EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018L0740

Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2018/740 tal-1 ta' Marzu 2018 li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta' lligar fl-aluminju (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2018/1092

ĠU L 123, 18.5.2018, p. 106–108 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_del/2018/740/oj

18.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 123/106


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/740

tal-1 ta' Marzu 2018

li temenda, għall-finijiet ta' adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta' lligar fl-aluminju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih iċ-ċomb.

(2)

Il-punt 6(b) tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE eżenta l-użu taċ-ċomb bħala element ta' lligar fl-aluminju li jkun fih sa 0,4 % ċomb skont il-piż sal-21 ta' Lulju 2016. Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għat-tiġdid ta' din l-eżenzjoni fir-rigward tal-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10 qabel l-21 ta' Jannar 2015, skont l-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2011/65/UE.

(3)

Iċ-ċomb jiġi miżjud intenzjonalment mal-aluminju biex l-aluminju jkun jista' jinħadem aħjar mill-magni għall-produzzjoni industrijali. Reċentement, tqiegħdu fis-suq ċerti alternattivi mingħajr ċomb. Il-prattikabbiltà u l-affidabbiltà ta' dawn l-alternattivi għadhom mhux ċari.

(4)

Barra minn hekk, filwaqt li r-riċiklaġġ tar-ruttami tal-aluminju li jkun fih iċ-ċomb huwa ta' vantaġġ għall-ambjent, it-tneħħija ta' dan iċ-ċomb li jkun ġie introdott mhux intenzjonalment mill-fluss tar-riċiklaġġ tal-aluminju għadha mhux teknikament prattikabbli.

(5)

Il-ligi tal-aluminju fejn iċ-ċomb ma jiddaħħalx intenzjonalment u l-ligi tal-aluminju, fejn iċ-ċomb jiġi miżjud biex jinkisbu ċerti proprjetajiet jenħtieġ li jiġu differenzjati fil-kliem tal-punt 6(b) tal-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, skont l-Artikolu 5(1)(a) ta' dik id-Direttiva.

(6)

Fil-każ tal-preżenza mhux intenzjonata taċ-ċomb li ġejja mir-riċiklaġġ tar-ruttami tal-aluminju li jkun fih iċ-ċomb, l-imprattikabbiltà tat-tneħħija taċ-ċomb u l-impatt ambjentali aktar baxx tal-aluminju riċiklat jiġġustifikaw l-għotja ta' eżenzjoni sal-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1 sa 7 u għall-kategorija 10. Fir-rigward taċ-ċomb fil-ligi tal-aluminju għall-iskopijiet ta' xogħol bil-magni (machining), jenħtieġ li tingħata eżenzjoni għall-kategoriji 1 sa 7 u għall-kategorija 10 b'tul ta' żmien ta' tliet snin wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex l-industrija tkun tista' twettaq il-valutazzjonijiet meħtieġa tal-prestazzjoni tal-alternattivi mingħajr iċ-ċomb disponibbli fis-suq u sabiex tkun tista' taddatta għal-bidliet possibbli. Għal kategoriji oħrajn għajr il-kategoriji 1 sa 7 u l-kategorija 10, l-eżenzjoni attwali tibqa' tgħodd skont il-perjodi ta' validità stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE.

(7)

Għalhekk id-Direttiva 2011/65/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2019 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Dawn għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Lulju 2019.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.


ANNESS

Fl-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE, il-punt 6(b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“6(b)

Iċ-ċomb bħala element ta' lligar f'aluminju li jkun fih sa 0,4 % ċomb skont il-piż.

Jiskadi fil-:

21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 8 u 9 għajr għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro u l-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali;

21 ta' Lulju 2023 għall-kategorija 8 l-apparat mediku dijanjostiku in vitro;

21 ta' Lulju 2024 għall-kategorija 9 l-istrumenti ta' monitoraġġ u kontroll industrijali, u għall-kategorija 11.

6(b)-I

Iċ-ċomb bħala element ta' lligar f'aluminju li jkun fih sa 0,4 % ċomb skont il-piż, sakemm jirriżulta mir-riċiklaġġ tar-ruttami tal-aluminju li jkun fih iċ-ċomb

Jiskadi fil-21 ta' Lulju 2021 għall-kategoriji 1-7 u 10.

6(b)-II

Iċ-ċomb bħala element ta' lligar fl-aluminju għal skopijiet ta' xogħol bil-magni (machining) b'kontenut ta' ċomb sa 0,4 % skont il-piż

Jiskadi fit-18 ta' Mejju 2021 għall-kategoriji 1-7 u l-kategorija 10.”


Top