EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0007

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE tal-20 ta' Jannar 2004 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dwar l-għoti ta' poteri ta' implimentazzjoni u l-proċedura għall-adozzjoni ta' derogi

ĠU L 27, 30.1.2004, p. 44–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006L0112

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/7/oj

32004L0007



Official Journal L 027 , 30/01/2004 P. 0044 - 0045


Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/7/KE

tal-20 ta' Jannar 2004

li temenda d-Direttiva 77/388/KEE dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, dwar l-għoti ta' poteri ta' implimentazzjoni u l-proċedura għall-adozzjoni ta' derogi

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

billi:

(1) L-Artikolu 27 u 30 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxa tal-valur tal-bejgħ – Sistema komuni tal-valur tat-taxxa addizzjonali: Bażi uniformi ta' stima [3], jindika proċeduri li jistgħu jirriżultaw f'tali approvazzjoni tad-derogi tal-Kunsill.

(2) Għal fini ta' trasparenza u ċertezza legali, huwa meħtieġ li kull deroga awtorizzata taħt l-Artikolu 27 jew l-Artikolu 20 tad-Direttiva 77/388/KEE tieħu l-forma ta' deċiżjoni espliċita stabbilita mill-Kunsill stabbilit fuq proposta mill-Kummissjoni.

(3) Il-possibilta ta' tali approvazzjoni mill-kunsill fuq l-iskadenza ta' dan il-perjodu għandha tiġi mneħħija.

(4) Sabiex jiġi żgurat li Membru Stat li jkun issottometta talba għal deroga, ma jitħalliex f'dubju dwar x'azzjoni intenzjonata tieħu il-Kummisjoni fir-rigward tat-talba tiegħu, għandu jkun stabbilit żmien li fih il-Kummissjoni trid tippreżenta lill-Kunsill bi proposta għall-awtorizzazzjoni tat-talba tiegħu jew b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.

(5) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jsegwu mill-qrib l-ipproċessar tat-talbiet tagħhom, hekk kif ikollha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tipproċedi bit-talba, il-Kummisjoni għandha tinforma lill-Istati Membri li jkunu ssottemettew it-talba b'dan u tgħarraf lil l-Istati Membri l-oħra b'din it-talba bil-lingwa oriġinali tat-talba.

(6) Fit-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tad-direttiva 77/388/KEE, huwa enfasizzat li l-istima ta' ċertu negliġenza tal-effett tas-simplifikazzjoni tal-miżuri fuq l-ammont tat-taxxa dovuta fl-istadju finali tal-konsum tkun stabbilita globalment bil-għajnuna ta' previżjonijiet makro-ekonomiċi dwar l-impatt fuq il-miżura tar-riżorsi propji tal-Komunità provdutha mill-VAT.

(7) Fl-assenza ta' xi mekkaniżmu għall-adozzjoni ta' miżuri vinkolanti sabiex jirregolaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva 77/388/KEE, l-applikazzjoni ta' regoli stabbiliti f'dik id-Direttiva jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.

(8) Sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, huwa essenzjali li tkun assigurata aktar l-applikazzjoni uniformi tas-sistema preżenti tal-VAT.L-introduzzjoni ta' proċedura għall-istabbiliment ta' miżuri li jassiguraw l-implimentazzjoni korretta tar-regoli eżistenti, tkun pass 'il quddiem f'dan ir-rigward.

(9) Dawk il-miżuri għandhom, partikolarment, jindirizzaw il-problema tat-taxxa doppja tat-transazzjonijiet bejn il-fruntieri li jistgħu iseħħu bħala riżultat tad-diverġenzi bejn l-Istati Membri fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 77/388/KEE li jirregolaw il-post tal-provvista.

(10) Madankollu, l-iskop ta' kull miżura ta' l-implimentazzjoni trid tibqa limitata minħabba li, għalkemm hija disinjata biex tikkjarifika disposizzjoni fid-Direttiva 77/388/KEE, ma tista' qatt tidderoga minn disposizzjoni bħal din.

(11) Għalkemm l-iskop tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni għandu jkun limitat, dawk il-miżuri jkollhom impatt fuq il-budget li jista' jkun sinifikanti għal xi Stati Membri.

(12) L-impatt ta' dawn il-miżuri fuq il-budgets tal-Istati Membri, jiġġustifika l-Kunsill li jirriserva d-dritt li jeżerċita l-poter ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 77/388/KEE innifisha.

(13) Mogħtija l-iskop restritt tal-miżuri prevvisti, miżuri li jimplimentaw d-Direttiva 77/388/KEE għandhom jkunu stabbiliti mill-Kunsill stabbilit unanimanent fuq xi proposta mill-Kummisjoni.

(14) Minħabba li għal dawn ir-raġunijiet, l-għanijiet ta' din id-Direttiva ma jistgħux jkunu suffiċjalment milħuqha mill-Istati Membri waħedhom u għalhekk jkunu jistgħu jiġu milħuqha aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' taddotta miżuri konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjeta kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit minn dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil' hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(15) Id-Direttiva 77/388/KEE għandha għaldaqstant tkun emendata kif jixraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-Direttiva 77/388/KEE hi emendatha kif ġej:

1. Fl-Artikolu 27, paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandhom jkunu mibdula b'dan li ġej:

"1. Il-Kunsill, stabbilit unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil xi Stat Membru li jintroduċi miżuri speċjali għal deroga mid-disposizzjonijet ta' din id-Direttiva, sabiex jissimplifika l-proċedura tal-ġbir tat-taxxa jew sabiex jippreveni ċertu tipi ta' evażjonijiet. Miżuri ntenzjonati sabiex jissimplifikaw il-ġbir tat-taxxa, ħlief għal każijiet remoti, m'għanhomx jaffetwaw l-ammont globali tad-dħul tat-taxxa miġbura mill-Istat Membru fl-istadju tal-konsum finali.

2. Stat Membru li jixtieq li jintroduċI il-miżura msemmija fil-paragrafu 1 għandu jibgħat applikazzjoni lill-Kummisjoni u jipprovdiha bl-informazzjoni kollha meħtieġa.Jekk il-Kummisjoni tikkonsidra li ma għandiex l-informazzjoni kollha neċessarja, hi għanha tikkuntattja lill-Istat Membru sa xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni u tispeċifika x'informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa. La darba il-kummisjoni għandha l-informazzjoni kollha li hi tikkonsidra neċessarja għall-ipproċessar tat-talba, hi għandha fi żmien xahar tinforma lill-istat Membru li qed jagħmel it-talba b'dan u tqassam din it-talba, fil-lingwa oriġinali tat-talba, lill-istati Membri l-oħra kollha.

3. Fi żmien tlett xhur minn meta toħroġ l-avviż msemmi fl-aħħar sentenza ta' paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lil-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.

4. Fi kwalunkwe eventwalità, il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kompluta sa tmien xhur minn meta l-Kummisjoni tirċievi l-applikazzjoni."

2. Fit-Titolu XVII, l-Artikolu 29a li ġej irid ikun miżjud:

"L-Artikolu 29a

Miżuri tal-implimentazzjoni

Il-Kunsill, stabbilit unanimament minn proposta tal-Kummissjoni, għandu jaddotta il-miżuri neċessarji biex jimplimenta din id-Direttiva."

3. L-Artikolu 30 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 30

Ftehim internazzjonali

1. Il-Kunsill, stabbilit unanimament minn proposta tal-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil xi Stat Membru li jikkonkludi ma' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, ftehim, li jista' jkun fih derogi minn din id-Direttiva.

2. Stat Membru li jkun jixtieq li jikkonkludi ftehim bħal dan għandu jibgħat applikazzjoni lill-Kummissjoni u jipprovdiha bl-informazzjoni kollha neċessarja. Jekk il-Kummisjoni tikkonsidra li ma għandiex l-informazzjoni kollha neċessarja, hi għanha tikkuntattja lill-Istat Membru sa xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni u tispeċifika x'informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa. La darba il-kummisjoni għandha l-informazzjoni kollha li hi tikkonsidra neċessarja għall-ipproċessar tat-talba, hi għandha fi żmien xahar tinforma lill-istat Membru li qed jagħmel it-talba b'dan u tqassam din it-talba, fil-lingwa oriġinali tat-talba, lill-istati Membri l-oħra kollha.

3. Fi żmien tlett xhur minn meta toħroġ l-avviż msemmi fl-aħħar sentenza ta' paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lil-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha.

4. Fi kwalunkwe eventwalità, il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 u 3 għandha tiġi kompluta sa tmien xhur minn meta l-Kummisjoni tirċievi l-applikazzjoni."

Artikolu 2

Din id-Direttiva trid tidħol fis-seħħ 20 ġurnata mill-pubblikazzjoni tagħha fi -Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 20 Jannar 2004.

F'isem il-Kunsill

Il-President

C. McCreevy

[1] Opinjoni mibgħuta fis-16 ta' Diċembru 2003 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni mibgħuta fit-30 ta' Ottubru 2003 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

[3] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1. Direttiva kif l-aħħar mibdula mid-Direttiva 2003/92/KE (ĠU L 260, tal-11.10.2003, p. 8).

--------------------------------------------------

Top