EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1099

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1099 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/4836

ĠU L 238, 6.7.2021, p. 29–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1099/oj

6.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 238/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1099

tal-5 ta’ Lulju 2021

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza 4-[(tetraidro-2H-piran-2-il)ossi]fenol (isem komuni: deossiarbutin, isem INCI: Tetraidropiranilossi Fenol), attwalment mhux irregolata fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tirriżulta fir-rilaxx ta’ 1,4-Diidrossibenżen (isem INCI: Idrokinon). L-idrokinon huwa inkluż fost is-sustanzi pprojbiti għall-użu fil-prodotti kożmetiċi, elenkati fl-entrata 1339 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, bl-eċċezzjoni tal-entrata 14 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-użu tad-deossiarbutin fil-prodotti kożmetiċi ġie vvalutat mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS). Fl-opinjoni tiegħu adottata fit-25 ta’ Ġunju 2015 (2), l-SCCS ikkonkluda li minħabba tħassib dwar is-sikurezza li tqajjem fir-rigward taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti li fihom dik is-sustanza, l-użu tad-deossiarbutin sa 3 % fil-kremi tal-wiċċ ma jistax jitqies bħala sikur (3).

(3)

Abbażi ta’ dik l-opinjoni, jenħtieġ li d-deossiarbutin jiġi pprojbit għall-użu fil-prodotti kożmetiċi u jiżdied mal-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(4)

Is-sustanza 1,3-Diidrossi-2-propanon (isem INCI: Diidrossiaċeton) hija ingredjent kożmetiku bil-funzjonijiet irrapportati tal-kundizzjunar u s-smurija tal-ġilda. Id-diidrossiaċeton attwalment mhuwiex irregolat skont ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009.

(5)

Fl-opinjoni tiegħu adottata fit-3-4 ta’ Marzu 2020 (4), l-SCCS qies id-diidrossiaċeton bħala sikur meta jintuża bħala ingredjent taż-żebgħa tax-xagħar fl-applikazzjonijiet li ma jitlaħalħux (mhux ossidattivi) sa konċentrazzjoni massima ta’ 6,25 %. Barra minn hekk, f’dik l-opinjoni l-SCCS ikkonkluda li l-użu tad-diidrossiaċeton bħala ingredjent taż-żebgħa tax-xagħar fl-applikazzjonijiet li ma jitlaħalħux (mhux ossidattivi) sa konċentrazzjoni massima ta’ 6,25 % flimkien mal-użu ta’ lozjonijiet biex tismar mingħajr ix-xemx u krema tal-wiċċ li fihom sa konċentrazzjoni massima ta’ 10 % diidrossiaċeton huwa wkoll meqjus sikur.

(6)

Abbażi ta’ dawk il-konklużjonijiet, huwa meħtieġ li tiżdied entrata ġdida fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 li se tippermetti użu ristrett tad-diidrossiaċeton fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi u fi prodotti u fi prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx biss, f’konċentrazzjoni massima sa 6,25 % u 10 % rispettivament.

(7)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan.

(8)

Huwa xieraq li jiġu previsti perjodi raġonevoli ta’ żmien sabiex l-industrija tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda dwar l-użu tad-diidrossiaċeton fil-prodotti kożmetiċi u biex jitwaqqfu gradwalment it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti kożmetiċi li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.

(2)  SCCS (il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinion on deoxyarbutin - Tetrahydropyranyloxy Phenol, il-25 ta’ Ġunju 2015, SCCS/1554/15.

(3)  Ara l-punt 4 tal-opinjoni.

(4)  SCCS (il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinion on Dihydroxyacetone - DHA, it-3-4 ta’ Marzu 2020, SCCS/1612/19.


ANNESS

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness II tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru ta’

referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Isem kimiku/INN

Numru CAS

Numru KE

a

b

c

d

1657

4-[(tetraidro-2H-piran-2-il)ossi]fenol (Deossiarbutin, Tetraidropiranilossi Fenol)

53936-56-4”

 

(2)

Fl-Anness III tiżdied l-entrata li ġejja:

Numru ta’ referenza

Identifikazzjoni tas-sustanza

Restrizzjonijiet

Liema kliem għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet

Isem kimiku/INN

Isem tal-Glossarju ta’ Ingredjenti Komuni

Numru CAS

Numru KE

Tip ta’ prodott, partijiet tal-ġisem

Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu

Oħrajn

a

b

c

d

e

f

g

d

h

321

1,3-Diidrossi-2-propanon

Diidrossiaċeton

96-26-4

202-494-5

(a)

Sustanza taż-żebgħa tax-xagħar fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi  (*1)

(b)

Prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx  (*1)

(a)

6,25 %

(b)

10 %

 

 


(*1)  Mis-26 ta’ Jannar 2022 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx li jkun fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mit-22 ta’ April 2022 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx li jkun fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni.”


Top