EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2761

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2761 tal-4 ta’ Diċembru 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì

ST/11666/2023/INIT

ĠU L, 2023/2761, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2761/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2761/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2761

7.12.2023

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2761

tal-4 ta’ Diċembru 2023

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex iniedu negozjati maċ-Ċilì dwar ftehim modernizzat maċ-Ċilì biex jissostitwixxi l-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (1) (il-‘Ftehim ta’ Assoċjazzjoni’).

(2)

Fid-9 ta’ Diċembru 2022, in-negozjati bejn l-Unjoni u ċ-Ċilì ġew konklużi b’suċċess.

(3)

Il-modernizzazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tipprevedi żewġ strumenti legali. L-ewwel strument huwa l-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, (il-‘Ftehim Qafas Avvanzat’), li jinkludi: il-pilastru Politiku u ta’ Kooperazzjoni, u il-pilastru tal-Kummerċ u l-Investiment, li jinkludi d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment. It-tieni strument huwa l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (“il-Ftehim”), li jkopri l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u tal-investiment. Il-Ftehim se jieqaf milli jkollu effett u se jiġi sostitwit mill-Ftehim Qafas Avvanzat mad-dħul fis-seħħ ta’ dan tal-aħħar.

(4)

Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard u d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Dispożizzjonijiet dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli li jinsabu fil-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (id- “Dikjarazzjoni Konġunta”), mehmuża mal-Ftehim, jenħtieġ li tiġi approvata f’isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f’isem l-Unjoni tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (2) huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

Artikolu 2

Id-Dikjarazzjoni Konġunta mehmuża mal-Ftehim, għandha tiġi approvata f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

F. BOLAÑOS GARCÍA


(1)   ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.

(2)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2761/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top