l-iskariki u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi.”; 

(b)fil-punt (b)(iii), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-miżuri sabiex jinkiseb treġġigħ lura tat-tendenzi għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/118/KE u mal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, soġġetti għall-applikazzjoni tal-paragrafi 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.”;

(5)fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Għal kull korp tal-ilma identifikat taħt il-paragrafu 1, minbarra li jilħqu l-objettivi tal-Artikolu 4 f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, għal korpi tal-ilma tal-wiċċ, inklużi l-istandards ta’ kwalità stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li taħt ir-reġim tat-trattament tal-ilma applikat, u f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-ilma li jirriżulta se jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.  

               

                           

* Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1)”;

(6)l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ tal-istat tal-ilma f’konformità mal-Anness V u sabiex tistabbilixxi formati għar-rapportar tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istatus f’konformità mal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).”;  

(b)jiżdiedu l-paragrafi 4 u 5 li ġejjin:

“4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data ta’ monitoraġġ individwali disponibbli miġbura f’konformità mal-punt 1.3.4 tal-Anness V u l-istatus li jirriżulta f’konformità mal-Anness V ikunu disponibbli għall-pubbliku u għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) mill-anqas darba fis-sena b’mod elettroniku f’format li jinqara mill-magni f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill** u mad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***. Għal dawn l-għanijiet, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formati stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

5. L-EEA għandha tiżgura li l-informazzjoni magħmula disponibbli f’konformità mal-paragrafu 4 tiġi pproċessata u analizzata regolarment għall-fini li ssir disponibbli, permezz ta’ portali rilevanti tal-Unjoni, għall-użu mill-ġdid mill-Kummissjoni u mill-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u għall-fini li tiġi pprovduta lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-pubbliku informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u komparabbli, b’mod partikolari dwar l-istatus, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****.  

                       

* Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

** Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

*** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

**** Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).”;

(7)l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Għall-fini tal-konformità mal-objettivi, mal-istandards tal-kwalità u mal-limiti stabbiliti skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ dawn li ġejjin:

(a) il-kontrolli tal-emissjonijiet ibbażati fuq l-aħjar tekniki disponibbli;

(b) il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet rilevanti;

(c) fil-każ ta’ impatti diffużi, kontrolli, inklużi, kif xieraq, l-aħjar prattiki ambjentali kif stabbiliti:

fid-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

fid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE***;

fid-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE****;

fi kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti oħra għall-indirizzar tas-sors lokalizzat jew tat-tniġġis diffuż.

                 

               

* Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

** Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

*** Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

**** Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).”;

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Fejn objettiv ta’ kwalità, standard ta’ kwalità jew limitu, kemm jekk stabbilit skont din id-Direttiva, skont id-Direttivi 2006/118/KE jew 2008/105/KE, jew skont kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra, ikun jeħtieġ kundizzjonijiet aktar stretti minn dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2, għandhom jiġu stabbiliti kontrolli tal-emissjonijiet aktar stretti kif xieraq.”;

(8)fl-Artikolu 11(3), il-punt (k) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(k) miżuri sabiex jiġi eliminat it-tniġġis tal-ilmijiet tal-wiċċ minn sustanzi prijoritarji perikolużi u sabiex jitnaqqas b’mod progressiv it-tniġġis minn sustanzi oħrajn li inkella jipprevjenu lill-Istati Membri milli jilħqu l-objettivi ambjentali għall-korpi tal-ilmijiet tal-wiċċ stabbiliti fl-Artikolu 4;”;

(9)l-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 12

 Kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu ttrattati fil-livell tal-Istati Membri

1. Meta Stat Membru jidentifika kwistjoni li jkollha impatt fuq il-ġestjoni tal-ilma tiegħu, iżda li ma tkunx tista’ tissolva minn dak l-Istat Membru, huwa għandu jinnotifika l-kwistjoni lill-Kummissjoni u lil kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat u jagħmel rakkomandazzjonijiet għar-riżoluzzjoni tagħha.

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw sabiex jidentifikaw is-sorsi tal-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jirrispondu lil xulxin fil-ħin, u mhux aktar tard minn 3 xhur wara n-notifika minn Stat Membru ieħor f’konformità mal-paragrafu 1.

(10)3. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata dwar, u mistiedna tassisti fi, kwalunkwe kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis ir-rapporti stabbiliti skont l-Artikolu 13, tikkunsidra jekk hemmx bżonn li tittieħed azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Unjoni sabiex jitnaqqsu l-impatti transfruntiera fuq il-korpi tal-ilma.”;

(11)fl-Artikolu 15, jitħassar il-paragrafu 3;

(12)jitħassru l-Artikoli 16 u 17;

(13)l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e) sommarju ta’ kwalunkwe proposta, miżura ta’ kontroll u strateġija għall-kontroll tat-tniġġis kimiku jew għat-twaqqif jew l-eliminazzjoni gradwali ta’ sustanzi perikolużi;”; 

(b)jitħassar il-paragrafu 4;  

(14)l-Artikolu 20 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Adattamenti tekniċi u implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva

“1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a sabiex temenda l-Annessi I u III u t-Taqsima 1.3.6 tal-Anness V sabiex tadatta r-rekwiżiti ta’ informazzjoni relatati mal-awtoritajiet kompetenti, il-kontenut tal-analiżi ekonomika u l-istandards ta’ monitoraġġ magħżula, rispettivament, għall-progress tekniku u xjentifiku.

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina l-valuri stabbiliti għall-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri f’konformità mal-proċedura ta’ interkalibrar stabbilita fil-punt 1.4.1 tal-Anness V.

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-formati tekniċi għat-trażmissjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 8(4). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Meta tistabbilixxi dawk il-formati, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita, fejn ikun meħtieġ, mill-EEA”;

(15)jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:

Artikolu 20a

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 20(1) għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 20(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 20(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(16)l-Artikolu 21 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 21

Proċedura ta’ Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

                       

* Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;

(17)fl-Artikolu 22, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 “4. L-objettivi ambjentali fl-Artikolu 4, l-istandards ta’ kwalità ambjentali stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE u l-limiti għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi stabbiliti skont l-Artikoli 8 u 8d ta’ dik id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala standards ta’ kwalità ambjentali għall-finijiet tad-Direttiva 2010/75/UE.”;

(18)l-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(19)fil-Parti A tal-Anness VII, il-punt 7.7. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.7. sommarju tal-miżuri meħuda sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji u sabiex jiġu eliminati gradwalment l-emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi;”;   

(20)l-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Direttiva;

(21)jitħassar l-Anness X.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2006/118/KE

Id-Direttiva 2006/118/KE hija emendata kif ġej:

(1)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art”;

(2)fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art bl-għan li jintlaħqu l-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2000/60/KE. Dawk il-miżuri jinkludu dawn li ġejjin:

(a) il-kriterji għall-valutazzjoni tal-istat kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art;

(b) il-kriterji għall-identifikazzjoni u t-treġġigħ lura ta’ tendenzi ’l fuq sinifikanti u sostnuti u għad-definizzjoni ta’ punti ta’ tluq għat-treġġigħ lura tat-tendenzi.”;

(3)fl-Artikolu 2, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(2) ‘valur ta’ limitu’ tfisser standard ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art stabbilit mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 3(1), il-punt (b), jew fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 8(3);”; 

(4)l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c) il-valuri ta’ limitu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 8(3) u elenkati fil-Parti D tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.”;

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Il-valuri ta’ limitu msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), jistgħu jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, fil-livell tad-distrett tal-baċiri idrografiċi jew fil-parti tad-distrett tal-baċiri idrografiċi internazzjonali li taqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru, jew fil-livell ta’ korp jew grupp ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art.”;

(c)il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5. Il-valuri ta’ limitu kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppubblikati fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara li għandhom jiġu prodotti skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, flimkien ma’ sommarju tal-informazzjoni stabbilita fil-Parti C tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom, sa [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], jinformaw lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) bil-valuri ta’ limitu nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b). L-ECHA għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.”;

(d)fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jemendaw il-lista ta’ valuri ta’ limitu applikati fit-territorji tagħhom kull meta informazzjoni ġdida dwar sustanzi niġġiesa, gruppi ta’ sustanzi niġġiesa, jew indikaturi tat-tniġġis tindika li jeħtieġ li jiġi stabbilit valur ta’ limitu għal sustanza addizzjonali, li valur ta’ limitu eżistenti jeħtieġ li jiġi mmodifikat, jew li valur ta’ limitu li preċedentement kien tneħħa mil-lista jeħtieġ li jerġa’ jiddaħħal. Jekk il-valuri ta’ limitu rilevanti jiġu stabbiliti jew emendati fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jadattaw il-lista ta’ valuri ta’ limitu applikati fit-territorji tagħhom għal dawk il-valuri. ”;

(5)fl-Artikolu 4(2), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) il-valuri għall-istandards ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art elenkati fl-Anness I u l-valuri ta’ limitu msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (c), ma jinqabżu fl-ebda punt ta’ monitoraġġ f’dak il-korp jew grupp ta’ korpi ta’ ilma ta’ taħt l-art; jew”;

(6)jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

Artikolu 6a

Lista ta’ sorveljanza

1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA, lista ta’ sorveljanza tas-sustanzi li għalihom għandha tinġabar data ta’ monitoraġġ madwar l-Unjoni kollha mill-Istati Membri u sabiex tistabbilixxi l-formati li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għar-rapportar tar-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ u ta’ informazzjoni relatata lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).

Il-lista ta’ sorveljanza għandu jkun fiha massimu ta’ ħames sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi u għandha tindika l-matriċijiet ta’ monitoraġġ u l-metodi possibbli ta’ analiżi għal kull sustanza. Dawk il-matriċijiet u l-metodi ta’ monitoraġġ ma għandhomx jinvolvu kostijiet eċċessivi għall-awtoritajiet kompetenti. Is-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza għandhom jintgħażlu minn fost dawk is-sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu joħolqu riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu u li għalihom id-data ta’ monitoraġġ hija insuffiċjenti. Din il-lista ta’ sorveljanza għandha tinkludi sustanzi ta’ tħassib emerġenti.

Hekk kif ikunu ġew identifikati metodi ta’ monitoraġġ xierqa għall-mikroplastiks u għal ġeni ta’ reżistenza antimikrobika magħżula, dawk is-sustanzi għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza.

L-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi sabiex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tas-sustanzi għal-lista ta’ sorveljanza, filwaqt li tqis l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u r-riżultati tal-aktar rieżami reċenti ta’ dak l-Anness;

(b)il-listi ta’ sorveljanza stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2008/105/KE u mad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(c)ir-rekwiżiti sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ħamrija, inkluża d-data ta’ monitoraġġ relatata;

(d)il-karatterizzazzjoni mill-Istati Membri tad-distretti tal-baċiri idrografiċi f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u r-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva;

(e)informazzjoni dwar il-volumi tal-produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-proprjetajiet intrinsiċi (inkluża l-mobilità fil-ħamrija u, fejn rilevanti, id-daqs tal-partikoli), il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti negattivi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent akkwatiku ta’ sustanza partikolari jew grupp ta’ sustanzi, inkluża informazzjoni miġbura f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***, mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****, mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*****, mar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill******, mad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill******* u mad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill********;

(f)proġetti ta’ riċerka u pubblikazzjonijiet xjentifiċi, inkluża informazzjoni dwar it-tendenzi u l-previżjonijiet ibbażati fuq l-immudellar jew valutazzjonijiet ta’ tbassir oħrajn u data u informazzjoni minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ, jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data;

(g)rakkomandazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati.

L-ECHA għandha, kull 3 snin, tħejji rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rapporti xjentifiċi stabbiliti taħt ir-raba’ subparagrafu u għandha tagħmel dak ir-rapport disponibbli għall-pubbliku. L-ewwel rapport għandu jsir disponibbli sa X [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tal-21 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2. L-ewwel lista ta’ sorveljanza għandha tiġi stabbilita sa .. [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-lista ta’ sorveljanza għandha tiġi aġġornata kull 36 xahar minn hemm ’il quddiem.

Meta taġġorna lista ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tneħħi kwalunkwe sustanza jew grupp ta’ sustanzi mil-lista ta’ sorveljanza eżistenti, li għalihom hija tqis li huwa possibbli li tivvaluta r-riskju tagħha għall-ambjent akkwatiku mingħajr data ta’ monitoraġġ addizzjonali. Meta l-lista ta’ sorveljanza tiġi aġġornata, sustanza individwali jew grupp ta’ sustanzi jistgħu jinżammu fil-lista ta’ sorveljanza għal perjodu ieħor ta’ 3 snin fejn tkun meħtieġa data ta’ monitoraġġ addizzjonali sabiex jiġi vvalutat ir-riskju għall-ambjent akkwatiku. Il-lista ta’ sorveljanza aġġornata għandha tinkludi wkoll sustanza addizzjonali waħda jew aktar li għalihom il-Kummissjoni tikkunsidra, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi tal-ECHA, li jista’ jkun hemm riskju għall-ambjent akkwatiku.

3. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza jew grupp ta’ sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq perjodu ta’ 24 xahar. Il-perjodu ta’ monitoraġġ għandu jibda fi żmien 6 xhur mill-istabbiliment tal-lista ta’ sorveljanza.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-anqas stazzjon ta’ monitoraġġ wieħed, flimkien man-numru ta’ stazzjonijiet ugwali għall-erja totali tiegħu f’km2 ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art diviża b’60 000 (arrotondati għall-eqreb numru sħiħ).

Fl-għażla tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi, il-frekwenza tal-monitoraġġ u ż-żmien staġunali għal kull sustanza jew grupp ta’ sustanzi, l-Istati Membri għandhom iqisu x-xejriet tal-użu u l-okkorrenza possibbli tas-sustanza jew tal-grupp ta’ sustanzi. Il-frekwenza tal-monitoraġġ ma għandhiex tkun anqas minn darba fis-sena.

Meta Stat Membru jkun f’pożizzjoni li jiġġenera data ta’ monitoraġġ suffiċjenti, komparabbli, rappreżentattiva u reċenti għal sustanza jew grupp partikolari ta’ sustanzi minn programmi jew studji ta’ monitoraġġ eżistenti, huwa jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx monitoraġġ addizzjonali taħt il-mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza għal dik is-sustanza jew dak il-grupp ta’ sustanzi, sakemm is-sustanza jew il-grupp ta’ sustanzi jkunu ġew immonitorjati bl-użu ta’ metodoloġija li tkun konformi mal-matriċijiet ta’ monitoraġġ u mal-metodi ta’ analiżi msemmija fl-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza.

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u mal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza kif adottata skont il-paragrafu 1. Huma għandhom jagħmlu disponibbli wkoll informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ u dwar l-istrateġija ta’ monitoraġġ.

5. L-ECHA għandha tirrieżamina r-riżultati tal-monitoraġġ fi tmiem il-perjodu ta’ 24 xahar imsemmija fil-paragrafu 3 u tivvaluta liema sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi jeħtieġ li jiġu mmonitorjati għal perjodu ieħor ta’ 24 xahar u, għalhekk, li għandhom jinżammu fil-lista ta’ sorveljanza u liema sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi jistgħu jitneħħew mil-lista ta’ sorveljanza.

Fejn il-Kummissjoni, wara li tqis il-valutazzjoni mill-ECHA msemmija fl-ewwel subparagrafu, tikkonkludi li ma huwa meħtieġ l-ebda monitoraġġ ulterjuri sabiex jiġi vvalutat aktar ir-riskju għall-ambjent akkwatiku, dik il-valutazzjoni għandha titqies fir-rieżami tal-Anness I jew II imsemmija fl-Artikolu 8.

                   

                   

* Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).

** Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).

*** Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

**** Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

***** Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

****** Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

******* Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

******** Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

  

(7)l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 8

Rieżami tal-Annessi minn I sa IV

1. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, għall-ewwel darba sa … [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 6 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u kull 6 snin minn hemm ’il quddiem, il-lista ta’ sustanzi niġġiesa stabbilita fl-Anness I u l-istandards ta’ kwalità għal dawk is-sustanzi niġġiesa stabbiliti f’dak l-Anness, kif ukoll il-lista ta’ sustanzi niġġiesa u indikaturi stabbilita fil-Parti B tal-Anness II.

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 8a, sabiex temenda l-Anness I sabiex dan jiġi adattat għall-progress tekniku u xjentifiku billi jiżdiedu jew jitneħħew is-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art u l-istandards ta’ kwalità għal dawk is-sustanzi niġġiesa stabbiliti f’dak l-Anness u sabiex temenda l-Parti B sabiex din tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku billi jiżdiedu sustanzi niġġiesa jew indikaturi li għalihom l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu limiti nazzjonali.

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 8a, sabiex temenda l-Parti D tal-Anness II sabiex tadattaha għall-progress tekniku u xjentifiku billi żżid jew temenda l-valuri ta’ limitu armonizzati għal sustanza niġġiesa waħda jew aktar elenkati fil-Parti B ta’ dak l-Anness.

4. Meta tadotta atti delegati kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

5. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 8a sabiex temenda l-Partijiet A u C tal-Anness II u tal-Annessi III u IV sabiex tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku.

6. Bl-iskop li tassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami tal-Annessi I u II, l-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi. Dawk ir-rapporti għandhom iqisu dawn li ġejjin:

(a) l-opinjoni tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-ECHA;

(b) ir-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE;

(c) id-data ta’ monitoraġġ miġbura f’konformità mal-Artikolu 6a(4) ta’ din id-Direttiva;

(d) l-eżitu tar-rieżamijiet tal-Annessi tad-Direttiva 2008/105/KE u tad-Direttiva (UE) 2020/2184;

(e) l-informazzjoni u r-rekwiżiti sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ħamrija;

(f) il-programmi ta’ riċerka u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-Unjoni, inkluża informazzjoni li tirriżulta minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ u/jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data;

(g) il-kummenti u l-informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

6. L-ECHA għandha, kull 6 snin, tħejji u tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rieżami msemmi fil-paragrafi 2 u 3. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni fi … [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

(8)jiddaħħal l-Artikolu 8a li ġej:

Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(1) u (2) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1) jew (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(9)l-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 9

Proċedura ta’ Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”; 

                               

* Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”; 

(10)jitħassar l-Artikolu 10;

(11)l-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness III ta’ din id-Direttiva;

(12)l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ din id-Direttiva;

(13)fl-Anness III, il-punt 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inkluż tqabbil bejn il-konċentrazzjoni aritmetika medja annwali tas-sustanzi niġġiesa rilevanti f’punt ta’ monitoraġġ u l-istandards ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art stabbiliti fl-Anness I u l-valuri ta’ limitu msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (c).”;

(14)fl-Anness IV, il-Parti B, il-punt 1, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’din li ġejja:

“il-punt tat-tluq għall-implimentazzjoni tal-miżuri sabiex ireġġgħu lura tendenzi ’l fuq sinifikanti u sostnuti se jkun meta l-konċentrazzjoni tas-sustanzi niġġiesa tilħaq 75 % tal-valuri parametriċi tal-istandards tal-kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art stabbiliti fl-Anness I u tal-valuri ta’ limitu msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (c), ħlief jekk:”.

Artikolu 3

Emendi għad-Direttiva 2008/105/KE

Id-Direttiva 2008/105/KE hija emendata kif ġej:

(1)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”;

(2)l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1a, l-ewwel subparagrafu, jiżdied il-punt (iii) li ġej:

“(iii) is-sustanzi numerati 5, 9, 13, 15, 17, 21, 23, 24, 28, 30, 34, 37, 41, 44 fil-Parti A tal-Anness I, li għalihom jiġu stabbiliti EQS riveduti, u s-sustanzi identifikati ġodda numerati 46 sa 70 fil-Parti A tal-Anness I, b’effett minn … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], bl-għan li jiġi evitat id-deterjorament fl-istat kimiku tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u li jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ b’rabta ma’ dawk is-sustanzi.”;

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Fir-rigward ta’ sustanzi li għalihom huwa stipulat EQS tal-bijota jew EQS tas-sediment fil-Parti A tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw tali EQS tal-bijota jew EQS tas-sediment.

Fir-rigward ta’ sustanzi oħrajn għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-ilma stipulat fil-Parti A tal-Anness I.”;  

(c)fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:

“L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti għall-analiżi tat-tendenza fit-tul tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi prijoritarji identifikati fil-Parti A tal-Anness I bħala sustanzi li għandhom it-tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota, abbażi tal-monitoraġġ fis-sediment jew fil-bijota bħala parti mill-monitoraġġ tal-istat tal-ilma tal-wiċċ imwettaq f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE.”; 

(d)jitħassar il-paragrafu 7;

(e)il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex temenda l-Parti B, il-punt 3, tal-Anness I sabiex tadattah għall-progress tekniku jew xjentifiku.”;

(3)l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE, u ta’ data oħra disponibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju, li jinkludi mapep, jekk disponibbli, tal-emissjonijiet, l-iskariki u t-telf tas-sustanzi prijoritarji kollha elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva u għas-sustanzi niġġiesa kollha elenkati fil-Parti A tal-Anness II ta’ din id-Direttiva għal kull distrett ta’ baċin ta’ xmara jew parti minn distrett ta’ baċin ta’ xmara li jkun fit-territorju tagħhom, inklużi l-konċentrazzjonijiet tagħhom ta’ sediment u bijota, kif xieraq.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-emissjonijiet, l-iskariki u t-telf irrapportati lill-Kummissjoni b’mod elettroniku f’konformità mar-Regolament (UE) .../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65+. ”;

(b)jitħassru l-paragrafi 2 u 3;

(c)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-inventarji tagħhom bħala parti mir-rieżamijiet tal-analiżijiet speċifikati fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE u għandhom jiżguraw li l-emissjonijiet mhux irrapportati lill-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali stabbilit skont ir-Regolament (UE) .../…++, jiġu ppubblikati fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara tagħhom kif aġġornati f’konformità mal-Artikolu 13(7) ta’ dik id-Direttiva.

Il-perjodu ta’ referenza għall-istabbiliment tal-valuri fl-inventarji aġġornati għandu jkun is-sena ta’ qabel is-sena li fiha għandhom jitlestew l-analiżijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Għas-sustanzi prijoritarji jew is-sustanzi niġġiesa koperti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-entrati jistgħu jiġu kkalkolati bħala l-medja tat-3 snin qabel it-tlestija tal-analiżi msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Għall-emissjonijiet mis-sors lokalizzat mhux irrapportati f’konformità mar-Regolament (UE) .../… +++, minħabba li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jew minħabba li huma taħt il-limiti ta’ rapportar annwali stabbiliti f’dak ir-Regolament, l-obbligu ta’ rapportar stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ssodisfat permezz ta’ rapportar elettroniku lill-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali stabbilit skont dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha, assistita mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format, il-livell ta’ granularità u l-frekwenza tar-rapportar imsemmi fir-raba’ subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).”;

(d)jitħassar il-paragrafu 5;

(4)fl-Artikolu 7a(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Għal sustanzi prijoritarji li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, jew fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*** jew tad-Direttiva 2010/75/UE, il-Kummissjoni għandha, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, tivvaluta jekk il-miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri humiex biżżejjed sabiex jintlaħqu l-EQS għas-sustanzi prijoritarji u l-objettiv ta’ waqfien jew ta’ eliminazzjoni gradwali għall-iskariki, l-emissjonijiet u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi f’konformità mal-Artikolu 4(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2000/60/KE.

                   

            

* Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

** Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

*** Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).”;

(5)l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Rieżami tal-Annessi I u II

“1. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, għall-ewwel darba sa … [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 6 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] u kull 6 snin minn hemm ’il quddiem, il-lista ta’ sustanzi prijoritarji u l-EQS korrispondenti għal dawk is-sustanzi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I u l-lista ta’ sustanzi niġġiesa stabbilita fil-Parti A tal-Anness II.

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex temenda l-Anness I sabiex tadattah għall-progress xjentifiku u teknoloġiku billi:

(a)    iżżid jew tneħħi sustanzi mil-lista ta’ sustanzi prijoritarji;

(b)    tiddeżinja jew tneħħi mid-deżinjazzjoni sustanzi magħżula bħala sustanzi prijoritarji perikolużi u/jew bħala sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi li jinsabu kullimkien (uPBTs) u/jew bħala sustanzi li għandhom it-tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota f’dik il-lista;

(c)    tistabbilixxi EQS korrispondenti għall-ilma tal-wiċċ, għas-sediment jew għall-bijota, kif xieraq.

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 9a sabiex temenda l-Anness II sabiex tadattah għall-progress xjentifiku u teknoloġiku billi:

(a)iżżid jew tneħħi sustanzi niġġiesa mil-lista ta’ kategoriji ta’ sustanzi niġġiesa stabbilita fil-Parti A tal-Anness II;

(b)taġġorna l-metodoloġija stabbilita fil-Parti B tal-Anness II;

(c)telenka fil-Parti C tal-Anness II ta’ din id-Direttiva dawk is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi li għalihom hija stabbiliet li l-EQS stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu applikati, fejn rilevanti, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata u bbażata fuq ix-xjenza tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, u billi telenka l-EQS korrispondenti għal dawk is-sustanzi niġġiesa fil-Parti C tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

4. Meta tidentifika sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi li għalihom jista’ jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti EQS fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) ir-riskju maħluq mis-sustanzi niġġiesa, inkluż il-periklu tagħhom, il-konċentrazzjonijiet ambjentali tagħhom u l-konċentrazzjoni li ’l fuq minnha jistgħu jkunu mistennija l-effetti;

(b) id-disparità bejn l-EQS nazzjonali stabbiliti għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi minn Stati Membri differenti u l-grad sa fejn tali disparità hija ġustifikabbli;

(c) in-numru ta’ Stati Membri li diġà qegħdin jimplimentaw EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi li qegħdin jiġu kkunsidrati.

5. Is-sustanzi prijoritarji li, b’riżultat tar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, ikunu tneħħew mil-lista ta’ sustanzi prijoritarji minħabba li ma għadhomx joħolqu riskju għall-Unjoni kollha, għandhom jiġu inklużi fil-Parti C tal-Anness II, filwaqt li jiġu elenkati s-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi u l-EQS armonizzati relatati li għandhom jiġu implimentati meta s-sustanzi niġġiesa jkunu ta’ tħassib reġjonali jew nazzjonali, f’konformità mal-Artikolu 8d.

6. Bl-iskop li tassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami tal-Annessi I u II, l-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi. Dawk ir-rapporti xjentifiċi għandhom iqisu dawn li ġejjin:

(a) l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskju u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika tal-ECHA;

(b) ir-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE;

(c) id-data ta’ monitoraġġ miġbura f’konformità mal-Artikolu 8b(4) ta’ din id-Direttiva;

(d) l-eżitu tar-rieżamijiet tal-Annessi tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(e) ir-rekwiżiti sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ħamrija, inkluża d-data ta’ monitoraġġ relatata;

(f) il-programmi ta’ riċerka u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-Unjoni, inkluża informazzjoni li tirriżulta minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ u/jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data;    

(e) il-kummenti u l-informazzjoni mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

7. L-ECHA għandha, kull 6 snin, tħejji u tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rapporti xjentifiċi stabbiliti taħt il-paragrafu 6. L-ewwel rapport għandu jiġi sottomess lill-Kummissjoni fi … [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data = 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

                     

* Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).

** Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1.).”;

(6)l-Artikolu 8a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8a

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti sustanzi

1. Fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar prodotti f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V ta’ dik id-Direttiva rigward il-preżentazzjoni tal-istat kimiku ġenerali u l-objettivi u l-obbligi stipulati fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu mapep addizzjonali li jippreżentaw informazzjoni dwar l-istat kimiku għal waħda jew aktar mis-sustanzi li ġejjin separatament mill-informazzjoni għall-bqija tas-sustanzi identifikati fil-Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva:

(a)sustanzi identifikati fil-Parti A tal-Anness I bħala sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien;

(b)sustanzi identifikati ġodda fl-aħħar rieżami f’konformità mal-Artikolu 8;

(c)sustanzi li għalihom ġie stabbilit EQS aktar strett fl-aħħar rieżami f’konformità mal-Artikolu 8.

L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw il-firxa ta’ kwalunkwe devjazzjoni mill-valur tal-EQS għas-sustanzi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c), fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara prodotti f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri li jipprovdu mapep addizzjonali kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom ifittxu li jiżguraw l-interkomparabbiltà tagħhom fil-livell tal-baċiri tax-xmajjar u tal-Unjoni u għandhom jagħmlu d-data disponibbli f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE, mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u mad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**.

2. L-Istati Membri jistgħu jimmonitorjaw is-sustanzi identifikati fil-Parti A tal-Anness I bħala sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien b’mod anqas intensiv minn kif meħtieġ għas-sustanzi prijoritarji f’konformità mal-Artikolu 3(4) ta’ din id-Direttiva u mal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, diment li l-monitoraġġ ikun rappreżentattiv u tkun disponibbli linja bażi statistikament robusta rigward il-preżenza ta’ dawk is-sustanzi fl-ambjent akkwatiku. Bħala linja gwida, f’konformità mal-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu, ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-monitoraġġ isir kull 3 snin, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor.

3. L-Istati Membri għandhom, minn … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], għal perjodu ta’ sentejn, jimmonitorjaw il-preżenza ta’ sustanzi estroġeniċi fil-korpi tal-ilma, billi jużaw metodi ta’ monitoraġġ ibbażati fuq l-effetti. Huma għandhom iwettqu l-monitoraġġ mill-anqas erba’ darbiet matul kull waħda mis-sentejn f’postijiet fejn it-tliet ormoni estroġeniċi 7-Beta estradjol (E2), Estron (E1) u Alfa-Etinil estradjol (EE2) elenkati fil-Parti A tal-Anness I ta’ din id-Direttiva qegħdin jiġu mmonitorjati bl-użu ta’ metodi analitiċi konvenzjonali f’konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u mal-Anness V ta’ dik id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jużaw in-network ta’ siti ta’ monitoraġġ identifikati għall-monitoraġġ tas-sorveljanza ta’ korpi rappreżentattivi tal-ilma tal-wiċċ f’konformità mal-punt 1.3.1 tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE.

                     

* Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE), (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).”;

(7)l-Artikolu 8b huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8b

Lista ta’ sorveljanza

“1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi, wara li tqis ir-rapporti xjentifiċi mħejjija mill-ECHA, lista ta’ sorveljanza tas-sustanzi li għalihom huwa meħtieġ li tinġabar data ta’ monitoraġġ madwar l-Unjoni kollha mill-Istati Membri u li jiġu stabbiliti l-formati li għandhom jintużaw mill-Istati Membri għar-rapportar tar-riżultati ta’ dak il-monitoraġġ u ta’ informazzjoni relatata lill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9(2).

Il-lista ta’ sorveljanza għandu jkun fiha massimu ta’ 10 sustanzi jew grupp ta’ sustanzi fi kwalunkwe ħin, u għandha tindika l-matriċijiet ta’ monitoraġġ u l-metodi possibbli ta’ analiżi għal kull sustanza. Dawk il-matriċijiet u l-metodi ta’ monitoraġġ ma għandhomx jinvolvu kostijiet eċċessivi għall-awtoritajiet kompetenti. Is-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza għandhom jintgħażlu minn fost is-sustanzi li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu joħolqu riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku, jew permezz tiegħu, u li għalihom id-data ta’ monitoraġġ hija insuffiċjenti. Il-lista ta’ sorveljanza għandha tinkludi sustanzi ta’ tħassib emerġenti.

Hekk kif ikunu ġew identifikati metodi ta’ monitoraġġ xierqa għall-mikroplastiks u għal ġeni ta’ reżistenza antimikrobika magħżula, dawk is-sustanzi għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza.

L-ECHA għandha tħejji rapporti xjentifiċi sabiex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tas-sustanzi għal-lista ta’ sorveljanza, filwaqt li tqis l-informazzjoni li ġejja:

(a)ir-riżultati tal-aktar rieżami regolari reċenti tal-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(b)rakkomandazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/105/KE;

(c)il-karatterizzazzjoni mill-Istati Membri tad-distretti tal-baċiri idrografiċi f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u r-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva;

(d)informazzjoni dwar il-volumi tal-produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-proprjetajiet intrinsiċi (inkluż, fejn rilevanti, id-daqs tal-partikoli), il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti negattivi għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent akkwatiku ta’ sustanza, inkluża l-informazzjoni miġbura f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, mar-Regolament (UE) Nru 528/2012, mar-Regolament (UE) 2019/6, mad-Direttiva 2001/83/KE u mad-Direttiva 2009/128/KE;

(e)proġetti ta’ riċerka u pubblikazzjonijiet xjentifiċi, inkluża informazzjoni dwar it-tendenzi u l-previżjonijiet ibbażati fuq l-immudellar jew valutazzjonijiet ta’ tbassir oħrajn u data u informazzjoni minn teknoloġiji ta’ telerilevament, mill-osservazzjoni tad-dinja (servizzi ta’ Copernicus), minn sensuri u apparati in situ, jew mid-data xjentifika taċ-ċittadini, li jisfruttaw l-opportunitajiet offruti mill-intelliġenza artifiċjali u mill-analiżi u l-ipproċessar avvanzati tad-data.

L-ECHA għandha, kull 3 snin, tħejji rapport li jiġbor fil-qosor is-sejbiet tar-rapporti xjentifiċi stabbiliti taħt ir-raba’ subparagrafu u għandha tagħmel dak ir-rapport disponibbli għall-pubbliku. L-ewwel rapport tal-ECHA għandu jkun disponibbli sa … [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tal-21 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2. Il-lista ta’ sorveljanza għandha tiġi aġġornata sa X [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-aħħar jum tat-23 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], u kull 36 xahar minn hemm ’il quddiem. Meta taġġorna l-lista ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tneħħi kwalunkwe sustanza mil-lista ta’ sorveljanza eżistenti li għaliha tqis li huwa possibbli li tivvaluta r-riskju tagħha għall-ambjent akkwatiku mingħajr data ta’ monitoraġġ addizzjonali. Meta l-lista ta’ sorveljanza tiġi aġġornata, sustanza individwali jew grupp ta’ sustanzi jistgħu jinżammu fil-lista ta’ sorveljanza għal perjodu ieħor ta’ massimu ta’ 3 snin fejn tkun meħtieġa data ta’ monitoraġġ addizzjonali sabiex jiġi vvalutat ir-riskju għall-ambjent akkwatiku. Kull lista ta’ sorveljanza aġġornata għandha tinkludi wkoll sustanza ġdida waħda jew aktar li għalihom il-Kummissjoni tqis, abbażi tar-rapporti xjentifiċi tal-ECHA, li hemm riskju għall-ambjent akkwatiku.

3. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza jew grupp ta’ sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq perjodu ta’ 24 xahar. Il-perjodu ta’ monitoraġġ għandu jibda fi żmien 6 xhur mill-inklużjoni tas-sustanza fil-lista.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-anqas stazzjon ta’ monitoraġġ wieħed, flimkien ma’ stazzjon wieħed jekk ikollu aktar minn miljun abitant, flimkien man-numru ta’ stazzjonijiet ugwali għaż-żona ġeografika tiegħu f’km2 diviża b’60 000 (arrotondati għall-eqreb numru sħiħ), flimkien man-numru ta’ stazzjonijiet ugwali għall-popolazzjoni tiegħu diviża b’5 miljuni (arrotondati għall-eqreb numru sħiħ).

Fl-għażla tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi, il-frekwenza tal-monitoraġġ u ż-żmien staġunali għal kull sustanza jew grupp ta’ sustanzi, l-Istati Membri għandhom iqisu x-xejriet tal-użu u l-okkorrenza possibbli tas-sustanza jew tal-grupp ta’ sustanzi. Il-frekwenza tal-monitoraġġ ma għandhiex tkun anqas minn darbtejn fis-sena, ħlief għal sustanzi li huma sensittivi għal varjabbiltajiet klimatiċi jew staġunali, li għalihom il-monitoraġġ għandu jitwettaq b’mod aktar frekwenti, kif stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza adottata skont il-paragrafu 1.

Meta Stat Membru jkun jista’ jiġġenera u jipprovdi lill-Kummissjoni b’data ta’ monitoraġġ suffiċjenti, komparabbli, rappreżentattiva u reċenti għal sustanza partikolari jew grupp ta’ sustanzi minn programmi jew studji ta’ monitoraġġ eżistenti, huwa jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx monitoraġġ addizzjonali taħt il-mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza għal dik is-sustanza jew dak il-grupp ta’ sustanzi, diment li s-sustanza jew il-grupp ta’ sustanzi jkunu ġew immonitorjati bl-użu ta’ metodoloġija li tkun konformi mal-matriċijiet ta’ monitoraġġ u mal-metodi ta’ analiżi msemmija fl-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza, kif ukoll mad-Direttiva 2009/90/KE*.

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli r-riżultati tal-monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u mal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza adottata skont il-paragrafu 1. Huma għandhom jagħmlu disponibbli wkoll informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ u dwar l-istrateġija ta’ monitoraġġ.

5. L-ECHA għandha tirrieżamina r-riżultati tal-monitoraġġ fi tmiem il-perjodu ta’ 24 xahar imsemmija fil-paragrafu 3 u tivvaluta liema sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi jeħtieġ li jiġu mmonitorjati għal perjodu ieħor ta’ 24 xahar u, għalhekk, li għandhom jinżammu fil-lista ta’ sorveljanza u liema sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi jistgħu jitneħħew mil-lista ta’ sorveljanza.

Meta l-Kummissjoni, wara li tqis il-valutazzjoni mill-ECHA msemmija fl-ewwel subparagrafu, tikkonkludi li ma huwa meħtieġ l-ebda monitoraġġ ulterjuri sabiex jiġi vvalutat aktar ir-riskju għall-ambjent akkwatiku, din il-valutazzjoni għandha titqies fir-rieżami tal-Anness I jew II imsemmija fl-Artikolu 8.”

                     

* Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36).”;

(8)jiddaħħal l-Artikolu 8d li ġej:

“Artikolu 8d

Sustanzi Niġġiesa Speċifiċi għall-Baċiri Idrografiċi

“1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u japplikaw EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi koperti mill-kategoriji elenkati fil-Parti A tal-Anness II ta’ din id-Direttiva, fejn dawk is-sustanzi niġġiesa jippreżentaw riskju għall-korpi tal-ilma f’wieħed jew aktar mid-distretti tal-baċiri idrografiċi tagħhom abbażi tal-analiżijiet u r-rieżamijiet skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/UE, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-Parti B tal-Anness II ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom, sa [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], jinformaw lill-ECHA bl-EQS imsemmija fl-ewwel subparagrafu. L-ECHA għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

2. Meta l-EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi jkunu ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni u elenkati fil-Parti C tal-Anness II, f’konformità mal-Artikolu 8, dawk l-EQS għandhom jieħdu preċedenza fuq l-EQS għas-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi stabbiliti fil-livell nazzjonali f’konformità mal-paragrafu 1. Dawk l-EQS stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu applikati wkoll mill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu jekk is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċiri idrografiċi elenkati fil-Parti C tal-Anness II joħolqux riskju.

3. Il-konformità mal-EQS nazzjonali applikabbli jew mal-EQS stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, fejn rilevanti, hija meħtieġa sabiex korp tal-ilma jkun fi stat kimiku tajjeb, f’konformità mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(24) tad-Direttiva 2000/60/KE.”;  

(9)jitħassar l-Artikolu 10;

(10)l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ din id-Direttiva;

(11)jiżdied l-Anness II, kif stabbilit fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA għall-
PAKKETT TA’ TNIĠĠIS ŻERO

QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Pakkett ta’ tniġġis żero:

Din id-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja tinkludi l-proposti li ġejjin:

-    Ġestjoni integrata tal-ilma: proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma;

-    Rieżami tad-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi: Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (Riformulazzjoni tad-Direttiva 91271/KEE);

-    Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kwalità tal-arja ambjentali: Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/107/KE dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali u d-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u arja aktar nadifa għall-Ewropa;

Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

09 - L-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima

Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 66  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

Objettiv(i)

Objettivi ġenerali

1) Tiżdied il-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE u tal-ekosistemi naturali f’konformità mal-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-ambizzjoni ta’ Tniġġis Żero inkorporati fil-Patt Ekoloġiku Ewropew;

2) Tiżdied l-effettività u jitnaqqas il-piż amministrattiv tal-leġiżlazzjoni, sabiex b’hekk jiġi ffaċilitat rispons aktar malajr għar-riskji emerġenti;

3) Jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa pubblika mill-effetti negattivi tas-sustanzi kimiċi perikolużi u tat-tniġġis tal-arja.

Objettivi speċifiċi

Ġestjoni Integrata tal-Ilma:

1) Jiġu aġġornati l-listi ta’ sustanzi niġġiesa li jaffettwaw l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art billi jiżdiedu u jitneħħew is-sustanzi u jiġu riveduti l-istandards ta’ kwalità għal xi sustanzi diġà elenkati;

2) Jittejbu t-trasparenza tad-data, l-aċċess għaliha u l-użu mill-ġdid tagħha, sabiex b’hekk tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni fl-Istati Membri, kif ukoll jitnaqqas il-piż amministrattiv u jittejbu l-effiċjenza u l-koerenza tal-qafas legali usa’ li jittratta s-sustanzi kimiċi;

3) Jiġi pprovdut qafas legali li jista’ jiġi allinjat aktar malajr u faċilment mas-sejbiet xjentifiċi u li jirrispondi aktar malajr għal kontaminanti ta’ tħassib emerġenti;

4) Jittejjeb il-monitoraġġ tat-taħlitiet kimiċi sabiex jiġu vvalutati aħjar l-effetti ta’ kombinazzjoni, u l-monitoraġġ tal-varjazzjonijiet staġunali fil-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa;

5) Jiġi armonizzat kif is-sustanzi niġġiesa fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta’ taħt l-art jiġu indirizzati madwar l-UE, fejn sal-lum ma ġie stabbilit l-ebda standard ta’ kwalità jew valur ta’ limitu fil-livell tal-UE;

6) Jinħolqu l-kundizzjonijiet għaż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-ilma u għall-ġestjoni aħjar tal-ħama u tal-iskart, f’sinerġija mill-qrib mar-Regolament il-ġdid dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma, mad-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ u mal-acquis tal-UE dwar l-iskart;

Id-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi:

1) Isir kontribut għall-identifikazzjoni u mbagħad għall-prevenzjoni tat-tniġġis li jasal fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi;

2) Ikompli jitnaqqas it-tniġġis tan-nutrijenti (N u P), tal-mikrosustanzi niġġiesa u tal-mikroplastik, kif ukoll tas-“sorsi li jifdal” tat-tniġġis (il-fajd tal-ilma tal-maltempati, l-ilma tax-xeba’ urban, agglomerazzjonijiet iżgħar u l-IAS);

3) Issir it-tranżizzjoni lejn in-newtralità enerġetika tas-settur tal-ilma mormi;

4) Jinħolqu l-kundizzjonijiet għaż-żieda fl-użu mill-ġdid tal-ilma u għall-ġestjoni aħjar tal-ħama u tal-iskart, f’sinerġija mill-qrib mar-Regolament il-ġdid dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma, mad-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ u mal-acquis tal-UE dwar l-iskart;

5) Jittejjeb l-aċċess għas-sanità, b’mod partikolari għal persuni vulnerabbli u emarġinati;

6) Jissaħħu, jiġu mmodernizzati, issimplifikati u adattati l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar.

 

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja:

1) Jiġu riveduti l-istandards tal-kwalità tal-arja tal-UE sabiex jiġu allinjati aktar mill-qrib mar-rakkomandazzjonijiet tal-WHO, filwaqt li, sa fejn ikun possibbli, jitqiesu l-aħħar pariri xjentifiċi, il-fattibbiltà, il-kostijiet u l-benefiċċji – u jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tkun tista’ tirrispondi b’mod xieraq u effettiv għal bidliet futuri fil-bażi ta’ evidenza sottostanti;

2) Jiġi żgurat li l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jkunu mezz effettiv għall-identifikazzjoni, l-ippjanar u l-mitigazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ qbiż– u jiġu inklużi dispożizzjonijiet aktar ċari dwar il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, l-aċċess għall-ġustizzja, il-penali u l-kumpens marbuta mal-arja nadifa fil-leġiżlazzjoni tal-UE;

3) Jissaħħu aktar id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja, l-immudellar tal-kwalità tal-arja u l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja sabiex jgħinu lill-awtoritajiet lokali jiksbu arja aktar nadifa;

4) Tiġi pprovduta informazzjoni liċ-ċittadini dwar l-impatti fuq is-saħħa ta’ kwistjonijiet tat-tniġġis tal-arja;

5) Jiġu ssimplifikati d-dispożizzjonijiet eżistenti, fejn fattibbli, sabiex jittejbu l-effettività u l-effiċjenza tal-ġestjoni tal-kwalità tal-arja.

Riżultat(i) u impatt mistennija

Ġestjoni Integrata tal-Ilma:

Id-Direttiva proposta se twassal speċifikament għal aġġornament tal-listi ta’ sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art u l-ilma tal-wiċċ. Hija se tindirizza wkoll diversi nuqqasijiet relatati mas-sustanzi kimiċi fl-ilma enfasizzati mill-Kontroll tal-Idoneità tal-Leġiżlazzjoni dwar l-Ilma tal-2019.

Din se twassal għal livelli aktar baxxi ta’ tniġġis fl-ilma ħelu, fl-ilma kostali, fl-ilma ta’ tranżizzjoni u fl-ilma ta’ taħt l-art tal-Ewropa.

Hija se tipprovdi aktar informazzjoni aġġornata u rilevanti dwar l-istat tal-ilma, informazzjoni aktar affidabbli dwar sustanzi niġġiesa emerġenti fl-ilma ta’ taħt l-art, il-kapaċità li jiġu żgurati aġġornamenti regolari tal-listi ta’ sustanzi abbażi ta’ informazzjoni ta’ monitoraġġ simplifikata u għarfien integrat ibbażat fuq ix-xjenza, u dan se jirriżulta fil-monitoraġġ tat-tniġġis li jirriżulta mill-mikroplastik u mill-ġeni ta’ reżistenza antimikrobika.

Hija se toħloq ukoll il-kundizzjonijiet sabiex jiżdied l-użu mill-ġdid tal-ilma u sabiex jiġu ġestiti aħjar il-ħama u l-iskart, f’sinerġija mill-qrib mar-Regolament il-ġdid dwar l-Użu mill-Ġdid tal-Ilma, mad-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ u mal-acquis tal-UE dwar l-iskart;

Id-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi:

Il-kwalità tax-xmajjar, tal-lagi u tal-ibħra tal-UE hija mistennija li tiġi ppreservata u mtejba. L-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa mis-sorsi urbani li jifdal (inklużi agglomerazzjonijiet żgħar, ilmijiet tax-xita mniġġsa, faċilitajiet deċentralizzati iżgħar), kif ukoll l-emissjonijiet tan-nitroġenu u tal-fosforu se jkomplu jonqsu, b’valuri ta’ limitu aktar stretti fejn l-ewtrofikazzjoni tibqa’ kwistjoni.

Se jinkisbu wkoll investimenti ġodda sabiex jitnaqqas it-tniġġis minn mikrosustanzi niġġiesa. Dawn l-investimenti huma mistennija li jkunu koperti minn sistema ġdida ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi li tagħmel lil dawk li jqiegħdu prodotti li jiġġeneraw mikrosustanzi niġġiesa finanzjarjament responsabbli għat-trattament addizzjonali meħtieġ sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-ilmijiet riċeventi tal-UE.

Is-settur huwa mistenni li jsir newtrali fl-enerġija (jiġifieri li l-enerġija fossili użata tiġi kkumpensata mill-enerġija rinnovabbli prodotta mis-settur).

Ir-reviżjoni se tkun mutur kruċjali għall-iżvilupp ta’ industrija tal-ilma tal-UE globalment kompetittiva. Il-modernizzazzjoni ulterjuri tal-istandards tal-UE, pereżempju, b’rekwiżiti ġodda dwar il-mikrosustanzi niġġiesa jew l-użu tal-enerġija, tkompli tistimola l-innovazzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, l-ekonomiji ta’ skala.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja:

Id-Direttiva riveduta proposta tikkontribwixxi għall-ambizzjoni ta’ tniġġis żero inkorporata fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, sabiex tallinja l-istandards tal-kwalità tal-arja tal-UE aktar mill-qrib mar-rakkomandazzjonijiet mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u għal titjib sostnut tal-kwalità tal-arja madwar l-Unjoni Ewropea.

Id-Direttiva riveduta proposta se ssaħħaħ ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, l-immudellar u l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja sabiex tgħin lill-awtoritajiet lokali jiksbu arja aktar nadifa. L-indirizzar ta’ dawn in-nuqqasijiet se jirriżulta f’livelli aktar baxxi u esponiment għat-tniġġis tal-arja fl-arja ambjentali, governanza mtejba u infurzar tal-pjan dwar il-kwalità tal-arja, monitoraġġ u mmudellar aħjar billi jittejbu l-affidabbiltà u l-komparabbiltà tiegħu u billi jiġu estiżi s-sustanzi niġġiesa li għandhom jiġu mmonitorjati, aċċess imtejjeb għad-data u l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja b’enfasi partikolari fuq it-titjib tal-użu ta’ għodod diġitali u l-possibbiltà li l-istandards ta’ kwalità tal-arja tal-UE jinżammu taħt rieżami regolari.

Iċ-ċittadini tal-UE se jaraw benefiċċji għas-saħħa minn kwalità tal-arja mtejba. In-negozji, l-atturi ekonomiċi, inkluż fl-agrikoltura u, b’mod aktar ġenerali, dawk li jħaddmu se jibbenefikaw mit-tnaqqis tal-impatti negattivi fuq is-saħħa u (għalkemm anqas sinifikanti) mhux fuq is-saħħa assoċjati ma’ kwalità tal-arja ħażina.

Sadanittant, l-awtoritajiet pubbliċi se jkunu affettwati minn standards riveduti tal-kwalità tal-arja tal-UE u dispożizzjonijiet imsaħħa għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fil-biċċa l-kbira skont is-sitwazzjoni attwali tagħhom tal-kwalità tal-arja: ir-regoli riveduti jistgħu jimplikaw żieda fil-piż amministrattiv tal-awtoritajiet kompetenti għal monitoraġġ imtejjeb tal-kwalità tal-arja.

Indikaturi tal-prestazzjoni

Ġestjoni Integrata tal-Ilma:

Iż-żieda fin-numru ta’ sustanzi mmonitorjati skont id-Direttiva, bħala riżultat tal-introduzzjoni ta’ lista ta’ sorveljanza obbligatorja għall-fini tal-monitoraġġ tas-sustanzi ta’ tħassib li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art, kif ukoll iż-żieda fil-frekwenza tar-rapportar tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istatus, se jippermettu traċċar aktar granulari tal-progress u tal-kisbiet.

L-indikaturi ewlenin tas-suċċess se jinkludu n-numru ta’ Stati Membri li għalihom hemm disponibbli serje sħiħa ta’ żmien tal-monitoraġġ għas-sustanzi rilevanti (b’mod partikolari għas-sustanzi tal-ilma ta’ taħt l-art), in-numru ta’ sustanzi jew sustanzi niġġiesa li għalihom jinkiseb stat tajjeb, kif ukoll il-grad ta’ armonizzazzjoni tal-valuri ta’ limitu stabbiliti mill-Istati Membri għal Sustanzi Niġġiesa Speċifiċi għall-Baċiri Idrografiċi.

L-inklużjoni tal-mikroplastik u ta’ ġeni ta’ reżistenza antimikrobika fil-listi ta’ sorveljanza, soġġetta għall-identifikazzjoni ta’ linji gwida xierqa dwar il-metodoloġiji ta’ monitoraġġ u valutazzjoni, se tippermetti l-monitoraġġ tal-progress fit-trattament ta’ dawn it-tipi emerġenti ta’ tniġġis u l-identifikazzjoni sussegwenti tal-istandards ta’ kwalità, kif xieraq. Barra minn hekk, il-proċeduri huma ssimplifikati sabiex tiġi żgurata reazzjoni aktar malajr fuq il-ħolqien ta’ kwistjonijiet ġodda dwar it-tniġġis tal-ilma.

Id-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi:

   Ir-rata ta’ konformità u d-distanza sal-mira għal kull Stat Membru u għal kull livell ta’ trattament se jipprovdu ħarsa ġenerali eċċellenti lejn l-implimentazzjoni tad-Direttiva;

   In-numru ta’ faċilitajiet mgħammra bi trattament addizzjonali għall-N/P u għall-mikrosustanzi niġġiesa; u t-tnaqqis relatat tar-rilaxxi tal-N/P u tat-tagħbija tossika fil-livelli tal-Istati Membri u tal-UE;

   L-użu tal-enerġija mill-Istati Membri u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati;

   In-numru ta’ agglomerazzjonijiet koperti minn pjanijiet ta’ ġestjoni integrata għall-fajd tal-ilma tal-maltempati u għall-ilma tax-xeba’ urban u l-konformità tagħhom mal-objettiv tal-UE;

   Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex itejbu l-aċċess għas-sanità u IAS ta’ kontroll aħjar, u sommarju tal-indikaturi ewlenin tas-saħħa mistħarrġa fl-Istati Membri;

   Data oħra, notevolment dwar il-kwalità tal-ilma tal-ilmijiet riċeventi (xmajjar, lagi u ibħra), li ġejja mid-Direttivi Qafas dwar l-Ilma u l-Baħar se tintuża sabiex jitkejlu b’mod konkret l-impatti tal-UWWTD. Aktar dettalji dwar il-parametri possibbli li għandhom jiġu rrapportati għall-valutazzjoni tal-konformità u għall-kejl tas-suċċess tad-Direttiva huma pprovduti fl-Anness 10 tal-valutazzjoni tal-impatt;

   L-inklużjoni tas-sorveljanza tal-ilma mormi permezz ta’ monitoraġġ li jippermetti li jiġu ddefiniti indikaturi ġodda dwar id-data xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja:

L-Istati Membri tal-UE stabbilew network ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja b’madwar 16 000 punt ta’ kampjunar għal sustanzi niġġiesa speċifiċi (spiss miġbura f’aktar minn 4 000 post ta’ monitoraġġ) abbażi ta’ kriterji komuni definiti mid-Direttivi attwali dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali. Il-modifika ssuġġerita għar-reġimi ta’ valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja se tipprovdi informazzjoni komparabbli u oġġettiva addizzjonali li tippermetti l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tal-iżvilupp tal-kwalità tal-arja madwar l-UE, inkluż f’livelli aktar baxxi ta’ tniġġis, li qegħdin jitqiesu dejjem aktar bħala li għandhom ukoll impatti fuq is-saħħa. Din se tirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jżidu l-monitoraġġ għas-sustanzi niġġiesa ta’ tħassib emerġenti, sabiex iżommu taħt osservazzjoni diversi sustanzi li jniġġsu l-arja li għalihom sal-lum ma jeżisti l-ebda monitoraġġ armonizzat tal-kwalità tal-arja fl-UE kollha.

Id-data dwar il-kwalità tal-arja rrapportata mill-Istati Membri ssir disponibbli għall-pubbliku bħala servizz diġitali mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, inkluż permezz tal-Indiċi Ewropew tal-Kwalità tal-Arja bbażat fuq data qrib il-ħin reali. Id-disponibbiltà ta’ din id-data, u rekwiżiti aktar preċiżi għall-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, se jippermettu wkoll li tinżamm l-effettività ta’ miżuri speċifiċi (spiss lokali) dwar il-kwalità tal-arja taħt rieżami kostanti. Rekwiżiti speċifiċi aktar ċari dwar l-informazzjoni pubblika se jagħmluha aktar faċli għaċ-ċittadini sabiex jaċċessaw aktar malajr l-eżiti tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tad-data dwar il-kwalità tal-arja u l-azzjoni politika relatata. 

Dan se jippermetti traċċar aktar granulari tal-progress u tal-kisbiet, li permezz tagħhom l-indikatur ewlieni tas-suċċess huwa l-kisba mill-Istati Membri kollha tal-istandards tal-kwalità tal-arja stabbiliti tal-UE, inkluż il-progress lejn l-ilħuq tagħhom.

 

Raġunijiet għall-proposti/inizjattivi

Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Ġestjoni Integrata tal-Ilma:

L-EEA se tkun il-“punt uniku ta’ servizz” għall-ipproċessar u għat-tqegħid għad-dispożizzjoni fuq bażi aktar regolari (kif inhu l-każ bħalissa) tad-data kollha dwar il-monitoraġġ u l-istatus tal-ilma li ġejja mill-Istati Membri u din l-informazzjoni se tikkontribwixxi għall-kompiti tal-ECHA, li se tkun il-“punt uniku ta’ servizz” għall-għoti tal-appoġġ xjentifiku essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta’ standards għall-ħarsien tal-ambjent akkwatiku. Xi kompiti ġodda qegħdin jirriżultaw mill-ħtieġa li jiġi indirizzat aħjar u b’mod aktar sistematiku t-tniġġis tal-ilma ta’ taħt l-art u li tiġi żgurata protezzjoni aħjar u aktar armonizzata fir-rigward ta’ sustanzi niġġiesa li ma jkunux ta’ tħassib għall-UE kollha.

F’aktar dettall, se tkun teħtieġ:

- Kompiti ta’ darba marbuta mat-twaqqif, mill-EEA, tas-sistema sabiex tiġi aċċessata direttament id-data ġġenerata taħt din il-proposta mill-Istati Membri u għall-identifikazzjoni jew l-iżvilupp, mill-ECHA, ta’ diversi dokumenti ta’ gwida u metodoloġiji għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-mikroplastik u tal-ġeni ta’ reżistenza antimikrobika; kif ukoll l-inklużjoni ta’ standards ta’ kwalità ambjentali nazzjonali għal sustanzi niġġiesa fil-livell tad-Distrett tal-Baċiri Idrografiċi f’repożitorju ta’ valuri ta’ limitu bbażati fuq is-saħħa ġestiti mill-ECHA;

- Kompiti rikorrenti, marbuta maż-żieda fil-frekwenza u d-diġitalizzazzjoni / il-mekkaniżmu ta’ twassil awtomatizzat ta’ data dwar il-monitoraġġ u l-istatus lill-EEA, iż-żamma tar-repożitorju tal-istandards għas-sustanzi niġġiesa fil-livell tad-Distrett tal-Baċiri Idrografiċi mill-ECHA u l-appoġġ xjentifiku kontinwu mill-ECHA fil-qafas tal-iżvilupp/adattament, kull 3 snin, tal-listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art (għall-fini ta’ monitoraġġ u valutazzjoni tas-sustanzi niġġiesa ta’ tħassib); u tal-iżvilupp/adattament, kull 6 snin, tal-listi ta’ sustanzi/sustanzi niġġiesa u tal-EQS korrispondenti għall-UE kollha, kull 6 snin, għall-ilma tal-wiċċ u għall-ilma ta’ taħt l-art, kif ukoll għall-identifikazzjoni, kull 6 snin, ta’ standards għall-UE kollha għal sustanzi li jniġġsu (l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art) li bħalissa huma regolati fil-livell tad-Distrett tal-Baċiri Idrografiċi fejn hekk meħtieġ għall-fini tal-ħarsien tal-ambjent u l-implimentazzjoni armonizzata.

Skeda ta’ żmien

Q1 2023 – Q4 2023: negozjar interistituzzjonali tal-proposta

Q1/2 2024: dħul fis-seħħ.

Q2 2024 – Q4 2025: L-iżvilupp tas-sistema sabiex tiġi aċċessata direttament id-data ġġenerata taħt din il-proposta mill-Istati Membri, immexxija mill-EEA u li għandha tiġi stabbilita f’att ta’ implimentazzjoni

Q2 2024 – Q4 2025: L-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (il-format, il-granularità, il-frekwenza) għall-fini tar-rapportar tal-emissjonijiet (emissjonijiet mis-sors lokalizzat mhux koperti mir-Regolament tal-Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali, kif ukoll emissjonijiet diffużi) lill-EEA (Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali), immexxija mill-EEA u li għandhom jiġu adottati permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni

Q1 2024 – Q4 2025: L-identifikazzjoni u/jew l-iżvilupp ta’ dokumenti ta’ gwida u metodoloġiji għall-kejl u l-analiżi tal-konċentrazzjonijiet ta’ mikroplastik u ġeni ta’ reżistenza antimikrobika fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art (li għandhom jiġu identifikati/elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni li jadotta l-listi ta’ Sorveljanza), immexxija mill-ECHA

Q2 2024 – Q3 2027: L-iżvilupp tas-sitt lista ta’ Sorveljanza tal-Ilma Ħelu u tal-ewwel lista ta’ Sorveljanza tal-Ilma ta’ Taħt l-Art, u l-analiżi u r-rapport dwar il-ħames lista ta’ Sorveljanza tal-Ilma Ħelu, immexxija mill-ECHA u li għandhom jiġu adottati permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

Q1 2026 ’il quddiem: l-irkupru annwali tad-data dwar it-tniġġis kimiku mill-EEA u l-appoġġ xjentifiku mill-ECHA għall-mekkaniżmu tal-lista ta’ Sorveljanza u għat-tħejjija ta’ atti delegati sabiex jiġu adottati standards ta’ kwalità ambjentali ġodda għall-UE kollha għal sustanzi addizzjonali (kemm għall-ilma ta’ taħt l-art kif ukoll għall-ilma tal-wiċċ)

Q1 2024 ’il quddiem: l-appoġġ xjentifiku mill-ECHA għar-rieżami u l-aġġornament, kull 6 snin, tal-listi ta’ sustanzi prijoritarji u tal-EQS korrispondenti fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE; ta’ sustanzi niġġiesa u standards ta’ kwalità korrispondenti għall-UE kollha fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE; tal-listi ta’ sustanzi niġġiesa fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2008/105/KE u l-iżvilupp possibbli ta’ standards għall-UE kollha għal (xi) sustanzi niġġiesa f’dik il-lista, kif ukoll tal-lista ta’ sustanzi niġġiesa fl-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE; il-listi u l-EQS kollha li għandhom jiġu stabbiliti fl-atti delegati.

Id-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi:

L-ippjanar tal-implimentazzjoni għall-azzjonijiet ewlenin inklużi fl-għażla ppreferuta huwa miġbur fil-qosor fit-tabella ta’ hawn taħt:

Sal-2025 se jkun hemm fis-seħħ attivitajiet ta’ monitoraġġ addizzjonali: dawn jikkonċernaw rilaxxi mhux domestiċi, parametri relatati mas-saħħa, indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-operaturi, flimkien ma’ azzjonijiet sabiex tittejjeb it-trasparenza.

Il-bażijiet tad-data nazzjonali u tal-UE, li jinkludu l-elementi kollha meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità, se jkunu fis-seħħ, u se jiġu identifikati “persuni vulnerabbli u emarġinati” flimkien ma’ azzjonijiet sabiex jittejjeb l-aċċess għas-sanità.

Din id-dikjarazzjoni finanzjarja se tiggarantixxi l-finanzjament għall-EEA sabiex tipprovdi numru ta’ attivitajiet ġodda previsti fil-proposta tal-UWWTD.

Dawn l-attivitajiet huma ta’ natura differenti:

- Il-ħolqien u l-adattament tal-bażijiet tad-data msemmija fl-Artikolu 20 dwar il-monitoraġġ tal-proposta leġiżlattiva;

- L-allokazzjoni ta’ espert dwar il-UWWTD sabiex isegwi l-fajl u jagħmel rapporti meta jkun meħtieġ

- Attivitajiet ta’ darba marbuta mat-tħejjija u n-negozjar ta’ atti delegati/implimentati

- Kompiti relatati mat-trattament u l-analiżi tad-data.

Skeda ta’ żmien:

Q4 2022 - Q4 2023: negozjar tal-proposta. Minħabba proposta ambizzjuża għolja u l-introduzzjoni ta’ skema ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produtturi, in-negozjati jistgħu jeħtieġu aktar riżorsi u żmien mill-medja

Q2 2024: il-bidu u t-tħaddim.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja:

Kompiti relatati mar-rapportar u l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ data dwar il-kwalità tal-arja. Hemm bżonn ta’ sforzi addizzjonali sabiex tiġi estiża l-infrastruttura għar-rapportar kontinwu, u sabiex dan jiġi appoġġat, sabiex jiġu inklużi wkoll is-sustanzi li jniġġsu l-arja ta’ tħassib emerġenti, kif ukoll l-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju li jkopru s-sustanzi niġġiesa PM2.5 u NO2, sabiex tkompli tiġi estiża l-infrastruttura tar-rapportar għal informazzjoni aġġornata minn punti ta’ kampjunar addizzjonali u data ta’ mmudellar, kif ukoll għal pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja. (Appoġġ tal-EEA).

Kompiti relatati mal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali: Hekk kif jiżdied il-fehim xjentifiku tal-isfidi tal-kwalità tal-arja, inklużi l-impatti negattivi fuq is-saħħa f’livelli baxxi ta’ konċentrazzjoni u minn sustanzi addizzjonali li jniġġsu l-arja ta’ tħassib emerġenti, hemm bżonn ta’ appoġġ addizzjonali sabiex jiġi żgurat li l-azzjoni politika tkun sostnuta minn valutazzjonijiet sodi tad-data dwar il-kwalità tal-arja rrapportata (inkluża data addizzjonali li l-monitoraġġ u l-immudellar imsaħħa tal-kwalità tal-arja se jwasslu). Barra minn hekk, il-valutazzjoni tar-rabtiet bejn it-tniġġis tal-arja, it-tibdil fil-klima, is-saħħa tal-bniedem u tal-ekosistema se jkollha bżonn tissaħħaħ. (Appoġġ tal-EEA).

Kompiti relatati mal-appoġġ tekniku u xjentifiku għall-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja: Hekk kif jiġu implimentati monitoraġġ u mmudellar imsaħħa tal-kwalità tal-arja, se jkun meħtieġ appoġġ kontinwu. Tali appoġġ, li huwa komplementari bis-sħiħ għall-ħidma fuq ir-rapportar dwar il-kwalità tal-arja u l-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-arja, jiffoka fuq l-aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u l-immudellar mill-awtoritajiet kompetenti u jinkludi l-ġestjoni u l-presidenza ta’ żewġ networks ta’ esperti ewlenin: in-network tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali (AQUILA) u l-forum tal-immudellar tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa (FAIRMODE). Matul l-aħħar 10 snin, il-JRC appoġġa dawn l-aspetti tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-arja nadifa fl-Ewropa - inkluż permezz ta’ serje ta’ Arranġamenti Amministrattivi. Innota li l-kontribut tal-JRC huwa essenzjali wkoll għall-iżvilupp ta’ dokumenti ta’ gwida li jappoġġaw l-implimentazzjoni tad-Direttivi riveduti, u għall-istabbiliment ta’ standards relatati mal-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

Skeda ta’ żmien:

Q1 2023 sa Q2 2024 (stima): negozjar interistituzzjonali tal-proposta

Q2 2024 (stima): dħul fis-seħħ

Q1 2023 sa Q4 2025: l-iżvilupp ta’ dokumenti ta’ gwida addizzjonali fl-oqsma tal-monitoraġġ, l-immudellar u l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja (DĠ ENV mal-JRC)

Q1 2023 sa Q4 2025: l-iżvilupp ta’ standards b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni fl-oqsma tal-monitoraġġ, il-kejl indikattiv u l-immudellar tal-objettivi tal-kwalità (JRC mad-DĠ ENV)

Q3 2024 ’il quddiem: valutazzjonijiet regolari mill-EEA fuq il-progress fl-issodisfar tal-obbligi tat-tnaqqis tal-esponiment medju li jkopru s-sustanzi niġġiesa PM2.5 u NO2.

Q3 2024 ’il quddiem: valutazzjoni regolari mill-EEA tas-sustanzi li jniġġsu l-arja ta’ tħassib emerġenti, u fuq ir-rabtiet bejn it-tniġġis tal-arja, it-tibdil fil-klima u s-saħħa

Q3 2024 sa Q4 2025: reviżjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni u r-rapportar dwar l-arja ambjentali (DĠ ENV)

Q1 2026 (stima): jibdew l-obbligi ta’ rapportar riveduti għall-Istati Membri (lill-EEA) (jiġifieri skont l-iskedi ta’ żmien tat-traspożizzjoni – importanti li l-infrastruttura tkun lesta)

Q3 2024 sa Q4 2026: aġġustamenti fir-repożitorju tad-data dwar il-kwalità tal-arja ġestit mill-EEA, sabiex tiġi inkluża data addizzjonali magħmula disponibbli permezz tar-rapportar tad-data nazzjonali

Q4 2028 (stima): l-ewwel ċiklu ta’ rapportar tal-pjanijiet riveduti dwar il-kwalità tal-arja sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta’ qbiż tal-istandards riveduti dwar il-kwalità tal-arja fl-2030 (rapportar lill-EEA).

Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Ġestjoni Integrata tal-Ilma:

Il-korpi tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art fl-UE huma mniġġsa minn firxa ta’ sustanzi niġġiesa differenti. Billi t-tniġġis jivvjaġġa ’l isfel u 60 % tad-Distretti Ewropej tal-Baċiri Idrografiċi huma internazzjonali, il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri hija essenzjali u l-azzjoni fil-livell tal-UE hija meħtieġa sabiex jiġu indirizzati t-tniġġis u impatti transfruntiera oħrajn permezz tal-istabbiliment ta’ standards armonizzati u sistemi armonizzati ta’ ġbir u kondiviżjoni tad-data bejn l-Istati Membri. Huwa importanti wkoll li tiżdied it-trasparenza tad-data dwar is-sustanzi kimiċi u li jkunu possibbli l-użu u l-użu mill-ġdid tagħhom mill-Kummissjoni u mill-aġenziji tagħha, b’mod partikolari l-EEA u l-ECHA, sabiex iżidu l-għarfien xjentifiku li jippermetti azzjoni mmirata u infurzar ulterjuri.

Mingħajr azzjoni fil-livell tal-UE, l-indirizzar tat-tniġġis ikun jinvolvi spiża projbittiva, speċjalment għall-Istati Membri downstream.

L-istandards armonizzati se jirriżultaw fi protezzjoni ġenerali aħjar tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, azzjoni kosteffettiva u proporzjonata mill-Istati Membri u kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-attivitajiet li għandhom jindirizzaw l-impatti potenzjali fuq il-korpi tal-ilma madwar l-UE.

Il-kondiviżjoni aktar regolari tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istatus permezz ta’ mekkaniżmi awtomatizzati ta’ kondiviżjoni tad-data se tippermetti kontrolli aktar frekwenti u mmirati u tħejjija aħjar sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet potenzjali ta’ tħassib emerġenti. L-aċċess għal bażijiet ta’ informazzjoni ssimplifikati dwar id-data se jtejjeb il-koerenza tal-valutazzjonijiet u l-implimentazzjoni fil-leġiżlazzjoni kollha.

L-EEA se tiċċentralizza d-data, tipproċessaha u tagħmilha disponibbli għall-użu mill-ġdid għall-fini tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika. L-ECHA se tipprovdi appoġġ xjentifiku abbażi ta’ bażi tad-data xjentifika dejjem aktar robusta, bis-saħħa taċ-ċentralizzazzjoni ta’ informazzjoni xjentifika trażversali fil-qasam tas-sustanzi kimiċi u ta’ data aktar issimplifikata dwar il-monitoraġġ u l-istatus li qiegħda ssir disponibbli mill-EEA. Iż-żewġ aġenziji se jkollhom rwol ċentrali fl-implimentazzjoni ulterjuri tal-leġiżlazzjoni dwar l-ilma, b’sinerġiji u data xjentifika aġġornata li jippermettu adattament aktar malajr għal oqsma ġodda ta’ tħassib, kif ukoll identifikazzjoni u prijoritizzazzjoni aħjar tal-aktar miżuri kosteffettivi sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis.

Min-naħa l-oħra, il-proposta se tnaqqas il-piż amministrattiv ġenerali billi tneħħi dawk l-obbligi ta’ rapportar, li ma wrewx li huma effettivi, jiġifieri li ma wasslux għall-implimentazzjoni mtejba mistennija. Obbligi oħrajn ta’ rapportar huma ssimplifikati u hija żgurata koerenza aħjar mar-rapportar taħt strumenti oħrajn.

Fl-aħħar nett, il-proposta għandha l-għan li tintroduċi proċeduri aktar effettivi għall-adattament tal-listi ta’ sustanzi u tal-istandards ta’ kwalità ambjentali relatati għall-progress xjentifiku, filwaqt li tiżgura li dawn il-proċeduri jibbenefikaw minn data xjentifika solida, ibbażata fuq rapportar simplifikat u kooperazzjoni mill-qrib mal-aġenziji.

Id-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi:    

L-azzjoni tal-UE tibqa’ essenzjali sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw minn kwalità tal-ilma mtejba tax-xmajjar, tal-lagi, tal-ilmijiet ta’ taħt l-art u tal-ibħra. Billi 60 % tal-korpi tal-ilma tal-UE huma transfruntiera, huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-istess livell ta’ protezzjoni kullimkien u bl-istess ritmu, sabiex jiġi evitat ir-riskju li l-isforzi magħmula minn xi Stati Membri jiġu pperikolati min-nuqqas ta’ progress ta’ oħrajn. L-evalwazzjoni ta’ REFIT uriet li, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, id-Direttiva kienet il-mutur uniku għall-investiment fl-infrastrutturi meħtieġa.

Id-Direttiva tkun allinjata bis-sħiħ mal-objettivi ewlenin l-oħrajn kollha tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, inkluż l-għan ġenerali tan-newtralità klimatika, filwaqt li tkun konsistenti bis-sħiħ ma’ bosta proposti leġiżlattivi li għaddejjin/ippjanati, bħar-rieżamijiet tad-Direttiva dwar l-Istandards ta’ Kwalità Ambjentali, tad-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u tal-Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ. Hija se tikkontribwixxi wkoll direttament għal implimentazzjoni aħjar tal-SDG 6 dwar l-aċċess għal sanità adegwata u ġusta.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja:

L-objettivi tal-inizjattiva ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti fil-livell tal-Istati Membri biss. Dan huwa dovut, l-ewwel nett, għan-natura transfruntiera tat-tniġġis tal-arja, billi l-emissjonijiet minn Stat Membru wieħed jistgħu jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja ambjentali fi Stati Membri oħrajn. Hija meħtieġa azzjoni fl-UE kollha sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jieħdu miżuri sabiex inaqqsu r-riskji għall-popolazzjoni f’kull Stat Membru.

It-tieni, it-Trattat jeħtieġ li jimmira għal livell għoli ta’ protezzjoni, filwaqt li jqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet madwar l-UE. Id-Direttivi eżistenti u d-direttiva proposta jistabbilixxu standards komuni tal-kwalità tal-arja, iżda jħallu l-għażla tal-mezzi f’idejn l-Istati Membri, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu adattati għaċ-ċirkostanzi lokali, reġjonali u nazzjonali.

It-tielet, irid jiġi żgurat trattament ugwali fir-rigward tal-implikazzjonijiet ekonomiċi tat-tniġġis tal-arja fl-Istati Membri kollha u l-esperjenza tal-kwalità tal-arja ambjentali miċ-ċittadini madwar l-Unjoni.

Standards riveduti tal-kwalità tal-arja u regoli aktar ċari għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja se jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni għaċ-ċittadini tal-UE u arja ambjentali aħjar għall-ambjent.

Dan se jtejjeb l-informazzjoni disponibbli dwar l-isfidi tal-kwalità tal-arja, u jtejjeb is-saħħa (u b’hekk inaqqas l-infiq fuq il-kura tas-saħħa), inaqqas it-telf tar-rendiment tal-għelejjel minħabba l-ożonu, inaqqas l-assenza mix-xogħol minħabba mard (inkluż ta’ tfal dipendenti). Għalhekk, it-titjib tal-kwalità tal-arja huwa mistenni li jġib produttività u gwadanji ekonomiċi.

It-titjib fil-monitoraġġ u l-immudellar, fil-mod kif jitħejjew u jiġu implimentati l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, u fil-kondiviżjoni tal-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri se jtejjeb il-koerenza tal-valutazzjonijiet u l-implimentazzjoni fil-leġiżlazzjoni kollha.

Il-bidliet b’rabta mal-aċċess għall-ġustizzja u l-penali se jtejbu l-infurzar pubbliku u, għalhekk, il-kisba tar-riżultati madwar l-Unjoni Ewropea.

Fl-aħħar nett, il-proposta għandha l-għan li tintroduċi proċeduri aktar effettivi għar-reviżjoni tal-istandards tal-kwalità tal-arja għall-progress xjentifiku, filwaqt li tiżgura li dawn il-proċeduri jibbenefikaw minn data xjentifika solida, ibbażata fuq rapportar simplifikat u kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, anke sabiex l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja (inkluża data aġġornata) issir disponibbli għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u għal pubbliku usa’.

Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Ġestjoni Integrata tal-Ilma:

Il-Kontroll tal-Idoneità tal-2019 tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ilma kkonferma li d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u ż-żewġ direttivi “derivati” tagħha wasslu għal jew saħħew azzjoni fil-livell Ewropew sabiex jindirizzaw il-pressjonijiet transfruntiera fuq ir-riżorsi tal-ilma fil-livell tal-baċiri idrografiċi, fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Għalhekk, l-iffissar ta’ standards għall-UE kollha għas-sustanzi niġġiesa jista’ jitqies effettiv.

Madankollu, l-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li hemm bżonn li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni sabiex jiġu indirizzati s-sustanzi niġġiesa ta’ tħassib emerġenti u sabiex jiġu protetti aħjar is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi, inkluż l-indirizzar ta’ diversi kwistjonijiet amministrattivi u ta’ implimentazzjoni.

Id-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi:    

L-evalwazzjoni ta’ REFIT tal-effettività tad-Direttiva wriet li hija rnexxielha tnaqqas it-tagħbijiet tas-sustanzi niġġiesa mmirati minn sorsi lokalizzati urbani (ilma domestiku/urban mormi u tniġġis industrijali simili). Għad hemm nuqqasijiet fl-indirizzar tat-tagħbija li jifdal tal-ilma urban mormi mhux ittrattat. Hemm ukoll il-ħtieġa li d-Direttiva tiġi allinjata ma’ prijoritajiet politiċi ġodda u ma’ tħassib emerġenti tas-soċjetà.

Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Artikolu 15 tad-Direttiva wrew li huma effettivi sabiex jixprunaw il-konformità. Madankollu, l-avvanzi teknoloġiċi llum jippermettu monitoraġġ aktar effiċjenti u akkurat kemm tas-sustanzi niġġiesa eżistenti kif ukoll ta’ dawk emerġenti. L-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-impatt turi li hemm diverġenzi kbar fost l-Istati Membri f’termini ta’ monitoraġġ. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà qegħdin jiġbru informazzjoni aktar frekwenti u usa’ dwar aktar sustanzi niġġiesa minn dak li huwa meħtieġ mid-Direttiva. Madankollu, l-għarfien dwar il-kwalità u l-kwantità tal-ilmijiet mormija huwa insuffiċjenti f’ħafna każijiet. Diversi każijiet ta’ dimensjonar żejjed tal-faċilitajiet, iżda wkoll tal-kapaċitajiet ta’ ħżin, li jwasslu għal kostijiet eċċessivi u ġbir u trattament ineffiċjenti tal-ilma, setgħu ġew evitati b’fehim aħjar tat-tagħbija attwali li għandha tiġi ttrattata.

Ir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti mid-Direttiva jistgħu jittejbu u jiġu mmodernizzati sabiex jiġi żgurat infurzar aħjar tad-Direttiva.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja:

Tagħlimiet meħuda mill-kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja ppubblikata f’Novembru 2019 – SWD(2019)427 final.

Dan il-kontroll tal-idoneità kkonkluda li d-Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali kienu parzjalment effettivi fit-titjib tal-kwalità tal-arja u fil-kisba ta’ standards tal-kwalità tal-arja, iżda li sal-lum ma ntlaħqux l-objettivi kollha tagħhom: id-Direttivi kienu ggwidaw l-istabbiliment ta’ monitoraġġ rappreżentattiv ta’ kwalità għolja tal-kwalità tal-arja, stabbilew standards ċari tal-kwalità tal-arja, u ffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni affidabbli, oġġettiva u komparabbli dwar il-kwalità tal-arja, inkluż lil pubbliku usa’. Madankollu, huma kellhom anqas suċċess fl-iżgurar li tittieħed azzjoni suffiċjenti sabiex jiġu ssodisfati l-istandards tal-kwalità tal-arja u sabiex l-qabżiet jinżammu qosra kemm jista’ jkun, għalkemm min-naħa l-oħra kien hemm tendenza ’l isfel fit-tniġġis tal-arja u tnaqqis fin-numru u fid-daqs tal-qabżiet.

Tqiesu wkoll it-tagħlimiet mill-kontroll tal-idoneità dwar il-monitoraġġ u r-rapportar fil-politika ambjentali (SWD(2017) 230 final) b’rabta mal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja. B’mod partikolari, dan il-kontroll tal-idoneità kkonkluda li, għall-kwalità tal-arja, ir-rapportar juża approċċ ta’ rapportar elettroniku tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku li bih l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja ssir disponibbli f’format standardizzat, li jista’ jinqara mill-magni u konformi mal-INSPIRE. L-approċċ huwa mmirat b’mod espliċitu lejn is-simplifikazzjoni tal-ammont ta’ informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sabiex tiġi mmassimizzata l-utilità ta’ tali informazzjoni u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv – iżda jħalli wkoll lok għal aktar simplifikazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE (speċjalment ta’ rekwiżiti ġodda ta’ rapportar).

 

Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din l-azzjoni hija konsistenti ma’ numru ta’ politiki oħrajn tal-UE u inizjattivi li għaddejjin bħalissa li joħorġu mill-Patt Ekoloġiku Ewropew.

L-inizjattiva taqa’ taħt l-Intestatura 3 (Ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent), it-Titolu 9 (L-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika) tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Kif spjegat fid-dettall hawn taħt, l-implimentazzjoni ta’ din il-biċċa leġiżlazzjoni se teħtieġ riżorsi umani addizzjonali u wkoll xi nefqa ta’ appoġġ fl-EEA u fl-ECHA. Iż-żieda korrispondenti tas-sussidju lill-aġenziji se tiġi kkumpensata mill-programm tal-UE għall-azzjoni ambjentali u klimatika (LIFE) 2021–2027.

Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Ġestjoni Integrata tal-Ilma:

Appoġġ xjentifiku mill-ECHA, li qabel kien imwettaq mill-JRC, mill-Kumitat SCHEER u mill-kuntratturi 

L-appoġġ xjentifiku bħalissa qiegħed jiġi pprovdut b’mod pjuttost mhux sistematiku, iżda abbażi ta’ serje ta’ arranġamenti amministrattivi mal-JRC li huma soġġetti għal rieżamijiet u estensjonijiet frekwenti, kuntratti rinnovabbli ma’ espert indipendenti dwar l-ilma ta’ taħt l-art, kuntratturi involuti fil-valutazzjoni tal-impatt, riżorsi proprji (kemm il-JRC kif ukoll id-DĠ ENV); hemm ħafna dipendenza fuq il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam tad-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art. Il-Kumitat SCHEER, li huwa ġestit mid-DĠ SANTE, ipprovda bosta opinjonijiet xjentifiċi (eż. taħt l-EQSD, SCHEER adotta aktar minn 50 opinjoni fil-perjodu 2011-2022). Dan ma jippermettix proposti kkoordinati, sistematiċi, koerenti u f’waqthom biżżejjed. Fir-rigward tal-ECHA, hija bħalissa ma għandhiex mandat legali sabiex twettaq kwalunkwe kompitu relatat mad-WFD.

Il-proposta għandha l-għan li tissimplifika u ttejjeb il-proċess xjentifiku billi tissostitwixxi dawn il-forom mhux sistematiċi ta’ appoġġ b’“punt uniku ta’ servizz” għall-appoġġ xjentifiku kollu, jiġifieri l-ECHA. Taħt l-Istrateġija dwar Sustanzi Kimiċi Sostenibbli u “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”, l-ECHA se ssir responsabbli wkoll għall-aspetti xjentifiċi kollha tal-leġiżlazzjoni l-oħra kollha dwar is-sustanzi kimiċi. Dan se jiggarantixxi r-robustezza xjentifika u jippermetti sinerġiji bejn is-sorsi ta’ informazzjoni fil-leġiżlazzjoni kollha.

Il-kontribuzzjoni lill-ECHA se tiġi kkumpensata bis-sħiħ permezz ta’ tnaqqis fil-baġit ta’ LIFE. Dawn ir-riżorsi bħalissa qegħdin jintefqu fuq il-qafas aktar irregolari għall-għoti ta’ appoġġ xjentifiku (kuntratturi, Arranġamenti Amministrattivi tal-JRC, opinjoni ta’ SCHEER).

Appoġġ għaċ-ċentralizzazzjoni u l-ipproċessar tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istatus – riżorsi addizzjonali għall-EEA sabiex tiżgura informazzjoni aktar regolari dwar l-istat tal-ilma – implimentazzjoni aħjar – identifikazzjoni ta’ ħtiġijiet ġodda

L-EEA (3,5 FTE) bħalissa qiegħda tospita u tiġġestixxi bażi tad-data estensiva ta’ informazzjoni relatata mal-ilma rrapportata mill-Istati Membri b’mod elettroniku kull 6 snin; dik il-bażi tad-data tospita l-Pjanijiet formali ta’ Mmaniġġjar tal-Baċin tax-Xmara li jridu jiġu rrapportati f’konformità mal-Artikoli 13 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE, kif ukoll informazzjoni addizzjonali rrapportata b’mod elettroniku fuq bażi volontarja, f’konformità mal-gwida żviluppata mill-KE b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Madankollu, il-bażi tad-data ma tinkludix jew ma torbotx mad-data ta’ monitoraġġ attwali u l-istatus huwa espress biss f’termini ta’ status tajjeb ta’ “suċċess/falliment”, li ma jipprovdix wisq għarfien dwar il-kobor tal-qabżiet u, b’hekk, ifixkel l-iffokar tar-reazzjonijiet tal-politika fuq il-hotspots tat-tniġġis. Barra minn hekk, billi l-informazzjoni tiġi rrapportata biss kull 6 snin, hija malajr tiskadi u ma huwiex verament utli li jiġu prijoritizzati l-miżuri jew li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni (pereżempju, l-allegazzjonijiet fil-mistoqsijiet bil-miktub, fil-petizzjonijiet u fl-ilmenti ma jistgħux jiġu vverifikati b’mod effettiv abbażi ta’ informazzjoni skaduta).

Għalhekk, il-proposta tfittex li tintroduċi obbligu għar-rapportar annwali, lill-EEA, ta’ data dwar il-monitoraġġ u l-istatus. Dan se jrendi informazzjoni siewja sabiex tiġi investigata r-rabta bejn kwalità aħjar tal-ilma u saħħa tal-bniedem imtejba billi tintuża data mill-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ilma. L-isforzi addizzjonali inizjali mistennija meħtieġa sabiex jiġi ssimplifikat ir-rapportar se jiġu kkumpensati, fuq perjodu ta’ żmien twil, minn piżijiet amministrattivi mnaqqsa, li jirriżultaw miż-żieda fid-“diġitalizzazzjoni” u r-“rapportar obbligatorju minn sistema għal sistema” (mekkaniżmu awtomatizzat għall-għoti tad-data).

Id-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi:    

L-implimentazzjoni tad-Direttiva se tirrikjedi pproċessar u analiżi estensivi tad-data. Id-dipendenza fuq l-għarfien espert tal-EEA għandha ħafna vantaġġi: sistemi allinjati ma’ rapportar ieħor lill-EEA (WFD, EPRTR); l-effiċjenza tal-proċessi; riskju mnaqqas ta’ introduzzjoni ta’ żbalji permezz tal-użu ta’ sistemi differenti; l-iżvilupp ta’ għarfien espert tal-kontenut u valutazzjonijiet ibbażati fuq fehim dettaljat tad-data, billi nafu kif tiġi dderivata d-data.

Fin-nuqqas ta’ nefqa tal-persunal u nefqa operazzjonali, tali żviluppi se jkollhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ konsulenza fid-DĠ ENV.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja:

Kompiti relatati mar-rapportar u l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ data dwar il-kwalità tal-arja. L-espansjoni tal-infrastruttura għar-rapportar kontinwu u l-appoġġ għalih sabiex tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali dwar il-kwalità tal-arja tista’ tibni fuq il-portal eżistenti dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u r-repożitorju tad-data ġestiti mill-EEA sabiex jiġi żgurat titjib fl-effiċjenza permezz ta’ koerenza ma’ flussi oħrajn ta’ rapportar ambjentali. It-twaqqif u ż-żamma ta’ infrastruttura ta’ rapportar kompletament ġdida għar-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti mid-Direttiva riveduta (eż. fil-JRC jew ospitata minn konsulenti esterni) ikunu jeħtieġu żvilupp ġdid għali u jinvolvu r-riskju ta’ inkonsistenzi mal-infrastruttura ta’ rapportar eżistenti. B’hekk, l-aktar approċċ effettiv ikun li tissaħħaħ ir-riżorsa tal-EEA għal espansjoni u manutenzjoni sussegwenti tal-portal eżistenti dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u tar-repożitorju tad-data – permezz ta’ persunal addizzjonali jew permezz ta’ riallokazzjoni interna. Dan jipprovdi l-aħjar relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u l-kisba tal-objettivi u l-kompiti relatati.

Kompiti relatati mal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali. Il-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-arja bħalissa huma pprovduti mill-EEA fuq bażi annwali, bl-użu tad-data dwar il-kwalità tal-arja rrapportata permezz tal-portal dwar il-kwalità tal-arja u r-repożitorju tad-data, kif ukoll ta’ għarfien xjentifiku addizzjonali tal-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa u l-ambjent. Bid-dispożizzjonijiet imsaħħa dwar il-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja, se ssir disponibbli informazzjoni addizzjonali, inkluż dwar sustanzi niġġiesa ta’ tħassib emerġenti u dwar ir-rabtiet bejn it-tniġġis tal-arja, it-tibdil fil-klima, is-saħħa tal-bniedem u tal-ekosistema. Jenħtieġ li l-valutazzjoni ta’ tali data u informazzjoni tkun ibbażata fuq bażi robusta regolari u xjentifika, u f’sinkronizzazzjoni mal-valutazzjonijiet eżistenti tal-kwalità tal-arja diġà pprovduti mill-EEA. B’hekk, huwa preferibbli wkoll li tiġi żgurata koerenza tal-analiżi, sabiex dawn il-kompiti jiġu integrati fl-EEA minflok ma jiġu esternalizzati lil konsulenti esterni differenti. Dan se jirrikjedi kompetenzi speċifiċi addizzjonali u x’aktarx anke persunal addizzjonali. Dan jipprovdi l-aħjar relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u l-kisba tal-objettivi u l-kompiti relatati.

Kompiti relatati mal-appoġġ tekniku u xjentifiku għall-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja. Matul l-aħħar 10 snin, il-JRC appoġġa l-kompiti kollha għall-appoġġ tekniku u xjentifiku għall-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja – li jeħtieġu indipendenza ekonomika mill-fornituri tat-tagħmir għall-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità. Il-kompitu speċifiku meħtieġ jinkludi:

L-appoġġ u l-gwida għall-iżvilupp ta’ approċċi mtejba relatati mal-monitoraġġ tat-tniġġis tal-arja u l-użu ta’ mmudellar tal-kwalità tal-arja;

L-appoġġ għat-titjib metodoloġiku relatat mar-rappreżentattività spazjali tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja, valutazzjonijiet armonizzati tal-kwalità tal-arja, u allokazzjoni tas-sorsi;

L-appoġġ għall-elaborazzjoni ta’ gwida prattika għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali dwar il-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja;

L-organizzazzjoni u l-presidenza ta’ networks ewlenin ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-politika dwar l-arja fil-livell urban, reġjonali u nazzjonali (eż. AQUILA u FAIRMODE);

L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ standards relatati mal-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

L-appoġġ tal-JRC ikun garantit bl-aħjar mod billi jiġi żgurat li dan ikun fil-programm ta’ ħidma tal-JRC, u jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju addizzjonali ta’ madwar EUR 100 000 fis-sena. L-appoġġ kontinwu tal-JRC jipprovdi l-aħjar relazzjoni bejn ir-riżorsi użati u l-kisba tal-objettivi u l-kompiti relatati.



Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija mill-2024 (għat-Trattament tal-Ilma Urban Mormi), mill-2024 sal-2025 (għall-ġestjoni integrata tal-ilma) mill-2024 sal-2027 (għal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja),

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 67  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

 mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

 lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

 lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

 lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

 lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

 lill-korpi tal-liġi pubblika;

 lill-korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku diment li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

 L-inizjattivi jinvolvu l-akkwist, l-arranġament amministrattiv mal-JRC, iż-żieda fil-kontribuzzjoni għall-ECHA u għall-EEA u l-impatt fuq il-COM HR. Japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

M/A – ara hawn fuq.

Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

M/A – ara hawn fuq.

Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

M/A – ara hawn fuq.

Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

M/A – ara hawn fuq.

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji. 

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 68 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 69

mill-pajjiżi kandidati 70

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

09 02 02 L-Ekonomija Ċirkolari u l-kwalità tal-ħajja

Diff.

IVA

LE

/LE

LE

3

09 10 01 L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – direttivi ambjentali u konvenzjonijiet internazzjonali

Diff.

IVA

LE

LE

LE

3

09 10 02 L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Diff.

IVA

IVA

LE

LE

7

20 01 02 01 – Rimunerazzjoni u gratifiki

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Mhux applikabbli

Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

3

Riżorsi naturali u ambjent

DĠ: ENV

2023

2024

2025

2026

2027 u lil hinn

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

09 02 02 L-Ekonomija Ċirkolari u l-kwalità tal-ħajja

Impenji

(1)

0,100

0,100

0,100

0,100

0,100

0,500

Pagamenti

(2)

0,100

0,100

0,100

0,100

0,100

0,500

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ ENV

Impenji

=(1)

0,100

0,100

0,100

0,100

0,100

0,500

Pagamenti

=(2)

0,100

0,100

0,100

0,100

0,100

0,500

L-ammont irrapportat hawn fuq fil-linja baġitarja 09.02.02 se jkun meħtieġ sabiex jiġi ffinanzjat arranġament amministrattiv mal-JRC u appoġġ finanzjarju addizzjonali li jammonta għal EUR 100 000 fis-sena għall-kompiti li ġejjin:

L-appoġġ u l-gwida għall-iżvilupp ta’ approċċi mtejba relatati mal-monitoraġġ tat-tniġġis tal-arja u l-użu ta’ mmudellar tal-kwalità tal-arja;

L-appoġġ għat-titjib metodoloġiku relatat mar-rappreżentattività spazjali tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja, valutazzjonijiet armonizzati tal-kwalità tal-arja, u allokazzjoni tas-sorsi;

L-appoġġ għall-elaborazzjoni ta’ gwida prattika għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali dwar il-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja;

L-organizzazzjoni u l-presidenza ta’ networks ewlenin ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-politika dwar l-arja fil-livell urban, reġjonali u nazzjonali (eż. AQUILA u FAIRMODE);

L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ standards relatati mal-monitoraġġ u l-immudellar tal-kwalità tal-arja b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

Aġenzija: ECHA – Direttivi Ambjentali

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal

Impenji

(1a)

0,734

1,498

1,528

1,559

5,319

Pagamenti

(2a)

0,734

1,498

1,528

1,559

5,319

Titolu 2: Infrastruttura

Impenji

(1b)

0,189

0,193

0,201

0,201

0.779

Pagamenti

(2b)

0,189

0,193

0,201

0,201

0.779

Titolu 3: Nefqa operazzjonali

Impenji

(1c)

0,673

0,686

0,702

0,718

2,779

Pagamenti

(2c)

0,673

0,686

0,702

0,718

2,779

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-aġenzija ECHA

Impenji

=1a+1b+1c

1,596

2,377

2,427

2,477

8,878

Pagamenti

=2a+2b+2c

1,596

2,377

2,427

2,477

8,878

Il-kostijiet tal-ECHA jinkludu l-kost għal 11-il FTE addizzjonali, maqsuma bejn 7 AT u 4 AK, għall-fini ta’:

 appoġġ xjentifiku li bħalissa qiegħed jitwettaq mill-kuntratturi tal-JRC u tad-DĠ ENV u mill-Kumitat SCHEER ta’ SANTE (attwalment 6,35 FTE fis-sena; skont il-proposta tal-ECHA, dan jammonta għal madwar 5,15-il FTE; dan ifisser riallokazzjoni effettiva tar-riżorsi)

 appoġġ xjentifiku li jirriżulta minn obbligi ġodda skont il-proposta:

-    għall-istabbiliment ta’ standards ta’ kwalità ambjentali għall-UE kollha għas-sustanzi niġġiesa ta’ tħassib “reġjonali/nazzjonali” (1 FTE fis-sena għal GW, 1 FTE għal SW)

-    għall-aġġornament ta’ GW fl-Anness I (1 FTE fis-sena)

-    għall-appoġġ fuq il-lista ta’ sorveljanza tal-ilma ta’ taħt l-art (0,6 FTE fis-sena)

-    għall-identifikazzjoni/iżvilupp ta’ metodoloġiji għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-mikroplastik, ta’ ġeni ta’ reżistenza antimikrobika (madwar 0,5 FTE flimkien ma’ madwar 1 FTE għall-appoġġ tal-IT flimkien ma’ 1,5 FTE għall-governanza)



Aġenzija: ŻEE

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Titolu 1: Nefqa fuq il-persunal

Impenji

(1a)

0,697

1,423

1,451

1,480

5,052

Pagamenti

(2a)

0,697

1,423

1,451

1,480

5,052

Titolu 2: Infrastruttura

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Titolu 3: Nefqa operazzjonali

Impenji

(1c)

0,490

0,620

0,420

0,420

1,950

Pagamenti

(2c)

0,490

0,620

0,420

0,420

1,950

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-aġenzija EEA

Impenji

=1a+1b+1c

1,187

2,043

1,871

1,900

7,002

Pagamenti

=2a+2b +2c

1,187

2,043

1,871

1,900

7,002

Il-kostijiet tal-EEA jinkludu l-kostijiet għal 8 FTE addizzjonali (5 AT u 3 AK), kif ukoll in-nefqa operazzjonali, għall-fini ta’:

L-indirizzar tal-obbligu addizzjonali għar-rapportar annwali, lill-EEA, tad-data dwar il-monitoraġġ u l-istatus permezz ta’ “rapportar minn sistema għal sistema” (mekkaniżmu awtomatizzat għall-għoti tad-data): 4 FTE (li 3 minnhom se jkunu AT addizzjonali/ġodda u AT wieħed se jkun mir-riallokazzjoni tal-EEA) flimkien ma’ 130 000 ta’ appoġġ tal-konsulenti għas-sena 1, imbagħad 80 000 fis-sena 2 u ’l quddiem. L-iżvilupp ta’ bażi tad-data standardizzata dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma (fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/741 dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma) u l-ġestjoni tal-flussi tad-data relatati u t-tħejjija ta’ ħarsa ġenerali lejn l-UE kollha. L-EEA se jkollha tiżgura l-kwalità tal-kontroll sabiex tiżgura li l-Istati Membri jkunu qegħdin jirrapportaw regolarment b’mod armonizzat u komparabbli (2 AK addizzjonali). B’kollox, ir-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu allokati lill-EEA għar-rapportar integrat tal-ilma u l-ħidma fuq l-użu mill-ġdid tal-ilma se jkunu 5 FTE addizzjonali, maqsuma bħala 3 AT u 2 AK.

Espert tal-UWWTD (1 AK addizzjonali) u appoġġ tal-IT sabiex jiġu stabbiliti u adattati bażijiet tad-data b’rabta mal-Artikolu 20 tar-riformulazzjoni proposta tad-direttiva dwar it-trattament tal-ilma urban mormi. Hija se tappoġġa wkoll l-iżvilupp ta’ indikaturi ġodda tal-konformità, pereżempju, dwar l-enerġija, il-mikrosustanzi niġġiesa, kif indikat bħalissa taħt il-proposta leġiżlattiva l-ġdida tad-Direttiva. Hija se tintuża wkoll sabiex jiġu riveduti u aġġornati l-profili tal-pajjiżi tal-UWWTD, li issa qegħdin jieħdu post ir-rapporti nazzjonali https://water.europa.eu/freshwater/countries/uwwtIt u sabiex jiġu riveduti l-flussi tad-data eżistenti, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jakkomodaw ir-rekwiżiti l-ġodda tar-rapportar. Se ssir simplifikazzjoni ulterjuri bil-flussi tad-data relatati (eż. EPRTR u WISE). Il-ħtieġa għall-appoġġ tal-IT tammonta għal total ta’ 760 000, b’240 000 għas-sena 1, 260 000 fis-sena 2, u mbagħad 130 000 ’il quddiem.

Il-kompiti relatati mar-rapportar u l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ data dwar il-kwalità tal-arja se jeħtieġu riżorsi għal espansjoni u manutenzjoni sussegwenti tal-portal eżistenti dwar il-kwalità tal-arja ambjentali u tar-repożitorju tad-data. Il-kompiti relatati mal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali se jeħtieġu riżorsi sabiex jespandu l-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-arja attwalment ipprovduti fuq bażi annwali, speċjalment fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa ta’ tħassib emerġenti u dwar ir-rabtiet bejn it-tniġġis tal-arja, it-tibdil fil-klima, is-saħħa tal-bniedem u tal-ekosistema. Dan se jeħtieġ kompetenzi speċifiċi addizzjonali u, b’hekk, persunal espert addizzjonali fit-tul (2 FTE, it-tnejn li huma AT).



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali 

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 3 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+6

0,100

2,774

4,297

4,170

4,245

15,587

Pagamenti

=5+6

0,100

2,774

4,297

4,170

4,245

15,587




Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl-Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2024

2025

2026

2027 u lil hinn

TOTAL

DĠ: ENV

□ Riżorsi umani

0,314

0,314

0,314

0,314

1,256

□ Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ ENV

Approprjazzjonijiet

0,314

0,314

0,314

0,314

1,256

Il-membri tal-persunal addizzjonali tad-DĠ ENV (1 AD għall-Ġestjoni Integrata tal-Ilma u 1 AD għall-Kwalità tal-Arja) se:

Iħejju u jmexxu l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni ġodda tal-Kummissjoni, li jistabbilixxu listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art ta’ sustanzi niġġiesa ta’ tħassib emerġenti għall-monitoraġġ tagħhom bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards tal-UE;

Iħejju u jmexxu l-adozzjoni ta’ atti delegati ġodda tal-Kummissjoni, kull 6 snin, sabiex jirrieżaminaw u jaġġornaw il-lista ta’ sustanzi niġġiesa u l-istandards korrispondenti għall-UE kollha li jeħtieġ li jiġu indirizzati għall-fini tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

Isostnu djalogu dwar il-ġestjoni tal-ilma mal-Istati Membri, mal-EEA u mal-ECHA inkluż fil-qafas ta’ gruppi u kumitati ta’ esperti rilevanti;

Iħejju u jmexxu l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati ġodda tal-Kummissjoni marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida dwar il-Kwalità tal-Arja.

Jappoġġaw lit-tim fl-implimentazzjoni tad-Direttiva riveduta dwar il-Kwalità tal-Arja, speċjalment għal dispożizzjonijiet ġodda li jeħtieġu involviment imsaħħaħ mal-awtoritajiet kompetenti.

Iħejju u jmexxu l-iżvilupp ta’ gwida teknika li tirriżulta mir-reviżjoni, fil-qasam tal-monitoraġġ, l-immudellar, u l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja.

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riallokati fid-DĠ, flimkien ma’, jekk meħtieġa, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali, li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,314

0,314

0,314

0,314

1,256

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027 u lil hinn

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,100

3,197

4,834

4,712

4,791

17,653

Pagamenti

0,100

3,197

4,834

4,712

4,791

17,653

Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 71

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 72

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-ECHA, tal-EEA u tal-COM

L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-ECHA

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Direttivi dwar l-aġenti temporanji (Gradi AD) ENV

0,535

1,091

1,112

1,135

3,872

Aġenti temporanji (Gradi AST)

Aġenti kuntrattwali

0,200

0,407

0,416

0,424

1,447

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0,734

1,498

1,528

1,559

5,319

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Direttivi dwar l-aġenti temporanji (Gradi AD) ENV

7

7

7

7

Aġenti temporanji (Gradi AST)

Persunal bil-kuntratt ta’ REACH/CLP

4

4

4

4

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

11

11

11

11

L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-EEA

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi AD)

0,526

1,074

1,095

1,117

3,813

Aġenti temporanji (Gradi AST)

Aġenti kuntrattwali

0,171

0,349

0,356

0,363

1,239

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0,697

1,423

1,451

1,480

5,052

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi AD)

5

5

5

5

Aġenti temporanji (Gradi AST)

Aġenti kuntrattwali

3

3

3

3

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

8

8

8

8

Rekwiżiti stmati dwar l-approprjazzjonijiet amministrattivi fil-Kummissjoni

Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

     Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027 u lil hinn

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,314

0,314

0,314

0,314

1,256

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,314

0,314

0,314

0,314

1,256

Barra mill-INTESTATURA 7 73  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’
natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

TOTAL

0,314

0,314

0,314

0,314

1,256

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

2023

2024

2025

2026

2027 u lil hinn

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

2

2

2

2

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   74

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

2

2

2

2

2

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Iħejju u jmexxu l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni ġodda tal-Kummissjoni, li jistabbilixxu listi ta’ sorveljanza tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art ta’ sustanzi niġġiesa ta’ tħassib emerġenti għall-monitoraġġ tagħhom bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards tal-UE;

Iħejju u jmexxu l-adozzjoni ta’ atti delegati ġodda tal-Kummissjoni, kull 6 snin, sabiex jirrieżaminaw u jaġġornaw il-lista ta’ sustanzi niġġiesa u l-istandards korrispondenti għall-UE kollha li jeħtieġ li jiġu indirizzati għall-fini tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

Isostnu djalogu dwar il-ġestjoni tal-ilma mal-Istati Membri, mal-EEA u mal-ECHA inkluż fil-qafas ta’ gruppi u kumitati ta’ esperti rilevanti;

Iħejju u jmexxu l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati ġodda tal-Kummissjoni marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida dwar il-Kwalità tal-Arja.

Jappoġġaw lit-tim fl-implimentazzjoni tad-Direttiva riveduta dwar il-Kwalità tal-Arja, speċjalment għal dispożizzjonijiet ġodda li jeħtieġu involviment imsaħħaħ mal-awtoritajiet kompetenti.

Iħejju u jmexxu l-iżvilupp ta’ gwida teknika li tirriżulta mir-reviżjoni, fil-qasam tal-monitoraġġ, l-immudellar, u l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja.

Persunal estern

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Il-pakkett LIFE (linja baġitarja 09.02.02) se jintuża sabiex jikkumpensa għaż-żieda tas-sussidju tal-ECHA u tal-EEA.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 75

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati





Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 76

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)    Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(2)    Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
(3)    Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
(4)    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(5)    Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
(6)    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(7)    Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
(8)    Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37).
(9)    Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).
(10)    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(11)    L-Artikolu 16(4) u 16(7) tad-Direttiva 2000/60/KE (WFD); l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/105/KE (EQSD) u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/118/KE (GWD).
(12)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – Kontroll tal-idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, tad-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art, tad-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali u tad-Direttiva dwar l-Għargħar, SWD(2019) 439 final.
(13)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM(2020) 380 final.
(14)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni tal-UE Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija – Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd, COM(2021) 400 final.
(15)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(16)    Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177 tal-5.6.2020, p. 32).
(17)        COM (2022) 156 final/3 u COM/2022/157 final.
(18)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020) 381 final.
(19)    COM(2022) 305 final.
(20)    Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(21)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari, COM/2018/028 final.
(22)    Id-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1).
(23)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva, COM/2020/98 final.
(24)    Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).
(25)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità COM(2020) 667 final.
(26)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Approċċ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea għall-Farmaċewtiċi fl-Ambjent, COM(2019) 128 final.
(27)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, COM/2020/761 final.
(28)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija Ewropea għad-Data, COM/2020/66 final.
(29)    Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(30)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni - Kontroll tal-Idoneità tal-aktar leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sustanzi kimiċi (minbarra REACH), kif ukoll aspetti relatati tal-leġiżlazzjoni applikati għall-industriji downstream, SWD(2019) 199 final.
(31)     wfd - Librerija (europa.eu)
(32)    Ares(2022)4634431) l-24 ta’ Ġunju 2022
(33)    ĠU C , , p. .
(34)    ĠU C , , p. .
(35)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final).
(36)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità COM(2020) 667 final.
(37)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM(2021) 400 final.
(38)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari, COM/2018/028 final.
(39)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa, COM/2020/761 final.
(40)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM(2020) 380 final.
(41)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020) 381 final.
(42)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE dwar il-ħamrija għall-2030, Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima, COM/2021/699 final.
(43)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa     COM/2020/67 final.
(44)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija Ewropea għad-data, COM(2020) 66 final.
(45)    Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
(46)    Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).
(47)    Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika tal-ilma u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).
(48)    Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).
(49)    Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(50)    Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(51)    Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
(52)    Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).
(53)    Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
(54)    Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).
(55)    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(56)    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
(57)    Id-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (ĠU L 435, 23.12.2020, p. 1).
(58)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – Kontroll tal-idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, tad-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art, tad-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali u tad-Direttiva dwar l-Għargħar, SWD(2019) 439 final.
(59)    Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(60)    Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(61)    Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(62)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(63) +    OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument COM (2022) 157 u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna
(64)    Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(65) +    OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument COM (2022) 157++ OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument COM (2022) 157+++    OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument COM (2022) 157
(66)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(67)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(68)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(69)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(70)    Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.
(71)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(72)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(73)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(74)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(75)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(76)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 26.10.2022

COM(2022) 540 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li temenda d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2006/118/KE dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament u d-Direttiva 2008/105/KE dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma

{SEC(2022) 540 final} - {SWD(2022) 540 final} - {SWD(2022) 543 final}


ANNESS I

L-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE huwa emendat kif ġej:

(1)il-punti 1.1.1. sa 1.1.4. huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.1.1.   Xmajjar

Elementi bijoloġiċi

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ flora akkwatika

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ fawna invertebrata bentika

Kompożizzjoni, abbundanza u struttura tal-età tal-fawna tal-ħut

Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Reġim idroloġiku

kwantità u dinamika tal-fluss tal-ilma

konnessjoni mal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art

Kontinwità tax-xmara

Kundizzjonijiet morfoloġiċi

varjazzjoni fil-wisa’ u l-fond tax-xmara

struttura u substrat tal-qiegħ tax-xmara

struttura taż-żona tax-xtut ta’ xmara

Elementi fiżikokimiċi ġenerali li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Kundizzjonijiet termali

Kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni

Salinità

Stat ta’ aċidifikazzjoni

Kundizzjonijiet tan-nutrijenti

1.1.2. Lagi

Elementi bijoloġiċi

Kompożizzjoni, abbundanza u bijomassa ta’ fitoplankton

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ flora akkwatika oħra

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ fawna invertebrata bentika

Kompożizzjoni, abbundanza u struttura tal-età tal-fawna tal-ħut

Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Reġim idroloġiku

kwantità u dinamika tal-fluss tal-ilma

ħin ta’ residenza

konnessjoni mal-korp tal-ilma ta’ taħt l-art

Kundizzjonijiet morfoloġiċi

varjazzjoni fil-fond tal-lag

kwantità, struttura u substrat tal-qiegħ tal-lag

struttura tal-plajja tal-lag

Elementi fiżikokimiċi ġenerali li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Trasparenza

Kundizzjonijiet termali

Kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni

Salinità

Stat ta’ aċidifikazzjoni

Kundizzjonijiet tan-nutrijenti

1.1.3.   Ilmijiet tranżizzjonali

Elementi bijoloġiċi

Kompożizzjoni, abbundanza u bijomassa ta’ fitoplankton

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ flora akkwatika oħra

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ fawna invertebrata bentika

Kompożizzjoni u abbundanza tal-fawna tal-ħut

Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Kundizzjonijiet morfoloġiċi

varjazzjoni fil-fond

kwantità, struttura u substrat tal-qiegħ

struttura taż-żona intermareali

Reġim tal-marea

fluss tal-ilma ħelu

kxif tal-mewġa

Elementi fiżikokimiċi ġenerali li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Trasparenza

Kundizzjonijiet termali

Kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni

Salinità

Kundizzjonijiet tan-nutrijenti

1.1.4. Ilmijiet kostali

Elementi bijoloġiċi

Kompożizzjoni, abbundanza u bijomassa ta’ fitoplankton

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ flora akkwatika oħra

Kompożizzjoni u abbundanza ta’ fawna invertebrata bentika

Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Kundizzjonijiet morfoloġiċi

varjazzjoni fil-fond

struttura u substrat tal-qiegħ tal-kosta

struttura taż-żona intermareali

Reġim tal-marea

direzzjoni tal-kurrenti dominanti

kxif tal-mewġa

Elementi fiżikokimiċi ġenerali li jappoġġaw l-elementi bijoloġiċi

Trasparenza

Kundizzjonijiet termali

Kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni

Salinità

Kundizzjonijiet tan-nutrijenti.”;

(2)fil-punt 1.2.1, it-tabella “Elementi ta’ kwalità fiżjokimika” hija sostitwita b’din li ġejja:

“Elementi ġenerali ta’ kwalità fiżikokimika 

Element

Stat għoli

Stat tajjeb

Stat moderat

Kundizzjonijiet ġenerali

Il-valuri tal-elementi fiżikokimiċi ġenerali jikkorrispondu totalment jew kważi totalment għal kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-livelli ta’ salinità, il-pH, il-bilanċ tal-ossiġenu, il-kapaċità tan-newtralizzazzjoni tal-aċidu u t-temperatura ma jurux sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-bilanċ tal-ossiġenu, il-pH, il-kapaċità tan-newtralizzazzjoni tal-aċidu u s-salinità ma jilħqux livelli barra mill-medda stabbilita sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema speċifika għat-tip u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti ma jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.”;

(3)fil-punt 1.2.2, it-tabella “Elementi ta’ kwalità fiżjokimika” hija sostitwita b’din li ġejja:

“Elementi ġenerali ta’ kwalità fiżikokimika

Element

Stat għoli

Stat tajjeb

Stat moderat

Kundizzjonijiet ġenerali

Il-valuri tal-elementi fiżikokimiċi ġenerali jikkorrispondu totalment jew kważi totalment għal kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-livelli ta’ salinità, il-pH, il-bilanċ tal-ossiġenu, il-kapaċità tan-newtralizzazzjoni tal-aċidu, it-trasparenza u t-temperatura ma jurux sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-bilanċ tal-ossiġenu, il-pH, il-kapaċità tan-newtralizzazzjoni tal-aċidu, it-trasparenza u s-salinità ma jilħqux livelli barra mill-medda stabbilita sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti ma jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.”;

(4)fil-punt 1.2.3, it-tabella “Elementi ta’ kwalità fiżjokimika” hija sostitwita b’din li ġejja:

“Elementi ġenerali ta’ kwalità fiżikokimika

Element

Stat għoli

Stat tajjeb

Stat moderat

Kundizzjonijiet ġenerali

L-elementi fiżikokimiċi ġenerali jikkorrispondu totalment jew kważi totalment għal kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-bilanċ tal-ossiġenu u t-trasparenza ma jurux sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni u t-trasparenza ma jilħqux livelli barra mill-meded stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti ma jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.”;

(5)fil-punt 1.2.4, it-tabella “Elementi ta’ kwalità fiżjokimika” hija sostitwita b’din li ġejja:

   “Elementi ġenerali ta’ kwalità fiżikokimika

Element

Stat għoli

Stat tajjeb

Stat moderat

Kundizzjonijiet ġenerali

L-elementi fiżikokimiċi ġenerali jikkorrispondu totalment jew kważi totalment għal kundizzjonijiet mhux disturbati.

Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti jibqgħu fil-medda normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-bilanċ tal-ossiġenu u t-trasparenza ma jurux sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fil-meded normalment assoċjati ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati.

It-temperatura, il-kundizzjonijiet ta’ ossiġenazzjoni u t-trasparenza ma jilħqux livelli barra mill-meded stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Il-konċentrazzjonijiet tan-nutrijenti ma jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-ekosistema u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.

Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi tal-kwalità bijoloġika.”;

(6) fil-punt 1.2.5, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)titħassar il-ħames ringiela għall-entrata “Sustanzi niġġiesa sintetiċi speċifiċi”;

(b)titħassar is-sitt ringiela għall-entrata “Sustanzi niġġiesa mhux sintetiċi speċifiċi”;

(c)titħassar is-seba’ ringiela għan-nota tat-tabella (1);

(7)jitħassar il-punt 1.2.6;

(8)fil-punt 1.3, jiżdiedu r-raba’ u l-ħames paragrafi li ġejjin:

“Meta n-network ta’ monitoraġġ jinvolvi l-osservazzjoni tad-dinja u t-telerilevament aktar milli punti ta’ kampjunar lokali, jew tekniki innovattivi oħrajn, il-mappa tan-network ta’ monitoraġġ għandha tinkludi informazzjoni dwar l-elementi ta’ kwalità u l-korpi tal-ilma jew il-gruppi ta’ korpi tal-ilma li jkunu ġew immonitorjati bl-użu ta’ tali metodi ta’ monitoraġġ. Għandha ssir referenza għall-istandards CEN, ISO, jew għal standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jkunu ġew applikati sabiex jiġi żgurat li d-data temporali u spazjali miksuba tkun affidabbli daqs dik miksuba permezz tal-użu ta’ metodi ta’ monitoraġġ konvenzjonali fil-punti ta’ kampjunar lokali.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw metodi ta’ kampjunar passiv sabiex jimmonitorjaw is-sustanzi kimiċi li jniġġsu, fejn xieraq, b’mod partikolari għal finijiet ta’ skrinjar, bil-kundizzjoni li dawk il-metodi ta’ kampjunar ma jissottovalutawx il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa li għalihom japplikaw l-istandards tal-kwalità ambjentali, u b’hekk jidentifikaw b’mod affidabbli “in-nuqqas li jinkiseb status tajjeb”, u li l-analiżi kimika tal-kampjuni tal-ilma, tal-bijota jew tas-sediment, skont l-istandards ta’ kwalità ambjentali applikati, titwettaq kull fejn jiġi osservat tali nuqqas. L-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll metodi ta’ kampjunar ibbażati fuq l-effett soġġetti għall-istess kundizzjonijiet.”;

(9)fil-punt 1.3.1., l-aħħar paragrafu, “Selezzjoni ta’ elementi ta’ kwalità” huwa sostitwit b’dan li ġej:

Selezzjoni ta’ elementi ta’ kwalità

Il-monitoraġġ ta’ sorveljanza għandu jitwettaq għal kull sit ta’ monitoraġġ għal perjodu ta’ sena matul il-perjodu kopert minn pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Il-monitoraġġ ta’ sorveljanza għandu jkopri dawn li ġejjin:

(a) parametri indikattivi tal-elementi kollha ta’ kwalità bijoloġika;

(b) parametri indikattivi tal-elementi kollha ta’ kwalità idromorfoloġika;

(c) parametri indikattivi tal-elementi kollha ta’ kwalità fiżikokimika ġenerali;

(d) sustanzi niġġiesa ta’ lista ta’ prijorità li jiġu skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fil-baċin tax-xmara jew fis-sottobaċin;

(e) sustanzi niġġiesa oħrajn skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fi kwantitajiet sinifikanti fil-baċin tax-xmara jew fis-sottobaċin.

Madankollu, fejn l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ tas-sorveljanza preċedenti wera li l-korp ikkonċernat laħaq status tajjeb u ma hemm l-ebda evidenza mir-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imsemmi fl-Anness II li l-impatti fuq il-ġisem inbidlu, il-monitoraġġ tas-sorveljanza għandu jitwettaq darba matul il-perjodu kopert minn tliet pjanijiet konsekuttivi ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.”;

(10)il-punt 1.3.2. huwa emendat kif ġej:

“(a) fit-tielet paragrafu, “Selezzjoni ta’ siti ta’ monitoraġġ”, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:

Għandu jitwettaq monitoraġġ operazzjonali għal dawk il-korpi tal-ilma kollha li, abbażi jew tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa f’konformità mal-Anness II jew inkella tal-monitoraġġ ta’ sorveljanza, jiġu identifikati bħala li jinsabu f’riskju li jonqsu milli jilħqu l-objettivi ambjentali tagħhom skont l-Artikolu 4 u għal dawk il-korpi tal-ilma li fihom is-sustanzi tal-lista ta’ prijorità jiġu skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor jew li fihom is-sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċin tax-xmara jiġu skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fi kwantitajiet sinifikanti.;

(b) fir-raba’ paragrafu, “Selezzjoni ta’ elementi ta’ kwalità”, it-tieni inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“– is-sustanzi prijoritarji kollha skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fil-korpi tal-ilma u s-sustanzi niġġiesa kollha speċifiċi għall-baċin tax-xmara skarikati jew iddepożitati b’mod ieħor fil-korpi tal-ilma fi kwantitajiet sinifikanti.”;

(11)fil-punt 1.3.4, it-tabella, is-sitt ringiela taħt l-intestatura “Fiżikokimiċi”, il-kliem “Sustanzi niġġiesa oħrajn” huwa sostitwit bil-kliem “Sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċin tax-xmara”;

(12)il-punt 1.4.1 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-punt (vii), titħassar it-tieni sentenza.;

(b)jitħassar il-punt (viii);

(c)il-punt (ix) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ix) Ir-riżultati tal-eżerċizzju ta’ interkalibrar u l-valuri stabbiliti għall-klassifikazzjonijiet tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri f’konformità mal-punti (i) sa (viii) għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-att delegat f’konformità mal-Artikolu 20.”;

(13)fil-punt 1.4.2, jitħassar il-punt (iii);

(14)fl-ewwel paragrafu tal-punt 1.4.3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’din li ġejja:

“Korp tal-ilma għandu jiġi rreġistrat bħala li jikseb stat kimiku tajjeb fejn ikun konformi mal-istandards ta’ kwalità ambjentali kollha stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE u mal-istandards ta’ kwalità ambjentali stabbiliti skont l-Artikoli 8 u 8d ta’ dik id-Direttiva.”;

(15)fil-punt 2.2.1., jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fejn in-network ta’ monitoraġġ jinvolvi metodi ta’ osservazzjoni tad-dinja jew telerilevament aktar milli punti ta’ kampjunar lokali, jew tekniki innovattivi oħrajn, għandha ssir referenza għall-istandards CEN, ISO, jew għal standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jkunu ġew applikati sabiex jiġi żgurat li d-data temporali u spazjali miksuba tkun affidabbli daqs dik miksuba permezz tal-użu ta’ metodi ta’ monitoraġġ konvenzjonali fil-punti ta’ kampjunar lokali.”;

(16)il-punt 2.3.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.3.2.   Definizzjoni tal-istat kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art

Elementi

Stat tajjeb

Ġenerali

Il-kompożizzjoni kimika tal-korp tal-ilma ta’ taħt l-art hija tali li l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa:

— kif speċifikati hawn taħt, ma jurux l-effetti tal-intrużjonijiet salini jew ta’ intrużjonijiet oħrajn

— ma jaqbżux l-istandards ta’ kwalità tal-ilma ta’ taħt l-art kif imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE, il-valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art u l-indikaturi tat-tniġġis stabbiliti skont l-Artikolu 3(1), il-punt (b) ta’ dik id-Direttiva u l-valuri ta’ limitu għall-Unjoni kollha stabbiliti skont l-Artikolu 8(3) ta’ dik id-Direttiva

— ma jkunux tali li jirriżultaw fin-nuqqas li jintlaħqu l-objettivi ambjentali speċifikati taħt l-Artikolu 4 għall-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati, lanqas fi kwalunkwe tnaqqis sinifikanti tal-kwalità ekoloġika jew kimika ta’ tali korpi u lanqas fi kwalunkwe ħsara sinifikanti fl-ekosistemi terrestri li jiddependu direttament fuq il-korp tal-ilma ta’ taħt l-art

Konduttività

Il-bidliet fil-konduttività ma humiex indikattivi ta’ intrużjoni salina jew intrużjoni oħra fil-korp tal-ilma ta’ taħt l-art”;

(17)fil-punt 2.4.1., jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Fejn in-network ta’ monitoraġġ jinvolvi l-osservazzjoni tad-dinja jew it-telerilevament aktar milli punti ta’ kampjunar lokali, jew tekniki innovattivi oħrajn, għandha ssir referenza għall-istandards CEN, ISO, jew standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jkunu ġew applikati sabiex jiġi żgurat li d-data temporali u spazjali miksuba tkun affidabbli daqs dik miksuba permezz tal-użu ta’ metodi ta’ monitoraġġ konvenzjonali fil-punti ta’ kampjunar lokali.”;

(18)il-punt 2.4.5. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.4.5. Interpretazzjoni u preżentazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art

Fil-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art, ir-riżultati ta’ punti ta’ monitoraġġ individwali fi ħdan korp tal-ilma ta’ taħt l-art għandhom jiġu aggregati għall-korp kollu kemm hu. Il-valur medju tar-riżultati tal-monitoraġġ f’kull punt fil-korp jew il-gruppi ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art għandu jiġi kkalkolat għall-parametri li ġejjin:

(a) parametri kimiċi li għalihom ġew stabbiliti standards ta’ kwalità fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE;

(b) parametri kimiċi li għalihom ġew stabbiliti limiti nazzjonali skont l-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/118/KE;

(c) parametri kimiċi li għalihom ġew stabbiliti limiti għall-Unjoni kollha skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/118/KE.

Il-valuri medji msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jintużaw sabiex tintwera l-konformità mal-istat kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art definit b’referenza għall-istandards ta’ kwalità u l-valuri ta’ limitu msemmija fl-ewwel paragrafu.

Soġġett għall-punt 2.5, l-Istati Membri għandhom jipprovdu mappa tal-istat kimiku tal-ilma ta’ taħt l-art, ikkodifikata bil-kuluri kif ġej:

Tajjeb: aħdar

Ħażin: aħmar

L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll b’tikka sewda fuq il-mappa dawk il-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art li huma soġġetti għal xejra ’l fuq sinifikanti u sostnuta fil-konċentrazzjonijiet ta’ kwalunkwe sustanza niġġiesa li tirriżulta mill-impatt tal-attività umana. It-treġġigħ lura ta’ xejra għandu jiġi indikat b’tikka blu fuq il-mappa.

Dawn il-mapep għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.”.

ANNESS II

L-Anness VIII tad-Direttiva 2000/60/KE huwa emendat kif ġej:

(1) il-punt 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10. Materjali f’sospensjoni, inklużi mikro/nanoplastik.”;

(2) huwa miżjud il-punt 13:

“13. Mikroorganiżmi, ġeni jew materjal ġenetiku li jirrifletti l-preżenza ta’ mikroorganiżmi reżistenti għall-aġenti antimikrobiċi, b’mod partikolari mikroorganiżmi patoġeniċi għall-bnedmin jew għall-bhejjem.”.

ANNESS III

“ANNESS I

STANDARDS TA’ KWALITÀ TAL-ILMA TA’ TAĦT L-ART (QS)

Nota 1: Il-QS għas-sustanzi niġġiesa elenkati taħt l-entrati 3 sa 7 għandhom japplikaw minn ... [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = l-ewwel jum tax-xahar wara 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva emendatorja], bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2033.

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

[Entrata] Nru

Isem tas-sustanza

Kategorija ta’ sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)  

Standard tal-Kwalità (3)

[µg/l sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

1

Nitrati

Nutrijenti

mhux applikabbli

mhux applikabbli

50 mg/l

2

Sustanzi attivi fil-pestiċidi, inklużi l-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u l-prodotti ta’ reazzjoni rilevanti tagħhom (4) 

Pestiċidi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,1 (individwali)

0,5 (total) (5)

3

Sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) - is-somma ta’ 24 (6)  

Sustanzi industrijali

Ara n-nota tat-tabella 6

Ara n-nota tat-tabella 6

0,0044 (7) 

4

Karbamażepina

Farmaċewtiċi

298-46-4

mhux applikabbli

0,25

5

Sulfametossażol

Farmaċewtiċi

723-46-6

mhux applikabbli

0,01

6

Sustanzi attivi farmaċewtiċi – total (8)

Farmaċewtiċi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,25

7

Metaboliti mhux rilevanti ta’ pestiċidi (nrMs)

Pestiċidi

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,1 (9) jew 1 (10) jew 2,5 jew 5 (11) (individwali)

0,5 (9) jew 5 (10) jew 12,5 (11) (total) (12)  

(1)CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)Dan il-parametru huwa l-QS espress bħala valur medju annwali. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi u l-isomeri kollha.

(4)“Pestiċidi” tfisser prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u prodotti bijoċidali msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, rispettivament.

(5)“Total” tfisser is-somma tal-pestiċidi individwali kollha skoperti u kkwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ, inklużi l-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u l-prodotti ta’ reazzjoni rilevanti tagħhom.

(6)Din tirreferi għall-komposti li ġejjin, elenkati bin-numru CAS, in-numru tal-UE u l-Fattur ta’ Potenza Relattiva (RPF) tagħhom: Aċidu perfluworoottanojku (PFOA) (CAS 335-67-1, UE 206-397-9) (RPF 1), Aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS) (CAS 1763-23-1, UE 217-179-8) (RPF 2), Aċidu perfluworoeżansulfoniku (PFHxS) (CAS 355-46-4, UE 206-587-1) (RPF 0,6)), Aċidu perfluworononanojku (PFNA) (CAS 375-95-1, UE 206-801-3) (RPF 10), Aċidu perfluworobutansulfoniku (PFBS) (CAS 375-73-5, UE 206-793-1) (RPF 0,001), Aċidu perfluworoessanojku (PFHxA) (CAS 307-24-4, UE 206-196-6) (RPF 0,01), Aċidu perfluworobutanojku (PFBA) (CAS 375-22-4, UE 206-786-3) (RPF 0,05), Aċidu perfluworopentanojku (PFPeA) (CAS 2706-90-3, UE 220-300-7) (RPF 0,03), Aċidu perfluworopentansulfoniku (PFPeS) (CAS 2706-91-4, UE 220-301-2) (RPF 0,3005), Aċidu perfluworodekanojku (PFDA) (CAS 335-76-2, UE 206-400-3) (RPF 7), Aċidu perfluworododekanojku (PFDoDA jew PFDoA) (CAS 307-55-1, UE 206-203-2) (RPF 3), Aċidu perfluworoundekanojku (PFUnDA jew PFUnA) (CAS 2058-94-8, UE 218-165-4) (RPF 4), Aċidu perfluworoettanojku (PFHpA) (CAS 375-85-9, UE 206-798-9) (RPF 0,505), Aċidu perfluworotridekanojku (PFTrDA) (CAS 72629-94-8, UE 276-745-2) (RPF 1,65), Aċidu perfluworoettansulfoniku (PFHpS) (CAS 375-92-8, UE 206-800-8) (RPF 1,3), Aċidu perfluworodekansulfoniku (PFDS) (CAS 335-77-3, UE 206-401-9) (RPF 2), Aċidu perfluworotetradekanojku (PFTeDA) (CAS 376-06-7, UE 206-803-4) (RPF 0,3), Aċidu perfluworoessadekanojku (PFHxDA) (CAS 67905-19-5, UE 267-638-1) (RPF 0,02), Aċidu perfluworoottadekanojku (PFODA) (CAS 16517-11-6, UE 240-582-5) (RPF 0,02), Perfluworoammonju (2-metil-3-ossaessanoat) (HFPO-DA jew Gen X) (CAS 62037-80-3) (RPF 0,06), Aċidu Propanojku / Ammonju 2,2,3-trifluworo-3-(1,1,2,2,3,3-eżafluworo-3-(trifluworometossi)propossi)propanoat (ADONA) (CAS 958445-44-8) (RPF 0,03), 2- Alkoħol (perfluworoessil)etil (6:2 FTOH) (CAS 647-42-7, UE 211-477-1) (RPF 0,02), 2-(Perfluworooktil)etanol (8:2 FTOH) (CAS 678-39-7, UE 211-648-0) (RPF 0,04) u Aċidu aċetiku / 2,2-difluworo-2-((2,2,4,5-tetrafluworo-5-(trifluworometossi)-1,3-diossolan-4-il)ossi)- (C6O4) (CAS 1190931-41-9) (RPF 0,06).

(7)Il-QS jirreferi għas-somma tal-24 PFAS elenkati fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, espressa bħala ekwivalenti tal-PFOA abbażi tal-potenzi tas-sustanzi meta mqabbla ma’ dik tal-PFOA, jiġifieri l-RPFs fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna.

(8)“Total” tfisser is-somma tal-farmaċewtiċi individwali kollha skoperti u kkwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ, inklużi l-metaboliti u l-prodotti ta’ degradazzjoni rilevanti.

(9)Applikabbli għal nrMs ‘fqar fid-data’, jiġifieri nrMs li għalihom ma hemm l-ebda data sperimentali affidabbli dwar l-effetti kroniċi jew akuti tal-nrM disponibbli fuq il-grupp tassonomiku li huwa mbassar b’mod kunfidenti li huwa l-aktar sensittiv.

(10)Applikabbli għal nrMs “b’aċċess ġust għad-data”, jiġifieri nrMs li għalihom hemm data sperimentali affidabbli dwar l-effetti kroniċi jew akuti tal-nrM disponibbli fuq il-grupp tassonomiku li huwa mbassar b’mod kunfidenti li huwa l-aktar sensittiv, iżda fejn id-data ma hijiex biżżejjed sabiex is-sustanzi jikkwalifikaw bħala “għonja fid-data”.

(11)Applikabbli għal nrMs “għonja fid-data”, jiġifieri nrMs li għalihom hemm data sperimentali affidabbli, jew data affidabbli bl-istess mod miksuba b’metodi alternattivi vvalidati b’mod xjentifiku, disponibbli fuq l-effetti kroniċi jew akuti tal-nrM fuq mill-anqas speċi waħda kull waħda ta’ alka, ta’ invertebrati, u ta’ ħut, li jippermetti li l-grupp tassonomiku l-aktar sensittiv jiġi kkonfermat b’mod kunfidenti, u li għalih QS jista’ jiġi kkalkolat bl-użu ta’ approċċ deterministiku bbażat fuq data affidabbli dwar it-tossiċità sperimentali kronika fuq dak il-grupp tassonomiku; L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal dan il-għan l-aħħar gwida stabbilita fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni għad-Direttiva 2000/60/KE (id-Dokument ta’ Gwida Nru 27, kif aġġornat). Il-QS ta’ 2,5 għal nrMs individwali għandu japplika sakemm il-QS ikkalkolat permezz tal-approċċ deterministiku ma jkunx ogħla, f’liema każ għandu japplika QS ta’ 5.

(12)“Total” tfisser is-somma tal-nrMs individwali kollha f’kull kategorija ta’ data skoperta u kkwantifikata fil-proċedura ta’ monitoraġġ.

ANNESS IV

L-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE huwa emendat kif ġej:

(1)fil-parti A, jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-ewwel paragrafu:

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinformaw lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) dwar il-valuri ta’ limitu għas-sustanzi niġġiesa u l-indikaturi tat-tniġġis. L-ECHA għandha tippubblika dik l-informazzjoni mingħajr dewmien.”;   

(2)fil-parti B, il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem

Primidon

Trikloroetilene

Perkloroetilene”

(3)fil-Parti C, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tas-sustanzi niġġiesa u l-indikaturi tagħhom li għalihom ikunu ġew stabbiliti valuri ta’ limitu mill-Istati Membri”;

(4)hija miżjuda l-Parti D li ġejja:

“Parti D

Repożitorju ta’ valuri ta’ limitu armonizzati għas-sustanzi li jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art ta’ tħassib lokali, reġjonali u nazzjonali

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

[Entrata] Nru

Isem tas-sustanza

Kategorija ta’ sustanzi

Numru CAS(1)

Numru tal-UE(2)

Valur tal-livell limitu

[µg/l sakemm ma jkunx indikat mod ieħor]

1

Trikloroetilene u Tetrakloroetilene (somma tat-tnejn)

Sustanzi industrijali

79-01-6 u 127-18-4

201-167-4 u 204-825-9

10 (total)(3)

(1)CAS: Chemical Abstracts Service.

(2) Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3) “Total” tfisser is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ Trikloroetilene u Tetrakloroetilene

ANNESS V

L-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE huwa emendat kif ġej:

(1)it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI (EQS) GĦAL SUSTANZI TA’ PRIJORITÀ FL-ILMIJIET TAL-WIĊĊ”;

(2)il-Parti A hija sostitwita b’din li ġejja:

“PARTI A: STANDARDS TAL-KWALITÀ AMBJENTALI

Nota 1: Fejn jiġi elenkat EQS bejn [], dan il-valur ikun soġġett għal konferma fid-dawl tal-opinjoni mitluba mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Sanitarji, Ambjentali u Emerġenti.

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

[Entrata] Nru

Isem tas-sustanza

Kategorija ta’ sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

AA-EQS (3) Ilmijiet tal-wiċċ interni (4)

[µg/l]

AA-EQS (3)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[µg/l]

MAC-EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ interni (4)

[µg/l]

MAC-EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[µg/l]

EQS

Bijota (6)

[µg/kg ta’ piż niedi]

jew EQS tas-Sediment [µg/kg ta’ piż xott] fejn indikat hekk

Identifikata bħala sustanza perikoluża ta’ prijorità

Identifikata bħala sustanza Persistenti, Bijoakkumulattiva u Tossika li tinsab kullimkien (uPBT)

Identifikata bħala sustanza li għandha t-tendenza li takkumula fis-sediment u/jew fil-bijota

(1)

Is-sustanza Alaklor ġiet imċaqilqa għall-Parti C tal-Anness II

(2)

Antraċen

Sustanzi industrijali

120-12-7

204-371-1

0,1

0,1

0,1

0,1

X

X

(3)

Atrażina

Erbiċidi

1912-24-9

217-617-8

0,6

0,6

2,0

2,0

(4)

Benżen

Sustanzi industrijali

71-43-2

200-753-7

10

8

50

50

(5)

Eteri tad-difenil bromurati

Sustanzi industrijali

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,14 (7)

0,014 (7)

[0,00028] (7)

X (8)

X

X

(6)

Kadmju u l-komposti tiegħu

(skont il-klassijiet tal-ebusija tal-ilma) (9)

Metalli

7440-43-9

231-152-8

≤ 0,08 (Klassi 1)

0,08 (Klassi 2)

0,09 (Klassi 3)

0,15 (Klassi 4)

0,25 (Klassi 5)

0,2

≤ 0,45 (Klassi 1)

0,45 (Klassi 2)

0,6 (Klassi 3)

0,9 (Klassi 4)

1,5 (Klassi 5)

≤ 0,45 (Klassi 1)

0,45 (Klassi 2)

0,6 (Klassi 3)

0,9 (Klassi 4)

1,5 (Klassi 5)

X

X

(6a)

Is-sustanza Tetraklorur tal-karbonju ġiet imċaqilqa għall-Parti C tal-Anness II

(7)

C10-13 Kloroalkani (10)

Sustanzi industrijali

85535-84-8

287-476-5

0,4

0,4

1,4

1,4

X

X

(8)

Is-sustanza Klorfenvinfos ġiet imċaqilqa għall-Parti C tal-Anness II

(9)

Klorpirifos (Klorpirifos-etil)

Pestiċidi organofosfati

2921-88-2

220-864-4

4,6 × 10-4

4,6 × 10-5

0,0026

5,2 × 10-4

X

X

X


(9a)

Pestiċidi miċ-ċiklodien:

Aldrin

Dieldrin

Endrina

Isodrin

Pestiċidi organokloru

309-00-2

60-57-1

72-20-8

465-73-6

206-215-8

200-484-5

200-775-7

207-366-2

Σ = 0,01

Σ = 0,005

mhux applikabbli

mhux applikabbli

X

(9b)

Total tad-DDT (11)

Pestiċidi mill-organokloru

mhux applikabbli

mhux applikabbli

0,025

0,025

mhux applikabbli

mhux applikabbli

X

para-para-DDT

50-29-3

200-024-3

0,01

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

X

(10)

1,2-Dikloroetan

Sustanzi industrijali

107-06-2

203-458-1

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

X

(11)

Diklorometan

Sustanzi industrijali

75-09-2

200-838-9

20

20

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(12)

Di(2-etileżil)-ftalat (DEHP)

Sustanzi industrijali

117-81-7

204-211-0

1,3

1,3

mhux applikabbli

mhux applikabbli

X

X

(13)

Diuron

Erbiċidi

330-54-1

206-354-4

0,049

0,0049

0,27

0,054

(14)

Endosulfan

Pestiċidi mill-organokloru

115-29-7

204-079-4

0,005

0,0005

0,01

0,004

X

(15)

Fluworanten

Sustanzi industrijali

206-44-0

205-912-4

7,62 × 10-4

7,62 × 10-4

0,12

0,012

6,1

X

X

X

(16)

Eżaklorobenżen

Pestiċidi mill-organokloru

118-74-1

204-273-9

0,5

0,05

20

X

X

(17)

Eżaklorobutadien

Sustanzi industrijali (solventi)

87-68-3

201-765-5

9 × 10-4

0,6

0,6

21

X

X

(18)

Eżakloroċikloeżan

Insettiċidi

608-73-1

210-168-9

0,02

0,002

0,04

0,02

X

X

(19)

Isoproturon

Erbiċidi

34123-59-6

251-835-4

0,3

0,3

1,0

1,0

(20)

Ċomb u l-komposti tiegħu

Metalli

7439-92-1

231-100-4

1,2 (12)

1,3

14

14

X

X

(21)

Merkurju u l-komposti tiegħu

Metalli

7439-97-6

231-106-7

0,07

0,07

[10] (13)

X

X

X

(22)

Naftalen

Sustanzi industrijali

91-20-3

202-049-5

2

2

130

130

(23)

Nikil u l-komposti tiegħu

Metalli

7440-02-0

231-111-4

2 (12)

3,1

8,2

8,2

(24)

Nonilfenoli (14) 
(4-Nonilfenol)

Sustanzi industrijali

84852-15-3

284-325-5

0,037

0,0018

2,1

0,17

X

(25)

Ottilfenoli (15)
((4-(1,1’,3,3’-tetrametilbutil)-fenol))

Sustanzi industrijali

140-66-9

205-426-2

0,1

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

X

(26)

Pentaklorobenżen

Sustanzi industrijali

608-93-5

210-172-0

0,007

0,0007

mhux applikabbli

mhux applikabbli

X

X

(27)

Pentaklorofenol

Pestiċidi mill-organokloru

87-86-5

201-778-6

0,4

0,4

1

1

X

(28)

Idrokarburi poliaromatiċi (PAHs) (16)

Prodotti ta’ kombustjoni

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Is-somma tal-ekwivalenti ta’ Benżo(a)piren [0,6] (17)

X

X

X

Benżo(a)piren

50-32-8

200-028-5

0,27

0,027

[0,6]

Benżo(b)fluworanten

205-99-2

205-911-9

0,017

0,017

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

Benżo(k)fluworanten

207-08-9

205-916-6

0,017

0,017

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

Benżo(g,h,i)perilen

191-24-2

205-883-8

8,2 × 10-3

8,2 × 10-4

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

Indeno(1,2,3-cd)piren

193-39-5

205-893-2

mhux applikabbli

mhux applikabbli

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

Krisen

218-01-9

205-923-4

0,07

0,007

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

Benżo(a)antraċen

56-55-3

200-280-6

0,1

0,01

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

Dibenż(a,h)antraċen

53-70-3

200-181-8

0,014

0,0014

ara n-nota 17 f’qiegħ il-paġna

(29)

Is-Sustanza Simażin ġiet imċaqilqa għall-Parti C tal-Anness II

(29a)

Tetrakloroetilen

Sustanzi industrijali

127-18-4

204-825-9

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(29b)

Trikloroetilene

Sustanzi industrijali

79-01-6

201-167-4

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

X

(30)

Komposti tat-Tributiltin (18) (katjonu ta’ Tributiltin)

Bijoċidi

36643-28-4

mhux applikabbli

0,0002

0,0002

0,0015

0,0015

[1,3] (19)

X

X

X

(31)

Triklorobenżini

Sustanzi industrijali (solventi)

12002-48-1

234-413-4

0,4

0,4

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(32)

Triklorometan

Sustanzi industrijali

67-66-3

200-663-8

2,5

2,5

mhux applikabbli

mhux applikabbli

(33)

Trifluralina

Erbiċidi

1582-09-8

216-428-8

0,03

0,03

mhux applikabbli

mhux applikabbli

X

(34)

Dikofol

Pestiċidi mill-organokloru

115-32-2

204-082-0

[4,45 × 10-3]

[0,185 × 10-3]

mhux applikabbli (20)

mhux applikabbli (20)

[5.45]

X

X

(35)

Aċidu perfluworoottansulfoniku u d-derivattivi tiegħu (PFOS)

Sustanzi industrijali

1763-23-1

217-179-8

Koperti mill-grupp ta’ sustanzi 65 (Sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) – is-somma ta’ 24)

(36)

Kwinossifen

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

124495-18-7

mhux applikabbli

0,15

0,015

2,7

0,54

X

X

(37)

Diossini u komposti simili għad-diossini (21)

Prodotti sekondarji industrijali

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Is-somma ta’ PCDDs+ PCDFs+ PCB-DLs

ekwivalenti [3,5 x 10-5] (22)

X

X

X

(38)

Aklonifen

Erbiċidi

74070-46-5

277-704-1

0,12

0,012

0,12

0,012

(39)

Bifenoks

Erbiċidi

42576-02-3

255-894-7

0,012

0,0012

0,04

0,004

(40)

Ċibutrin

Bijoċidi

28159-98-0

248-872-3

0,0025

0,0025

0,016

0,016

(41)

Cypermethrin (23)

Pestiċidi piretrojde

52315-07-8

257-842-9

3 × 10-5

3 × 10-6

6 × 10-4

6 × 10-5

X

(42)

Diklorvos

Pestiċidi organofosfati

62-73-7

200-547-7

6 × 10-4

6 × 10-5

7 × 10-4

7 × 10-5

(43)

Eżabromoċiklododekan (HBCDD) (24) 

Sustanzi industrijali

Ara n-nota 24 f’qiegħ il-paġna

Ara n-nota 24 f’qiegħ il-paġna

[4,6 × 10-4]

[2 × 10-5]

0,5

0,05

[3,5]

X

X

X

(44)

Ettakloru u epossidu tal-ettakloru

Pestiċidi organokloru

76-44-8 / 1024-57-3

200-962-3/ 213-831-0

[1,7 × 10-7]

[1,7 × 10-7]

3 × 10-4

3 × 10-5

 [0,013]

X

X

X

(45)

Terbutrin

Erbiċidi

886-50-0

212-950-5

0,065

0,0065

0,34

0,034

(46)

17 alfa-etinilestradjol (EE2)

Farmaċewtiċi (Ormoni estroġeniċi)

57-63-6

200-342-2

1,7 × 10-5

1,6 × 10-6

mhux derivati

mhux derivati

(47)

17 beta-estradjol (E2)

Farmaċewtiċi (Ormoni estroġeniċi)

50-28-2

200-023-8

0,00018

9 × 10-6

mhux derivati

mhux derivati

(48)

Aċetamiprid

Pestiċidi neonikotinojdi

135410-20-7 / 160430-64-8

603-921-1

0,037

0,0037

0,16

0,016

(49)

Ażitromiċina

Farmaċewtiċi (Antibijotiċi makrolidi)

83905-01-5

617-500-5

0,019

0,0019

0,18

0,018

X

(50)

Bifentrin

Pestiċidi piretrojde

82657-04-3

617-373-6

9,5 × 10-5

9,5 × 10-6

0,011

0,001

X

(51)

Bisfenol-A (BPA)

Sustanzi industrijali

80-05-7

201-245-8

3,4 × 10-5 

3,4 × 10-5 

130

51

0,005

X

(52)

Karbamażepina

Farmaċewtiċi

298-46-4

206-062-7

2,5

0,25

1,6 × 103

160

(53)

Klaritromiċina

Farmaċewtiċi (Antibijotiċi makrolidi)

81103-11-9

658-034-2

0,13

0,013

0,13

0,013

X

(54)

Klotijanidina

Pestiċidi neonikotinojdi

210880-92-5

433-460-1

0,01

0,001

0,34

0,034

(55)

Deltametrina

Pestiċidi piretrojde

52918-63-5

258-256-6

1,7 × 10-6

1,7 × 10-7

1,7 × 10-5

3,4 × 10-6

X

(56)

Diklofenak

Farmaċewtiċi

15307-86-5 / 15307-79-6

239-348-5 / 239-346-4

0,04

0,004

250

25

X

(57)

Eritromiċina

Farmaċewtiċi (Antibijotiċi makrolidi)

114-07-8

204-040-1

0,5

0,05

1

0,1

X

(58)

Esfenvalerat

Pestiċidi piretrojde

66230-04-4

613-911-9

1,7 × 10-5

1,7 × 10-6

0,0085

0,00085

X

(59)

Estron (E1)

Farmaċewtiċi (Ormoni estroġeniċi)

53-16-7

200-164-5

3,6 × 10-4

1,8 × 10-5

mhux derivati

mhux derivati

(60)

Glifosat

Erbiċidi

1071-83-6

213-997-4

0,1 (25)

86,7 (26)

8,67

398,6

39,86

(61)

Ibuprofen

Farmaċewtiċi

15687-27-1

239-784-6

0,22

0,022

X

(62)

Imidakloprid

Pestiċidi neonikotinojdi

138261-41-3 / 105827-78-9

428-040-8

0,0068

6,8 × 10-4

0,057

0,0057

(63)

Nikosulfuron

Erbiċidi

111991-09-4

601-148-4

0,0087

8,7 × 10-4

0,23

0,023

(64)

Permetrin

Pestiċidi piretrojde

52645-53-1

258-067-9

2,7× 10-4

2,7 × 10-5

0,0025

2,5 × 10-4

X

(65)

Sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) - is-somma ta’ 24 (27)

Sustanzi industrijali

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Is-somma tal-ekwivalenti tal-PFOA 0,0044 (28)

Is-somma tal-ekwivalenti tal-PFOA 0,0044 (28)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Is-somma tal-ekwivalenti tal-PFOA 0,077 (28)

X

X

X

(66)

Fidda

Metalli

7440-22-4

231-131-3

0,01

0,006 (salinità ta’ 10 %) 
0,17 (salinità ta’ 30 %)

0,022

mhux derivati

(67)

Tijakloprid

Pestiċidi neonikotinojdi

111988-49-9

601-147-9

0,01

0,001

0,05

0,005

(68)

Tijametossam

Pestiċidi neonikotinojdi

153719-23-4

428-650-4

0,04

0,004

0,77

0,077

(69)

Triklosan

Bijoċidi

3380-34-5

222-182-2

0,02

0,002

0,02

0,002

(70)

It-total ta’ sustanzi attivi fil-pestiċidi, inklużi l-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u l-prodotti ta’ reazzjoni rilevanti tagħhom (29)

Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-bijoċidi

0,5 (30)

0,5 (30)

(1)CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala valur medju annwali (AA-EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi u l-isomeri kollha.

(4)L-ilmijiet tal-wiċċ interni jinkludu xmajjar u lagi u korpi tal-ilma artifiċjali jew modifikati ħafna relatati.

(5)Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala konċentrazzjoni massima permissibbli (MAC EQS). Fejn l-MAC EQS ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”, il-valuri AA EQS jitqiesu bħala protettivi kontra l-intensitajiet ta’ tniġġis fuq perjodu qasir fi skariki kontinwi, minħabba li dawn huma ferm aktar baxxi mill-valuri derivati abbażi tat-tossiċità akuta.

(6)Jekk jingħata EQS tal-bijota, minflok EQS tal-ilma, dan għandu jiġi applikat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-Direttiva li tippermetti li minflok tiġi mmonitorjata unità tassonomika ta’ bijota alternattiva, jew matriċi oħra, sakemm l-EQS applikat jipprovdi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-EQS tal-bijota huma relatati mal-ħut. Għal sustanzi nnumerati 15 (Fluworanten), 28 (PAHs) u 51 (Bisfenol-A), l-EQS tal-bijota jirreferi għall-krustaċji u l-molluski. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-istat kimiku, il-monitoraġġ tal-Fluworanten, tal-PAHs u tal-Bisfenol-A fil-ħut ma huwiex xieraq. Għas-sustanza numru 37 (Diossini u komposti simili għad-diossini), l-EQS tal-bijota huwa relatat ma’ ħut, krustaċji u molluski, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1259/2011* it-Taqsima 5.3 tal-Anness.

(7)Għall-grupp ta’ sustanzi ta’ prijorità koperti minn eteri tad-difenil bromurati (Nru 5), l-EQS jirreferi għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tan-numri konġeneri 28, 47, 99, 100, 153 u 154.

(8)Eteri tat-tetrabromodifenil, tal-pentabromodifenil, tal-eżabromodifenil, tal-ettabromodifenil, tal-ottabromodifenil u tad-dekabromodifenil (Numri CAS 40088-47-9, 32534-81-9, 36483-60-0, 68928-80-3, 32536-52-0, 1163-19-5, rispettivament).

(9)Għall-Kadmju u l-komposti tiegħu (Nru 6), il-valuri EQS ivarjaw skont l-ebusija tal-ilma kif speċifikat f’ħames kategoriji ta’ klassi (Klassi 1: <40 mg CaCO3/l, Klassi 2: 40 sa <50 mg CaCO3/l, Klassi 3: 50 sa <100 mg CaCO3/l, Klassi 4: 100 sa <200 mg CaCO3/l u Klassi 5: ≥200 mg CaCO3/l).

(10)Ma huwa pprovdut l-ebda parametru indikattiv għal dan il-grupp ta’ sustanzi. Il-parametru/i indikattiv(i) irid(u) jiġi/u ddefinit(i) permezz tal-metodu analitiku.

(11)It-total tad-DDT jinkludi s-somma tal-isomeri 1,1,1 trikloro 2,2 bis (p kloropiperażin) etan (CAS 50 29 3, UE 200 024 3); 1,1,1 trikloro 2 (o klorofenil) 2 (p klorofenil) etan (CAS 789 02 6, UE 212 332 5); 1,1-dikloro 2,2 bis (p klorofenil) etilene (CAS 72 55 9, UE 200 784 6); u 1,1 dikloro 2,2 bis (p klorofenil) etan (CAS 72 54 8, UE 200 783 0).

(12)Dawn l-EQS jirreferu għall-konċentrazzjonijiet bijodisponibbli tas-sustanzi.

(13)L-EQS għall-bijota tirreferi għall-merkurju tal-metil.

(14)Nonilfenol (CAS 25154-52-3, UE 246-672-0), inklużi l-isomeri 4-nonilfenol (CAS 104-40-5, UE 203-199-4) u 4-nonilfenol (ramifikat) (CAS 84852-15-3, UE 284-325-5).

(15)Ottilfenol (CAS 1806-26-4, UE 217-302-5), inkluż l-isomeru 4-(1,1’,3,3’-tetrametilbutil)-fenol (CAS 140-66-9, UE 205-426-2).

(16) Benżo(a)piren (CAS 50-32-8) (RPF 1), benżo(b)fluworanten (CAS 205-99-2) (RPF 0,1), benżo(k)fluworanten (CAS 207-08-9) (RPF 0,1), benżo(g,h,i)perilen (CAS 191-24-2) (RPF 0), indeno(1,2,3-cd)piren (CAS 193-39-5) (RPF 0,1), krisen (CAS 218-01-9) (RPF 0,01), benżo(a)antraċen (CAS 56-55-3) (RPF 0,1), u dibenż(a,h)antraċen (CAS 53-70-3) (RPF 1). Il-PAHs antraċen, fluworanten u naftalen huma elenkati separatament.

(17)Għall-grupp ta’ idrokarburi poliaromatiċi (PAHs) (Nru 28), l-EQS tal-bijota jirreferi għas-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ sebgħa mit-tmien PAHs elenkati fin-nota 17 f’qiegħ il-paġna espressi bħala ekwivalenti għal benżo(a)piren abbażi tal-potenzi karċinoġeniċi tas-sustanzi meta mqabbla ma’ dak tal-benżo(a)piren, jiġifieri l-RPFs fin-nota 16 f’qiegħ il-paġna. Il-benżo(g,h,i)perilen ma għandux bżonn jitkejjel fil-bijota għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità mal-bijota ġenerali tal-EQS.

(18)Komposti tat-tributiltin, inkluż katjonu ta’ tributiltin (CAS 36643-28-4).

(19)EQS tas-sediment

(20)Ma hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli sabiex jiġi stabbilit MAC-EQS għal dawn is-sustanzi.

(21)Dan jirreferi għall-komposti li ġejjin:

7 dibenżo-p-diossini poliklorurati (PCDDs): 2,3,7,8-T4CDD (CAS 1746-01-6, UE 217-122-7), 1,2,3,7,8-P5CDD (CAS 40321-76-4), 1,2,3,4,7,8-H6CDD (CAS 39227-28-6), 1,2,3,6,7,8-H6CDD (CAS 57653-85-7), 1,2,3,7,8,9-H6CDD (CAS 19408-74-3), 1,2,3,4,6,7,8-H7CDD (CAS 35822-46-9), 1,2,3,4,6,7,8,9-O8CDD (CAS 3268-87-9)

10 dibenżofurani poliklorurati (PCDFs): 2,3,7,8-T4CDF (CAS 51207-31-9), 1,2,3,7,8-P5CDF (CAS 57117-41-6), 2,3,4,7,8-P5CDF (CAS 57117-31-4), 1,2,3,4,7,8-H6CDF (CAS 70648-26-9), 1,2,3,6,7,8-H6CDF (CAS 57117-44-9), 1,2,3,7,8,9-H6CDF (CAS 72918-21-9), 2,3,4,6,7,8-H6CDF (CAS 60851-34-5), 1,2,3,4,6,7,8-H7CDF (CAS 67562-39-4), 1,2,3,4,7,8,9-H7CDF (CAS 55673-89-7), 1,2,3,4,6,7,8,9-O8CDF (CAS 39001-02-0)

12 bifenili poliklorurati simili għad-diossini (PCB-DLs): 3,3’,4,4’-T4CB (PCB 77, CAS 32598-13-3), 3,3’,4’,5-T4CB (PCB 81, CAS 70362-50-4), 2,3,3’,4,4’-P5CB (PCB 105, CAS 32598-14-4), 2,3,4,4’,5-P5CB (PCB 114, CAS 74472-37-0), 2,3’,4,4’,5-P5CB (PCB 118, CAS 31508-00-6), 2,3’,4,4’,5’-P5CB (PCB 123, CAS 65510-44-3), 3,3’,4,4’,5-P5CB (PCB 126, CAS 57465-28-8), 2,3,3’,4,4’,5-H6CB (PCB 156, CAS 38380-08-4), 2,3,3’,4,4’,5’-H6CB (PCB 157, CAS 69782-90-7), 2,3’,4,4’,5,5’-H6CB (PCB 167, CAS 52663-72-6), 3,3’,4,4’,5,5’-H6CB (PCB 169, CAS 32774-16-6), 2,3,3’,4,4’,5,5’-H7CB (PCB 189, CAS 39635-31-9).

(22)Għall-grupp ta’ Diossini u komposti simili għad-diossini (Nru 37), l-EQS tal-bijota jirreferi għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi elenkati fin-nota 20 f’qiegħ il-paġna espressi bħala ekwivalenti tossiċi abbażi tal-Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 2005.

(23)CAS 52315-07-8 jirreferi għal taħlita ta’ isomeri ta’ ċipermetrina, alfa-ċipermetrina (CAS 67375-30-8, UE 257-842-9), beta-ċipermetrina (CAS 65731-84-2, UE 265-898-0), teta-ċipermetrina (CAS 71691-59-1) u zeta-ċipermetrina (CAS 52315-07-8, UE 257-842-9).

(24)Dan jirreferi għal 1,3,5,7,9,11-Eżabromoċiklododekan (CAS 25637-99-4, UE 247-148-4), 1,2,5,6,9,10- Eżabromoċiklododekan (CAS 3194-55-6, UE 221-695-9), α-Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-50-6), β-Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-51-7) u γ-Eżabromoċiklododekan (CAS 134237-52-8).

(25)Għall-ilma ħelu użat għall-astrazzjoni u l-preparazzjoni tal-ilma tax-xorb.

(26)Għall-ilma ħelu mhux użat għall-astrazzjoni u l-preparazzjoni tal-ilma tax-xorb.

(27)Din tirreferi għall-komposti li ġejjin, elenkati bin-numru CAS, in-numru tal-UE u l-Fattur ta’ Potenza Relattiva (RPF) tagħhom:

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA) (CAS 335-67-1, UE 206-397-9) (RPF 1), Aċidu perfluworoottansulfoniku (PFOS) (CAS 1763-23-1, UE 217-179-8) (RPF 2), Aċidu perfluworoeżansulfoniku (PFHxS) (CAS 355-46-4, UE 206-587-1) (RPF 0,6), Aċidu perfluworononanojku (PFNA) (CAS 375-95-1, UE 206-801-3) (RPF 10), Aċidu perfluworobutansulfoniku (PFBS) (CAS 375-73-5, UE 206-793-1) (RPF 0,001), Aċidu perfluworoeżanojku (PFHxA) (CAS 307-24-4, UE 206-196-6) (RPF 0,01), Aċidu perfluworobutanojku (PFBA) (CAS 375-22-4, UE 206-786-3) (RPF 0,05), Aċidu perfluworopentanojku (PFPeA) (CAS 2706-90-3, UE 220-300-7) (RPF 0,03), Aċidu perfluworopentansulfoniku (PFPeS) (CAS 2706-91-4, UE 220-301-2) (RPF 0,3005), Aċidu perfluworodekanojku (PFDA) (CAS 335-76-2, UE 206-400-3) (RPF 7), Aċidu perfluworododekanojku (PFDoDA jew PFDoA) (CAS 307-55-1, UE 206-203-2) (RPF 3), Aċidu perfluworoundekanojku (PFUnDA jew PFUnA) (CAS 2058-94-8, UE 218-165-4) (RPF 4), Aċidu perfluworoettanojku (PFHpA) (CAS 375-85-9, UE 206-798-9) (RPF 0,505), Aċidu perfluworotridekanojku (PFTrDA) (CAS 72629-94-8, UE 276-745-2) (RPF 1,65), Aċidu perfluworoettansulfoniku (PFHpS) (CAS 375-92-8, UE 206-800-8) (RPF 1,3), Aċidu perfluworodekansulfoniku (PFDS) (CAS 335-77-3, UE 206-401-9) (RPF 2), Aċidu perfluworotetradekanojku (PFTeDA) (CAS 376-06-7, UE 206-803-4) (RPF 0,3), Aċidu perfluworoeżadekanojku (PFHxDA) (CAS 67905-19-5, UE 267-638-1) (RPF 0,02), Aċidu perfluworoottadekanojku (PFODA) (CAS 16517-11-6, UE 240-582-5) (RPF 0,02), u Perfluworoammonju (2-metil-3-ossaessanoat) (HFPO-DA jew Gen X) (CAS 62037-80-3) (RPF 0,06), Aċidu propanojku / Ammonju 2,2,3-trifluworo-3-(1,1,2,2,3,3-eżafluworo-3-(trifluworometossi)propossi)propanoat (ADONA) (CAS 958445-44-8) (RPF 0,03), 2- Alkoħol (perfluworoessil)etil (6:2 FTOH) (CAS 647-42-7, UE 211-477-1) (RPF 0,02), 2-(Perfluworooktil)etanol (8:2 FTOH) (CAS 678-39-7, UE 211-648-0) (RPF 0,04) u Aċidu aċetiku / 2,2-difluworo-2-((2,2,4,5-tetrafluworo-5-(trifluworometossi)-1,3-diossolan-4-yl)ossi)- (C6O4) (CAS 1190931-41-9) (RPF 0,06)

(28) Għall-grupp ta’ PFAS (Nru 65), l-EQS jirreferu għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tal-24 PFAS elenkati fin-nota 27 f’qiegħ il-paġna espressi bħala ekwivalenti għal PFOA abbażi tal-potenzi tas-sustanzi meta mqabbla ma’ dik tal-PFOA, jiġifieri l-RPFs fin-nota 27 f’qiegħ il-paġna.

(29) “Pestiċidi” tfisser prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u prodotti bijoċidali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(30) “Total” tfisser is-somma tal-pestiċidi individwali kollha skoperti u kkwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ, inklużi l-metaboliti, il-prodotti ta’ degradazzjoni u l-prodotti ta’ reazzjoni rilevanti tagħhom.”;

(3)Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)fil-punt 1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal kwalunkwe korp tal-ilma tal-wiċċ partikolari, l-applikazzjoni tal-AA-EQS tfisser li, għal kull punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fil-korp tal-ilma, il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonijiet imkejla fi żminijiet differenti matul is-sena ma taqbiżx l-istandard.”;

(b)fil-punt 2, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal kwalunkwe korp tal-ilma tal-wiċċ partikolari, l-applikazzjoni tal-MAC-EQS tfisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fil-korp tal-ilma ma taqbiżx l-istandard.”.

ANNESS VI

“ANNESS II

STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI GĦAL SUSTANZI NIĠĠIESA SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

Parti A: LISTA TA’ KATEGORIJI TA’ SUSTANZI NIĠĠIESA SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

1. Komposti u sustanzi organoaloġeniċi li jistgħu jifformaw tali komposti

fl-ambjent akkwatiku.

2. Komposti organofosforiċi.

3. Komposti ta’ organotin.

4. Sustanzi u preparazzjonijiet, jew il-prodotti ta’ degradazzjoni tagħhom, li

ġie pprovat li għandhom proprjetajiet karċinoġeniċi jew mutaġeniċi jew proprjetajiet

li jistgħu jaffettwaw il-funzjonijiet sterojdoġeniċi, tat-tirojde, tar-riproduzzjoni jew funzjonijiet oħrajn relatati mas-sistema endokrinali fl-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu.

5. Idrokarburi persistenti u sustanzi tossiċi organiċi persistenti u

bijoakkumulabbli.

6. Ċjanuri.

7. Metalli u l-komposti tagħhom.

8. Arseniku u l-komposti tiegħu.

9. Bijoċidi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

10. Materjali f’sospensjoni, inklużi mikro/nanoplastiks

11. Sustanzi li jikkontribwixxu għall-ewtrofikazzjoni (b’mod partikolari, nitrati u

fosfati).

12. Sustanzi li għandhom influwenza mhux favorevoli fuq il-bilanċ tal-ossiġenu u li jistgħu jitkejlu bl-użu ta’ parametri bħal BOD, COD, eċċ.

13. Mikroorganiżmi, ġeni jew materjal ġenetiku li jirriflettu l-preżenza ta’ mikroorganiżmi reżistenti għall-aġenti antimikrobiċi, b’mod partikolari mikroorganiżmi patoġeniċi għall-bnedmin jew għall-bhejjem.

PARTI B: IL-PROĊEDURA GĦAD-DERIVAZZJONI TA’ STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI GĦAL SUSTANZI NIĠĠIESA SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

Il-metodi użati għall-istabbiliment ta’ EQS għal sustanzi niġġiesa speċifiċi għall-baċini tax-xmara għandhom jinkludu l-passi li ġejjin:

(a)l-identifikazzjoni tar-riċetturi u tal-kompartimenti jew tal-matriċijiet f’riskju mis-sustanza ta’ tħassib;

(b)il-ġbir u l-valutazzjoni tal-kwalità tad-data dwar il-proprjetajiet tas-sustanza ta’ tħassib, inkluża t-tossiċità (ekoloġika) tagħha, b’mod partikolari minn rapporti dwar l-istudji fil-laboratorju, fuq il-mesokożmi u fuq il-post li jkopru l-effetti kemm kroniċi kif ukoll akuti f’ambjenti kemm tal-ilma ħelu kif ukoll tal-ilma salmura;

(c)l-estrapolazzjoni tad-data dwar it-tossiċità (ekoloġika) għall-ebda effett jew konċentrazzjonijiet simili bl-użu ta’ metodi deterministiċi jew probabilistiċi, u l-għażla u l-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ valutazzjoni xierqa sabiex jiġu indirizzati l-inċertezzi u jiġu dderivati l-EQS;

(d)it-tqabbil tal-EQS għal riċetturi u kompartimenti differenti, u l-għażla ta’ EQS kritiku, jiġifieri l-EQS li jipprovdi protezzjoni lill-aktar riċettur sensittiv fl-aktar kompartiment jew matriċi rilevanti.

PARTI C: REPOŻITORJU TA’ STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI ARMONIZZATI GĦAS-SUSTANZI NIĠĠIESA SPEĊIFIĊI GĦALL-BAĊINI TAX-XMARA

[Entrata] Nru

Isem tas-sustanza

Kategorija ta’ sustanzi

Numru CAS (1)

Numru tal-UE (2)

AA-EQS (3)

Ilmijiet tal-wiċċ interni (4)

[µg/l]

AA-EQS (3)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[µg/l]

MAC-EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ interni(4)

 

[µg/l]

MAC-EQS (5)

Ilmijiet tal-wiċċ oħrajn

[µg/l]

EQS

Bijota (6)

[µg/kg ta’ piż niedi] jew EQS tas-Sediment fejn ikun hekk indikat [µg /kg ta’ piż xott]

1

Alaklor (7)

Pestiċidi

15972-60-8

240-110-8

0,3

0,3

0,7

0,7

2

Tetraklorur tal-karbonju (7)

Sustanzi industrijali

56-23-5

200-262-8

12

12

mhux applikabbli

mhux applikabbli

3

Klorfenvinfos (7)

Pestiċida

470-90-6

207-432-0

0,1

0,1

0,3

0,3

4

Simażina (7)

Pestiċida

122-34-9

204-535-2

1

1

4

4

(1)CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)Numru tal-UE: L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta’ Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS).

(3)Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala valur medju annwali (AA-EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tas-sustanzi u l-isomeri kollha.

(4)L-ilmijiet tal-wiċċ interni jinkludu xmajjar u lagi u korpi tal-ilma artifiċjali jew modifikati ħafna relatati.

(5)Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala konċentrazzjoni massima permissibbli (MAC EQS). Fejn l-MAC EQS ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”, il-valuri AA EQS jitqiesu bħala protettivi kontra l-intensitajiet ta’ tniġġis fuq perjodu qasir fi skariki kontinwi, minħabba li dawn huma ferm aktar baxxi mill-valuri derivati abbażi tat-tossiċità akuta.

(6)Jekk jingħata EQS tal-bijota, minflok EQS tal-ilma, dan għandu jiġi applikat, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-Direttiva li tippermetti li minflok tiġi mmonitorjata unità tassonomika ta’ bijota alternattiva, jew matriċi oħra, sakemm l-EQS applikat jipprovdi livell ekwivalenti ta’ protezzjoni. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, l-EQS tal-bijota huma relatati mal-ħut.

(7)Sustanza preċedentement elenkata bħala sustanza ta’ prijorità fl-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE jew fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE.”.

Top