EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0104

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-7 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura

ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1379

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/104/oj

32000R0104



Official Journal L 017 , 21/01/2000 P. 0022 - 0052


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000

tas-7 ta' Diċembru 1999

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura

(2000/722/CSFP)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 26, 36 u 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [4],

Billi:

(1) id-disposizzjonijiet bażiċi li jirrigwardaw l-organizzazzjoni tas-suq għall-prodotti mis-sajd iridu jiġu riveduti sabiex iqisu l-iżviluppi fis-swieq, il-bidliet fis-snin reċenti fl-attivitajiet tas-sajd u n-nuqqasijiet mikxufa fl-implimentazzjoni tar-regoli fis-seħħ bħalissa; minħabba n-numru u l-komplessità ta' l-emendi li jridu jsiru, dawn id-disposizzjonijiet ma jkollhomx iċ-ċarezza meħtieġa minn kull sett ta' regoli għajr jekk ikunu abbozzati mill-ġdid; ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tal-prodotti mis-sajd u l-akiwakutura [5] għandu għalhekk jiġi mibdul b'Regolament ġdid;

(2) fl-interess li r-regoli jiġu simplifikati u li l-użu tagħhom jiġi mħaffef minn dawk li għalihom huma maħsuba, dan ir-Regolament il-ġdid għandu wkoll jinkludi d-disposizzjonijiet bażiċi, aġġornati u supplimentati kif mistħoqq, tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 105/76 tad-19 ta' Jannar 1976 dwar l-għarfien ta' l-orgnizzazzjonijiet tal-produtturi fl-industrija tas-sajd [6] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1772/82 tad-29 ta' Ġunju 1982 li jippreskrivi regoli ġenerali li jirrigwardaw l-estenzjoni ta' ċerti regoli adottati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd fis-settur tas-sajd [7]; dawn ir-Regolamenti għandhom għalhekk jiġu mħassra;

(3) il-politika komuni agrikola trid tinkludi partikolarment, organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, illi jistgħu jieħdu għamliet varji skond il-prodotti interessati;

(4) l-industrija tas-sajd hija ta' importanza speċjali għall-ekonomija ta' ċerti reġjuni kostali tal-Komunità; l-industrija tipprovdi l-parti l-kbira mill-qligħ tas-sajjied f'dawn ir-reġjuni; għalhekk, għandha tiġi inkoraġġita l-istabbiltà tas-suq b'mezzi xierqa, implimentati b'konformità ma’ l-impenji internazzjonali tal-Komunità, partikolrment rigward id-disposizzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar il-mekkaniżmi ta' appoġġ għall-produzzjoni interna u l-ftehim dwar it-tariffi;

(5) il-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq tal-prodotti mis-sajd għandhom iqisu l-ħtieġa ta' appoġġ lis-sajd sostenibbli; l-organizzazzjoni komuni tas-swieq f'dawn il-prodotti għandha għalhekk tinkludi dawk il-miżuri li jiżguraw illi l-proviżjoni tkun tista’ tlaħħaq aħjar mad-domanda, f'termini kemm ta' kwalità kif ukoll ta' kwantità, u jżidu l-qligħ fuq il-prodotti, kemm għall-iskopijiet imsemmija hawn fuq u kif ukoll sabiex itejbu d-dħul tal-produtturi billi jiżguraw l-istabbiltà fil-prezzijiet tas-suq;

(6) waħda mill-manjieri sabiex tiġi implimentata l-organizzazzjoni komuni tas-swieq hija li jiġu applikati livelli stabbiliti għall-prodotti kkonċernati; l-applikazzjoni ta' dawn il-livelli stabbiliti għandu jkollha x-xejra li żżomm lill-prodotti ta' kwalità insodisfaċenti 'il barra mis-suq u tiffaċilita l-kummerċ imsejjes fuq kompetizzjoni bil-fier, u b'hekk tgħin sabiex jittejjeb il-profitt mill-produzzjoni;

(7) l-applikazzjoni ta' dawn il-livelli stabbiliti tirrikjedi l-ispezzjoni tal-prodotti li għalihom dawn il-livelli stabbiliti jkunu preskritti; għalhekk għandha ssir disposizzjoni għal dawn l-ispezzjonijiet;

(8) il-varjetà, li dejjem qed issir usa’, tal-provista, partikolarment ta' prodotti friski u mkessħa, tagħmilha essenzjali illi l-konsumaturi jiġu provduti b'ammont minimu ta' tagħrif dwar il-karatteristiċi ewlenija tal-prodott, hija r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri li jadottaw għal dan l-iskop lista ta' ismijiet aċċettati użati fit-territorju tagħhom għall-kummerċ fil-prodotti involuti;

(9) l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jagħmlu s-sinsla ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq, u dawn għandhom jiżguraw fil-livell tagħhom il-ħidma deċentralizzata tagħhom; huma u jiffaċċjaw konċentrazzjoni dejjem ikbar tad-domanda, il-konċentrazzjoni tal-provista permezz ra’ dawn l-organizzazzjonijiet hija dejjem iktar minn qatt qabel ħtieġa eknomika sabiex issaħħaħ il-posizzjoni tal-produtturi fis-suq; dawn il-konċentrazzjonijiet għandhom ikunu volontarji u bis-sens f'dak li għandu x'jaqsam ma’ l-iskop u l-effiċjenza tas-servizzi offruti mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-membri tagħhom; għandhom jiġu preskritti kriterji komuni biex organizzazzjioni tal-produtturi tiġi konoxxuta minn Stat membru; organizzazzjoni tal-produtturi ma għandhiex tiġi konoxxuta minn Stat Membru bħala kapaċi li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' l-orrgnizzazzjoni komuni tas-suq jekk l-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha ma jimponux ċerti obbligi fuqha u fuq il-membri tagħha;

(10) inizjattivi mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex itejbu l-kwalità tal-prodotti mis-sajd għandhom ikunu megħjuna billi jiġi provdut il-konoxximent speċifiku ta' l-organizzazzjonijiet interessati, bla ħsara għal ċerti kondizzjonijiet

(11) sabiex jappoġġjaw l-attività ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u jiffaċilitaw iktar stabbiltà fis-suq, l-Istati membri għandhom jitħallew jestendu r-regoli adottati mill-organizzazzjoni f'reġjun fl-interess tal-membri tagħha, b'ċerti kondizzjonijiet, lil dawk li ma humiex membri li jbiegħu fis-suq oġġetti f'reġjun speċifiku, partikolarment ir-regoli dwar il-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq, inkluż l-intervent; din il-proċedura hija bla ħsara għall-kontroll mill-Kummissjoni, li tista’, f'ċerti ċirkostanzi, tiddikjara dawn l-estenzjonijiet nulli u vojta;

(12) l-applikazzjoni tas-sistema deskritta hawn fuq tinvolvi nfieq li għandu jinġarr mill-organizzazzjoni li r-regoli tagħha jkunu ġew estiżi; għalhekk, dawk li ma humiex membri għandhom jikkontribwixxu lejn dan l-infieq; l-Istati Membri għandhom ukoll jitħallew li jikkonċedu kumpens lil dawn l-operaturi fuq prodotti illi, għalkemm jilħqu l-livelli stabbiliti tas-suq, ma jistgħux jiġu mibjugħa fis-suq u jiġu rtirati minnu;

(13) f'kull każ, għandhom jiġu preskritti disposizzjonijiet sabiex jiġi assigurat ili l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jkollhomx posizzjoni dominanti fil-Komunità;

(14) sabiex jinkiseb l-użu razzjonali u sostenibbli tar-riżorsi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiggwidaw il-produzzjoni tal-membri tagħhom sabiex jilħqu l-ħtiġijiet tas-suq u jinkoraġġixxu kondizzjonijiet illi jassiguraw illi l-membri tagħhom jiksbu l-iktar qligħ tajjeb possibbli mill-qabdiet tagħhom tal-ħut, partikolarment ta' speċi soġġetti għar-restrizzjonijiet fil-kwoti; għal dawn ir-raġunijiet, jingħata l-parir illi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jeħtieġu li jiddefinixxu u jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti fil-bidu ta' kull sena tas-sajd programm propost li jippjana l-provista u jirregola bil-quddiem il-kunsinni tal-ħut mill-membri tagħhom u, fejn xieraq, disposizzjonijiet speċifiċi għall-prodotti li b'mod regolari jippreżentaw diffikultajiet fil-bejgħ fis-suq;

(15) minħabba l-ispejjeż li jkollhom iġorru l-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex iwettqu l-obbligi ta' hawn fuq, huwa ġustifikabbli li jingħata kumpens proporzjonat għal perjodu limitat taż-żmien lil dawn l-organizzazzjonijiet;

(16) L-Istati Membri għandhom jitħallew illi jikkonċedu għajnuniet addizzjonali lill-organizzzjonijiet tal-produtturi għall-programmi ta' ħidma bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli dettaljati u l-arranġamenti rigward l-assistenza Komunitarja strutturali fis-settur tas-sajd [8];

(17) organizzazzjonjiet fost il-friegħi imwaqqfa fuq l-inizjattiva ta' individwi jew ta' gruppi eżistenti ta' operaturi jistgħu, fejn dawn iwasslu għal proporzjon sinifikanti tal-membri tat-taqsimiet differenti tax-xogħol fis-settur tal-prodotti mis-sajd, jgħinu sabiex iqisu iktar mill-qrib ir-realtajiet tas-suq u jiffaċilitaw avviċinament kummerċjali illi jtejbu r-rappurtaġġ kif ukoll l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, il-preżentazzjoni tal-prodott u l-bejgħ fis-suq; ġaladarba x-xogħol ta' dawn l-organizzazzjonijiet jista’ jikkontribwixxi b'mod ġenerali sabiex jintlaħqu l-iskopijiet ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat u partikolarment dawk ta' dan ir-Regolament, huwa xieraq, ġaladarba jiġu definiti l-għamliet rilevanti ta' azzjoni, illi jiġi mogħti għarfien lil dawk l-organizzazzjonijiet li jwettqu passi prattiċi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' hawn fuq; għandhom isiru disposizzjonijiet, soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet, għall-estenzjoni tar-regoli adotti mill-organizzazzjonijiet ta' fost il-fergħat u għall-qsim bejn xulxin ta' l-ispejjeż ġejjin minn din l-estenzjoni; din il-proċedura għandha tkun bla ħsara għall-kontrolli/eżamijiet tal-Komunità, li tista’, f'ċerti każi, tiddikjara dawn l-estensjonijiet nulli u bla effett;

(18) il-kondizzjonijiet li fihom il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma ta' l-organizzazzjonijiet ta' fost il-fergħat jiġu eżenti mill-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 26 [9] għandhom jiġu speċifikati;

(19) sabiex ilaħħqu mas-sitwazzjonijiet tas-suq li, fil-każ ta' ċerti prodotti mis-sajd ta' importanza speċjali għad-dħul tas-sajjieda, x'aktarx li jwasslu għal prezzijiet li jistgħu joħolqu ċaqliq fis-suq tal-Komunità, irid jiġi ffissat ta' kull sena prezz-gwida jew, fil-każ tat-tonn prezz Komunitarju tal-produttur, illi huma rappreżentattivi fl-oqsma tal-produzzjoni ġol-Kumunità u li jridu jiġu użati sabiex jistabbilixxu l-livelli tal-prezzijiet għal intervent fis-suq, bl-użu tal-fatti tekniċi magħrufa l-iktar riċenti; bil-ħsieb ta' dan, il-prezz-gwida irid jiġi ffissat hekk li jirrifletti r-realtajiet tas-suq u jilqa’ għal varjazzjonijiet eċċessivi fil-prezz minn sena tas-sajd waħda għal dik li tkun tmiss wara; il-prezz-gwida huwa fattur ċentrali li fuqu tiġi bażata serje ta' miżuri oħra ta' intervent; il-Kunsill, fil-waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri għal dan l-iskop;

(20) sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet, l-organizzazzjoniet tal-produtturi għadhom ikunu kapaċi li jintervjenu fis-suq notabbliment billi japplikaw prezzijiet iktar baxxi minn dawk li bihom il-prodotti tal-membri tagħhom jiġu rtirati mis-suq;

(21) huwa xieraq f'każi speċifiċi u f'ċerti kondizzjonijiet illi jingħata appoġġ lill-attivitajet ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi billi jiġi provdut kumpens finanzjarju għall-kwantitajiet (ta' prodotti) irtirati definittivament mis-suq tal-konsum mill-bniedem;

(22) madankollu, dan it-tip ta' intervent mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandu jiġi ristrett għal provisti lokalizzati ta' eċċess illi s-suq ma jiflaħx jassorbixxi u li ma jistgħux jiġu evitati b'miżuri ta' kwalità differenti; il-kumpens finanzjarju għandu għalhekk ikun limitat għal volum żgħir ta' produzzjoni;

(23) sabiex is-sajjieda jiġu inkoraġġiti illi jaġġustaw il-kunsinni tagħhom iktar bl-eżatt skond il-ħtiġijiet tas-suq, għandha ssir disposizzjoni għal-livelli differenti ta' kumpens finanzjarju mibni fuq il-volumm ta' irtirar mis-suq;

(24) l-applikazzjoni tal-miżuri l-ġodda kollha implimentati skond dan ir-Regolament għad jgħinu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex inaqqsu sostanzjalment l-irtirar komplet ta' ħut mis-suq; huwa għalhekk ġustifikat it-tnaqqis gradwali matul perjodu ta' transizzjoni kemm tal-kwanitajiet li jikkwalifikaw għal kumpens finanzjarju kif ukoll għal-livell tal-kumpens;

(25) jekk is-suq jiċċaqlaq serjament, għandhom jiġu adottati miżuri xierqa li jaġġustaw il-kondizzjonijiet li jkopru l-kumpens għall-irtirar;

(26) minħabba l-iskarsità ta' ċerti speċi ta' ħut, il-qerda tal-ħut irtirat mis-suq għandha tiġi evitata kemm jista’ jkun; għal dan l-iskop, għandha tiġi konċessa għajnuna għall-ipproċessar, l-istabbilizzazzjoni u l-ħażna għall-konsum mill-bniedem għal ċerti kwantitajiet ta' prodotti friski irtirati mis-suq; għandhom jikkwalifikaw għal din il-miżura l-ispeċi kollha ta' ħut li x'aktarx jiġu irtirati mis-suq; dan il-mekkaniżmu, illi huwa kemm għamla ta' protezzjoni u kemm mezz sabiex jiżdied ir-ritorn mill-prodotti tas-sajd, għandu jkun disponibbli iktar għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi aktar milli jiġu irtirati kompletament; għalhekk, il-kwantitajiet eliġibbli skond dan il-mekkaniżmu għandhom jiżdiedu;

(27) il-varjazzjonijiet reġjonali fil-prezzijiet għal xi speċi ta' ħut huma tali illi dawn il-prezzijiet għad ma jistgħux jiġu koperti mill-iskema li tikkonċedi kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi; madankollu, sabiex tiġi inkoraġġita stabbiltà ikbar fis-suq għall-prodotti interessati filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tagħhom u d-diversità taċ-ċirkostanzi li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq tagħhom, dawn il-prodotti għandhom ikunu koperti bi skema Komunitarja ta' appoġġ għall-prezzijiet addattati għall-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, imsejsa fuq l-applikazzjoni ta' prezz għall-irtirar iffissat indipendentement mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għal dawk il-prodotti li kienu soġġetti għal intervent indipendenti;

(28) għandha ssir disposizzjoni għal skema speċifika ta' appoġġ għal xi prodotti ffriżati fuq il-baħar, fil-għamla ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' dawn il-prodotti, bla ħsara għal ċerti limiti u kondizzjonijiet, sakemm iżda dawn ma jkunux jistgħux jinbiegħu fis-suq bi prezz ogħla minn dak li jrid jiġi stabbilit fuq il-livell tal-Komunità;

(29) waqgħa fil-prezzijiet ta' l-importazzjoni tat-tonn maħsub għall-industrija ta' l-ippriservar fil-landi tista’ thedded il-livelli tad-dħul tal-produtturi Komunitarji ta' dan il-prodott; għandha għalhekk issir disposizzjoniji sabiex jiġi konċess kumpens lil dawn il-produtturi meta jinħtieġ; sabiex jiġi razzjonalizzat il-bejgħ fis-suq ta' prodott uniformi, dawn ir-rimunerazzjonjiet ta' kumpens għandhom jitħallsu biss lill-orgnizzazzjonijiet tal-produtturi b'ċerti kondizzjonijiet;

(30) sabiex tiġi skorraġġita espansjoni mhux normali fil-produzzjoni tat-tonn, biż-żieda konsegwenti ta' l-ispejjeż assoċjati magħha, għandha ssir disposizzjoni għal-limiti li fihom jistgħu jiġu konċessi r-rimunerazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet tal-podutturi fuq il-bażi li għandhom jiġu riveduti l-kondizzjonijiet tal-provisti reġistrati fis-suq tal-Komunità u l-kriterji li jservu ta' grillu biex jibda jaħdem il-mekkaniżmu;

(31) sabiex issir stima jekk teżistix fis-suq tal-Komunità sitwazzjoni marbuta max-xejra tal-prezzijiet fis-suq dinji għat-tonn li jiggarantixxi l-ħlas tar-rimunerazzjonijiet ta' kumpens, għandu jsir kontroll/eżami illi l-waqgħa fil-prezzijiet Komunitarji tas-suq tkun ġejja minn waqgħa fil-prezzijiet ta' l-importazzjoni;

(32) l-applikazzjoni ta' dazji komuni tat-tariffa tad-dwana hija sospiża għal kollox f'ċerti prodotti mit-tonn; ġaladarba l-produzzjoni Komunitarja tat-tonn mhix suffiċjenti, il-kondizzjonijiet tal-provista komparabbli ma’ dawk li jgawdu ċerti pajjiżi terzi ta' l-esportazzjoni għandhom jinżammu għall-industriji ta' l-ipproċessar ta' l-ikel li jużaw dawn il-prodotti hekk illi ma jfixklux l-iżvilupp taghhom fil-kuntest tal-kondizzjonijiet internazzjonali tal-kompetizzjoni; kull żvantaġġ li din is-sistema tista’ tippreżenta lill-produtturi Komunitarji tat-tonn għandu jiġi kumpensat bil-ħlas maħsub minn qabel għal dan il-għan;

(33) sabiex jiġu assigurati provisti adekwati lis-suq tal-Komunità ta' materji prima maħsuba għall-industriji ta' l-ipproċessar fuq termini illi jgħinuhom li jibqgħu kompetittivi, għandhom jiġi sospiżi d-dazji komuni tat-tariffa tad-dwana għal ċerti prodotti totalment jew parzjalment għal perjodu indefinit taż-żmien;

(34) madankollu, is-sospensjoni tad-dazji skond l-arranġamenti msemmija hawn fuq m'għandhomx iwasslu sabiex provisti minn pajjiżi terzi jiġu offruti bi prezzijiet baxxi b'mod mhux normali; kwalifika ghal din is-sospensjoni għandha għalhekk tkun soġġetta għall-konformità mal-prezz ta' riferenza kalkolat bi qbil mar-regoli preskritti;

(35) jekk ċirkostanzi eċċezzjonali kawżati mill-importazzjoni jew l-esportazzjoni joħolqu jew jheddu ċaqliq serju li x'aktarx jipperikola l-kisba ta' l-għanijiet dikjarati fl-Artikolu 33 tat-Trattat, għandu jkun possibbli li jiġu applikati miżuri xierqa fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, fil-waqt li jikkonformaw ma’ l-impenji internazzjonali tal-Komunità;

(36) l-esperjenza wriet li jista’ jkun meħtieġ illi l-miżuri jittieħdu b’ħeffa kbira, sabiex tiġi assigurata l-provista fis-suq tal-Komunità u li jiżguraw illi l-impenji internazzjonali li tkun daħlet għalihom il-Komunità jiġu mħarsa; sabiex il-Komunità titħalla tamministra sitwazzjonijiet bħal dawn bil-ħeffa kollha meħtieġa, għandha ssir disposizzjoni għal proċedura li biha l-miżuri rekwiżiti jistgħu jittieħdu bil-ħeffa;

(37) it-twaqqif ta' suq wieħed ibbażat fuq sistema komuni ta' prezzijiet ikun iprikolat bil-konċessjoni ta' ċerti għajnuniet; għalhekk, id-disposizzjonijiet tat-Trattat li fuqhom l-għajnuna Statli konċessa mil-Istati Membri tista’ tiġi eżaminata, li twassal għall-projbizzjoni ta' l-iskemi li m'humiex kompatibbli mas-suq komuni, għandhom japplikaw ukoll għall-industrija tas-sajd;

(38) l-implimentazzoni ta' dan ir-Regolament teħtieġ illi jiġu stabbiliti u miżmuma sistemi għall-komunikazzjoni tat-tagħrif bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri; in-nefqa fuq din is-sisema, li parti minnha għandha tinġarr mill-estimi tal-Komunità, għandha tiġi speċifikata;

(39) in-nefqa magħmula mill-Istati Membri bħala riżultat ta' l-obbliġi li joħorġu mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi ffinanzjata mill-Komunità b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [10];

(40) l-implimentazzjoni ta' din l-organizzazzjoni komuni trid ukoll tqis il-fatt illi huwa fl-interess tal-Komunità li jiġu ppriservati kemm jista’ jkun il-postijiet tas-sajd; il-finanzjament tal-miżuri li jkopri kwantitajiet ta' ħut illi jaqbżu lil dawk li jistgħu jiġu allokati lill-Istati Membri ma għandux għalhekk ikun permess;

(41) hija r-responsabbiltà ta' l-Istati Membri illi jadottaw il-miżuri xierqa kollha sabiex jassiguraw konformità ma’ dan ir-Regolament u ma jħallux li jsir xi frodi u li jwasslu fi tmiemu;

(42) sabiex tiġi faċilitata l-implimentazjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet, għandu jkun hemm proċedura ta' koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta' kumitat tat-tmexxija;

(43) il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adotatti bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 5ta’ Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimentazzjoni fdati lill-Kummissjoni [11];

(44) l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti mis-sajd għandhom jagħtu kont xieraq, fl-istess ħin, ta' l-għanijiet iddikjarati fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Hija hawnhekk imwaqqfa organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti mis-sajd, illi tiġbor fiha sistema ta' prezzijiet u ta' negozju u regoli komuni dwar il-kompetizzjoni.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

- "produttur" ifisser il-persuni fiżiċi jew legali li jużaw mezzi ta' produzzjoni sabiex jipproduċu prodotti mis-sajd bil-ħsieb li jqegħduhom sa mill-ewwel stadju għall-bejgħ fis-suq,

- "prodotti mis-sajd"

ikopru kemm il-prodotti maqbuda fuq il-baħar jew f'ibħra interni u kemm il-prodotti mill-akkwakultura mniżżla fil-lista hawn isfel.

Kodiċi NM | Deskrizzjoni ta' l-oġġetti |

| |

(a) | 0301 | Ħut ħaj |

0302 | Ħut, frisk jew imkessaħ, minbarra filetti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru. 0304 |

0303 | Ħut tal-friża, minbarra filetti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' l-intestatura Nru. 0304 |

0304 | Filetti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat jew le), friski, imkessħin jew tal-friża |

(b) | 0305 | Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut iffumigat, kemm jekk imsajjar qabel jew waqt il-proċess tal-fumigazzjoni; meal u pellets tal-ħut, tajbin għall-konsum mill-bniedem |

(ċ) | 0306 | Krostaċeji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, tal-friża, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akwatiċi minbarra krostaċej u molluski ħajjin, friski, imkessħin, tal-friża, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, meals u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krostaċeji, tajbin għall-konsum mill-bniedem |

0307 | Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, tal-friża, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; invertebrati akkwatiċi minbarra krostaċeji u molluski ħajjin, friski, imkessħin, tal-friża, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, meals u pellets ta' invertebrati akkwatiċi minbarra krostaċeji, tajbin għall-konsum mill-bniedem |

(d) | | Prodotti li ġejjin mill-annimali mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor; annimali mejta tal-Kapitolu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem: |

| - Oħrajn: |

| - - Prodotti ġejjn minn ħut jew krostaċeji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra; annimali mejta tal-Kapitolu 3: |

05119110 | - - - Fdalijiet tal-ħut |

05119190 | - - - Oħrajn |

(e) | 1604 | Ħut ippreparat jew ippriservat; kavjar u sostituti tal-kavjar preparati mill-bajd tal-ħut |

(f) | 1605 | Krostaċeji, molluski u invertebrati akwatiċi oħra, ippreparati jew ippriservati |

(g) | | Għaġin, sew jekk ikun jew ma jkunx imsajjar jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħra) jew preparat xort'oħra, bħal ma huma spagetti, macaroni, noodles, lasagne, gnocchi, ravjul, cannelloni, kusksu, sew jekk ippreparati sew jekk le: |

| - Għaġin mhux imsajjar, mhux mimli jew ippreparat xort'oħra: |

190220 | - Għaġin mimli, sew jekk imsajjar sew jekk le jew ippreparat xort'oħra: |

19022010 | - - Li jkun fih aktar minn 20 % fil-piż ta' ħut, krostaċeji, molluski u invertebrati akkwatiċi oħra |

(h) | | Dqiq, meals u pellets, tal-laħam jew fdal tal-laħam, tal-ħut jew ta' krostaċeji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra, mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem; qrieqeċ: |

23012000 | Dqiq, meals u pellets, tal-ħut jew ta' krostaċeji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħra |

TITOLU I

IL-LIVELLI STABBILITI GĦALL-BEJGĦ FIS-SUQ U T-TAGĦRIF GĦALL-KONSUMATURI

KAPITOLU 1

IL-LIVELLI STABBILITI GĦALL-BEJGĦ FIS-SUQ

Artikolu 2

1. Livelli stabbiliti komuni għall-bejgħ fis-suq u l-iskop li dawn il-livelli stabbiliti jistgħu jiġu stabbiliti għall-prodotti mniżżla fil-lista fl-Artikolu 1 jew għal gruppi minn dawn il-prodotti; dawn il-livelli minimi jistgħu partikolarment ikopru klassifika skond il-kwalità, id-daqs jew l-użin, il-pakkeġġ, il-preżentazzjoni u t-tikkettjar.

2. Fejn jinħarġu l-livelli stabbiliti għall-bejgħ fis-suq, il-prodotti li għalihom japplikaw ma jistgħux jiġu esibiti għall-bejgħ, offruti għall-bejgħ, mibjugħa jew imqiegħda għall-bejgħ fis-suq b'xi mod ieħor għajr jekk jikkonformaw ma’ dawn il-livelli stabbiliti, bla ħsara għar-regoli speċjali li jistgħu jiġu adottati għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi.

3. Il-livelli stabbiliti għall-bejgħ fis-suq u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħhom, inklużi r-regoli speċjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 3

1. Il-prodotti li għalihom ikunu ġew adottati livelli stabbiliti komuni għandhom ikunu soġġetti għal spezzjoni mill-Istati Membri rigward il-konformità ta' dawn il-livelli stabbiliti.

Din l-ispezzjoni tista’ ssir fl-istadji kollha tal-bejgħ fis-suq u waqt li l-prodotti jkunu qed jiġu trasportati.

2. L-Istati membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jippenalizzaw ksur ta' l-Artikolu 2.

3. Mhux iktar tard minn xahar mid-dħul fis-seħħ ta' kull livell stabbilit għall-bejgħ fis-suq, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-isem u l-indirizz tal-korpi fdati bl-ispezzjoni ta' kull prodott jew grupp ta' prodotti li għalihom ikun adott livell stabbilit.

4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat il-paragrafu 1 kif jinħtieġ bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2), filwaqt li titqies partikolarment il-ħtieġa li jiġi assigurat kordinament tax-xogħol tal-korpi ta' l-ispezzjoni u uniformità fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' livelli stabbiliti komuni ta' bejgħ fis-suq.

KAPITOLU 2

TAGĦRIF LILL-KONSUMATUR

Artikolu 4

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 79/112/KEE [12], il-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(a), (b) u (ċ) Mejju ma jistgħux jiġu offruti għall-bejgħ bl-imnut lill-aħħar konsumatur, irrispettivament mill-metodu tal-bejgħ fis-suq, għajr jekk il-marki u t-tikkettjar xierqa jindikaw:

(a) l-isem kummerċjali ta' l-ispeċi tal-ħut;

(b) il-metodu tal-produzzjoni (maqbuda fuq il-baħar jew f'ibħra interni, jew imrobbija);

(ċ) l-erja fejn tkun saret il-qabda tagħhom.

Dawn il-ħtiġijiet m'għandhomx madankollu japplikaw għal kwantitajiet żgħar tal-prodotti imqiegħda għad-disposizzjoni diretta tal-konsumaturi jew mis-sajjied jew mill-produtturi ta' l-akkwakultura.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom ifasslu u jippubblikaw lista ta' ismijiet kummerċjali aċċettati fit-territorju tagħhom, għall-inqas għall-ispeċi kollha ta' ħut imniżżla fil-lista fl-Annessi I sa IV ma’ dan ir-Regolament, mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2002. Il-lista għandha turi l-isem xjentifiku għal kull speċi ta' ħut, ismu fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru u, fejn japplika, kull isem ieħor jew ismijiet oħra aċċettati jew permessi lokalment jew reġjonalment.

3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-lista ta' ismijiet kummerċjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 mill-inqas xahrejn qabel id-data riferita fil-paragrafu 2. L-istati membri għandhom jagħrfu l-ismijiet imniżżla fil-lista minn Stati Membri oħra għall-istess speċi ta' ħut fl-istess ilsien.

4. Fejn hu meħtieġ, għandhom jiġu applikati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

TITOLU II

L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

KAPITOLU 1

IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-KONĊESSJONI TA' U L-IRTIRAR TA' L-GĦARFIEN TA' L-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI

Artikolu 5

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, "organizzazzjoni tal-produtturi" tfisser kull entità legali:

(a) imwaqqfa fuq l-inizjattiva ta' grupp ta' produtturi ta' wieħed jew iktar mill-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(a), (b) u (ċ) safejn, fil-każ ta' prodotti friżati, trattati jew proċessati, l-operazzjonijiet imsemmija twettqu abbord bastimenti tas-sajd;

(b) imwaqqfa bl-iskop partikolarment, illi jassiguraw illi s-sajd jitwettaq skond linji razzjonali u li l-kondizzjonijiet fl-interess tal-prodotti tal-membri tagħhom jiġu mtejba, billi jieħdu dawk il-miżuri illi jridu:

1. jinkoraġġixxu l-pjanifikazzjoni tal-produzzjoni u l-aġġustament tagħha mad-domanda, f'termini ta' kwalità fiż-żewġ każi, partikolarment bl-implimentazzjoni tal-pjani tal-qbid tal-ħut;

2. jippromwovu l-konċentrazzjoni tal-provista;

3. jistabbilizzaw il-prezzijiet;

4. jinkoraġġixxu metodi tas-sajd illi jappoġġjaw is-sajd sostenibbli;

(ċ) ir-regoli tas-sħubija illi jeħtieġu mill-membri produtturi tagħha (l-organizzazzjoni), b'mod partikolari:

1. li japplikaw ir-regoli tas-sajd, tal-produzzjoni u tal-bejgħ fis-suq adottai minnha;

2. fejn l-Istat Membru interessat ikun iddeċieda illi biċċa mill-kwota jew kwoti għall-qabda tal-ħut jew il-kwota/kwoti kollha u jew l-applikazzjoni ta' l-isforz tas-sajd jiġu mmaniġġjati mill-organizzazzjonjiet tal-produtturi, japplikaw il-miżuri adottati mill-organizzazzjoni b'dan l-iskop;

3. sabiex jassiguraw illi bastiment wieħed biss jappartjeni għal organizzazzjoni waħda ta' produtturi għal kull prodott jew grupp ta' prodotti msemmija;

4. sabiex jiddisponu mill-produzzjoni totali tal-prodotti li permezz tagħhom huma membri bis-saħħa ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi l-organizzazzjoni tista’ madankollu, tiddeċiedi illi din il-ħtieġa tista’ titwarrab jekk il-prodotti jiġu eliminati bi qbil mar-regoli komuni li tkun stabbiliet bil-quddiem;

5. li jipprovdu t-tagħrif mitlub mill-organizzazzjoni tal-produtturi sabiex jiġu stabbiliti l-miżuri riferiti fil-paragrafu 1(b) jew sabiex iwettqu l-obbligi statutorji, jew għal għanijiet ta' l-istatistika;

6. sabiex iħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji provduti fir-regolamenti tas-sħubija sabiex jiġi stabbilit u mimli mill-ġdid il-fond ta' intervent skond l-Artikolu 17(3);

7. sabiex jibqgħu membri ta' l-organizzazzjoni għal mill-inqas tliet snin wara li tiġi konoxxuta u jgħarrfu lill-organizzazzjoni mill-inqas sena bil-quddiem jekk ikunu jixtiequ li ma jibqgħux parti minnha;

(d) ir-regoli tas-sħubija tagħhom jipprovdu għal:

1. proċeduri sabiex jiġu stabbiliti, adottati u emendati r-regoli li hemm riferenza għalihom fil-punt (ċ)(1);

2. l-esklużjoni tal-forom kollha ta' diskriminazzjoni fost il-membri, partikolarment fuq il-bażi ta' nazzjonalità jew post fejn huma stabbiliti;

3. it-twaqqif u l-ġbir tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa sabiex jiffinanzjaw l-organizzazzjoni tal-produtturi;

4. ir-regoli li jagħtu l-poter lill-membri produtturi illi jiskrutinizzaw l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha b'mod demokratiku;

5. il-penali għall-ksur ta' l-obbligi skond ir-regoli tas-sħubija, partikolarment in-nuqqas ta' ħlas tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, u tar-regoli preskritti mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

6. ir-regoli dwar id-dħul ta' membri ġodda;

7. ir-regoli tal-kontabbiltà u ta' l-estimi meħtieġa għax-xogħol ta' l-organizzazzjoni, inklużi ż-żamma ta' kontijiet separati għall-attivitajiet li għalihom jiġi konċess ir-rikonoxximent;

(e) li tkun ġiet konoxxuta mill-Istat Membru interessat skond il-paragrafu 2.

2. L-Istati membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonjiet tal-produtturi għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament il-gruppi kollha tal-produtturi illi għandhom il-kwartieri ġenerali uffiċjali tagħhom fit-territorju tagħhom, huma suffiċjentement u ekonomikament attivi fit-territorju tagħhom u li japplikaw għal dan il-konoxximent, bil-kondizzjoni illi:

(a) ilaħħqu mal-ħtiġijiet preskritti fil-paragrafu 1 u jipprovdu x-xhieda rilevanti, inkluża l-prova illi għandhom numru minimu ta' membri produtturi jew ikopru volum minimu ta' produzzjoni li tista’ tinbiegħ fis-suq;

(b) hemm biżżejjed evidenza illi jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom kif jixraq, kemm matul iż-żmien u kif ukoll f'termini ta' effettività;

(ċ) għandhom l-istatus legali meħtieġ skond il-leġislazzjoni nazzjonali.

3. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jistgħux iżommu posizzjoni dominanti f'suq partikolari għajr jekk meħtieġ skond l-iskopijiet ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat.

4. Ir-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom:

(a) jiddeċiedu jekk jikkonċedux rikonoxximent fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni bid-dokumenti kollha rilevanti ta' appoġġ;

(b) iwettqu kontrolli/eżamijiet f'intervalli regolari ta' żmien sabiex jassiguraw illi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonformaw mat-termini u l-kondizzjonijiet ta' l-għarfien; l-għarfien ta' organizzazzjoni tal-produtturi jista’ jiġi rtirat jekk ma jitwettqux iktar il-kondizzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 5 jew jekk l-għarfien ikun imsejjes fuq tagħrif żbaljat; jekk l-organizzazzjoni tikseb l-għarfien jew tibbenefika minnu b'mezzi foloz, l-għarfien għandu jiġi rtirat fil-pront retro-attivament;

(ċ) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, b'kull deċiżjoni fejn jiġi konċess, rifjutat jew irtirat għarfien.

2. Stat membru għandu jaċċetta li jingħata għarfien lill-organizzazzjoni tal-produtturi illi jkollha l-kwartieri ġenerali uffiċjali tagħha fit-territorju tiegħu imma xi wħud mill-membri jkunu ċittadini nazzjonali ta' Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħra, basta iżda illi jiġu mħarsa l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 5.

L-Istati Membri li ċ-ċittadini nazzjonali tagħhom huma membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru ieħor għandhom jibnu, b'kollaborazzjoni ma' ta' l-aħħar, il-koperazzjoni amministrattiva meħtieġa sabiex iwettqu kontrolli dwar l-attivitajiet ta' l-organizzazzjoni involuta.

3. l-Istati membri jistgħu jagħtu għarfien lil organizzazzjoni waħda tal-produtturi esklussivament sabiex tistad f'erja speċifika jekk jinstab illi hija rappreżentattiva skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7(1).

4. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw li jagħtu għarfien lil assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijet tal-produtturi sakemm din tikkonforma mal-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 5. Madankollu, l-Artikoli 9 u 10 ma għandhomx japplikaw għal dawn l-assoċjazzjonijiet.

5. Sabiex jiġ assigurat illi l-Artikolu 5 u l-paragrafu (1)(b) ta' dan l-Artikolu jiġu mħarsa, il-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli u fid-dawl ta' dawn l-eżamijiet tista', fejn xieraq, titlob illi l-Istati Membri jirtiraw il-konoxximent.

6. Fil-bidu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jkunu ngħataw għarfien matul is-sena ta' qabel u dawk li l-għarfien tagħhom ġie rtirat matul l-istess perijodu ta' żmien.

7. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament, partikolarment għall-irtirar tal-konoxximent, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

KAPITOLU 2

L-ESTENSJONI TAR-REGOLI GĦAL DAWK LI MA HUMIEX MEMBRI

Artikolu 7

1. Fejn organizzazzjoni tal-produtturi hija kkunsidrata illi tirrappreżenta l-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq f'post wieħed jew iktar fejn jitniżżel il-ħut fi Stat Membru u tagħmel applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-Istat Membru interessat jista' jitlob lill-produtturi li ma humiex membri ta' l-organizzazzjoni u li jbiegħu fis-suq xi wieħed mill-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 fl-arja fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi hija rappreżentanta sabiex jikkonformaw ma':

(a) ir-regoli tal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq imdaħħla mill-organizzazzjoni sabiex tilħaq l-iskopijiet dikjarati fl-Artikolu 5(1)(b);

(b) ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni dwar l-irtirar mis-suq u t-tħollija għal sena oħra tal-prodotti friski jew imkessħa riferiti fil-punti (a) u (ċ) tat-tieni indent tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1.

Madankollu, fil-każ tal-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I, dawn ir-regoli jistgħu jiġu estiżi għal min mhux membru sakemm il-prezz applikat mill-organizzazzjoni tal-produtturi huwa l-prezz ta' l-irtirar jew il-prezz Komunitarju tal-bejgħ, bla ħsara għat-tolleranza provduta fl-Artikolu 21(1)(a).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu illi l-estenzjoni tar-regoli li hemm riferenza għalihom fil-punti (a) u (b) m'għandhomx japplikaw għal ċerti kategoriji ta' bejgħ.

2. Ir-regoli li jsiru obbligatorji skond il-paragrafu 1 għandhom japplikaw sal-bejgħ fl-ewwel stadju tal-prodotti fis-suq għal perijodu taż-żmien mhux itwal minn 12-il xahar għal arja limitata għal reġjun.

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw fil-pront lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li jkunu ddeċidew li jagħmlu obbligatorji skond il-paragrafu 1.

Fejn il-Kummissjoni ma tkunx żgura dwar l-invalidità tad-deċiżjoni li għandha x'taqsam mal-każi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 4 fejn l-estensjoni trid tiġi dikjarata nulla u vojta, tista' titlob lill-Istat membru fil-kwistjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi n-notifika sabiex jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni totalment jew parzjalment. F'dan il-każ u fi żmien xahrejn minn din id-data, il-Kummissjoni:

- għandha tikkonferma illi l-regoli notifikati jistgħu jsiru obbligatorji,

jew

- għandha tiddikjara, fuq deċiżjoni raġunata, bħala nulli u vojta r-regoli deċiżi mill-Istat Membru, fuq il-bażi ta' waħda miċ-ċirkostanzi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 4(a) u (b). F'dan il-każ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika mid-data li fiha t-talba sabiex jiġu sospiżi r-regoli tkun intbagħtet lill-Istat membru.

4. Il-Kummissjoni għandha tiddikjara l-estensjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 bħala nulla u vojta:

(a) jekk issib illi l-estenzjoni msemmija tipperikola l-kummerċ ħieles, jew li l-iskopijiet ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat jiġu b'daqshekk perikolati;

(b) jekk issib illi l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għar-regola li tkun iddeċiet illi testendi lill-produtturi oħra.

5. Wara kontrolli ex-post, il-Kummissjoni tista' f'kull ħin tidentifika każijiet ta' nullità skond il-paragrafu 4 u tiddikjara nulla u vojta l-estensjoni involuta.

6. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf fil-pront lill-Istati Membri l-oħra f'kull stadju tal-proċedura preskritta fil-paragrafi 3, 4 u 5.

7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jassiguraw konformità mar-regoli li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1. Għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri.

8. Fejn jiġi applikat il-paragrafu 1, l-Istati Membri interessati jistgħu jiddeċiedu illi dawk li m'humiex membri jkunu responsabbli lejn l-organizzazzjoni għall-ekwivalenti tal-miżati totali jew parzjali mħallsa mill-produtturi membri sakemm dawn il-miżati jkunu bil-ħsieb illi jkopru l-infiq li jirriżulta mill-applikazzjoni tas-sistema li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1.

9. Fejn jiġi applikat il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jassiguraw, fejn meħtieġ permezz ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-irtirar tal-prodotti li ma jissodisfawx ir-regoli tal-bejgħ fis-suq jew li ma jkunux jistgħu jinbiegħu ta' l-anqas daqs il-prezz ta' l-irtirar.

10. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 8

1. Fejn jiġi applikat l-Artikolu 7(1), Stat Membru jista’ jikkonċedi kumpens lill-produtturi li m'humiex membri ta' organizzazzjoni u li jkunu stabbiliti fil-Komunità, fejn jirrigwarda prodotti illi:

- ma jistgħux jiġu mibjugħa fis-suq skond l-Artikolu 7(1)(a),

jew

- ikunu ġew irtirati mis-suq skond l-Artikolu 7(1)(b).

Il-kumpens għandu jiġi konċess mingħajr diskriminazzjoni lejn in-nazzjonalità jew il-post ta' l-istabbiliment tar-riċevituri. Ma jistax jaqbeż is-60 % ta' l-ammont milħuq bl-applikazzjoni tal-kwantitajiet irtirati:

- il-prezz ta' l-irtirar iffissat skond l-Artikolu 20 għall-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I, Partijiet A u B,

jew

- il-prezz tal-bejgħ iffissat skond l-Artikolu 22 għall-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I, Parti C.

2. In-nefqa li tirriżulta mill-konċessjoni tal-kumpens li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha tiġi assorbita mill-Istat Membru interessat.

KAPITOLU 3

IL-PJANIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI U L-BEJGĦ FIS-SUQ

Artikolu 9

1. Fil-bidu tas-sena tas-sajd, kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tfassal programm tax-xogħol għas-sena tas-sajd għall-ispeċi ta' ħut imniżżla fil-lista fl-Annessi I, IV u V u tibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru u li jrid ikun fih:

(a) l-istrateġija tal-bejgħ fis-suq li trid tiġi segwita mill-organizzazzjoni sabiex taqbel mal-kwantità u l-kwalità tal-provista għall-ħtiġijiet tas-suq;

(b) - pjan tal-qabda tal-ħut għall-ispeċi fl-Annessi I u IV, partikolarment għall-ispeċi tal-ħut koperti bi kwoti tal-qbid, safejn dawn l-ispeċi ta' ħut jirrappreżentaw sehem sinifikanti tat-tniżżil l-art tal-ħut mill-membri tagħha (l-organizzazzjoni);

- (ċ) pjan dwar il-produzzjoni għall-ispeċi tal-ħut fl-Anness V;

(d) miżuri speċjali maħsuba bil-quddiem sabiex tiġi aġġustata l-provista ta' l-ispeċi tal-ħut li regolarment jippreżentaw diffikutajiet matul is-sena tas-sajd;

(e) il-penali li jiġu applikati fuq il-membri li jiksru d-deċiżjonijiet adottati sabiex dawn il-pjani jiġu implimentati.

Il-programm tax-xogħol jista' jiġi rivedut wara ċirkostanzi imprevisti matul is-sena tas-sajd u r-reviżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru.

Mhux kull organizzazzjoni tal-produtturi bl-għarfien ġdida hija obbligata li tistabbilixxi programm tax-xogħol matul l-ewwel sena wara l-għarfien tagħha.

2. Il-programm tax-xogħol u r-reviżjonijiet kollha tiegħu għandhom ikunu bla ħsara għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(1)(b), l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli xierqa sabiex jassiguraw illi kull organizzazzjoni tal-produtturi twettaq l-obbligi provduti fil-paragrafu 1, u għandhom japplikaw il-penalitajiet li ġejjin fil-każ illi dawn l-obbligi ma jitwettqux:

(a) fejn organizzazzjoni tal-produtturi tonqos milli tfassal programm tax-xogħol għas-sena tas-sajd bi qbil mal-paragrafu 1, ma għandha tirċievi l-ebda assistenza finanzjarja konċessa għall-operati ta' intervent imwettqa skond it-Titolu IV għas-sena tas-sajd involuta;

(b) fejn organizzazzjoni tal-produtturi ma tkunx implimentat il-miżuri provduti fil-programm tax-xogħol tagħha, allura, għas-sena tas-sajd involuta,

- għandha tiġi konċessa biss 75 % ta' l-assistenza finanzjarja għall-operati ta' intervent imwettqa skond it-Titolu IV għall-ewwel okkorrenza ta' nuqqas ta' implimentazzjoni,

- għandha tiġi konċessa biss 50 % ta' l-assistenza finanzjarja msemmija hawn fuq għat-tieni okkorrenza, u

- ma għandha tiġi konċessa l-ebda asistenza finanzjarja msemmija hawn fuq wara kull okkorrenza oħra.

Il-penalitajiet imsemmija fil-paragrafi (a) u (b), m'għandhomx japplikaw sa l-1 ta' Jannar 2002.

4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni dwar il-każi fejn ikun ġie applikat il-paragrafu 3(a) jew (b).

5. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 10

1. Mingħajr preġudizzju għall-għajnuna li tista' tiġi konċessa sabiex tinkoraġġixxi l-ħolqien u tiffaċilita l-operati ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi skond l-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, l-Istati Membri jistgħu jikkonċedu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kumpens għal perjodu limitat taż-żmien sabiex jagħmel tajjeb għall-infiq li joħroġ mill-obbligi imposti fuqhom skond l-Artikolu 9.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti qabel l-1 ta' Jannar 2001 jistgħu jirċievu dan il-kumpens għal ħames snin minn din id-data.

L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti sussegwentement jistgħu jirċievu kumpens għal ħames snin wara s-sena li fiha jkunu ġew konċessi għarfien.

2. Il-kumpens li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun kompost minn dan li ġej:

(a) għall-ispeċi tal-ħut fl-Annessi I u IV, ammont fil-proporzjon għan-numru ta' bastimenti kalkolati degressivament bi qbil mal-metodu dikjarat fl-Anness VIIA, u rata waħda għal kulħadd ta' l-ammont ta' 500 Ewro għal kull speċi ta' ħut koperti bl-ewwel indent ta' l-Artikolu 9(1)(b), sa 10 speċi b'kollox;

(b) għall-ispeċi ta' ħut fl-Anness V, ammont fil-proporzjon tar-rappreżentattività ta' l-organizzazzjoniet tal-produtturi kalkolati bi qbil mal-metodu dikjarat fl-Anness VIIB. Il-livell tar-rappreżentattività għandu jiġi kalkolat skond il-persentaġġ tal-produzzjoni mormija permezz ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi f'erja tal-produzzjoni li tiġi meqjusa kbira biżżejjed mill-Istat Membru interessat fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti għall-iskop ta' għarfien mill-Istat Membru.

3. L-Istati Membri għandhom iħallsu l-kumpens lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fi żmien erba' xhur mit-tmiem tas-sena li għaliha (l-kumpens) jiġi konċess, safejn u sakemm l-awtoritajiet kompetenti jkunu ċċekjaw illi l-organizzazzjonijiet riċevituri jkunu wettqu l-obbligi imposti fuqhom skond l-Artikolu 9.

4. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 11

L-Istati Membri jistgħu jikkonċedu għajnuniet addizzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi illi, fil-qafas tal-programmi tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 9(1) jiżviluppaw miżuri sabiex itejbu l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-bejgħ fis-suq tal-ħut kif ukoll miżuri li jippermettu bilanċ aħjar bejn il-provista u d-domanda, bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, u partikolarment, l-Artikoli 14 u 15 tiegħu.

Artikolu 12

1. L-Istati membri jistgħu jikkonċedu għarfien lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif riferit fl-Artikolu 5(1) illi jbigħu fis-suq il-prodotti koperti b'livelli stabbiliti komuni tal-bejgħ fis-suq kif preskritt fir-Regolament (KE) Nru 2406/96 [13] jew prodotti mill-akkwakultura meta dawn jkunu ssottomettew pjan li jtejjeb il-kwalità ta' dawk il-prodotti li jkunu ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

2. L-iskop ewlieni tal-pjani li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-bejgħ fis-suq. Dawn il-pjani għandhom jinkludu b'mod partikolari dan li ġej:

- titjib sostanzjali fil-kwalità tal-prodotti waqt li jkunu abbord jew waqt li jkunu mrobbija,

- l-aqwa manutenzjoni tal-kwalità waqt, kif xieraq, il-qbid, il-ħatt, l-estrazzjoni, it-tqandil, it-trasport u l-bejgħ fis-suq tal-prodotti,

- l-applikazzjoni ta' metodi xierqa ta' teknika u ta' għerf fis-sengħa sabiex jintlaħqu l-iskopijiet ta' hawn fuq,

- deskrizzjoni tal-miżuri pjanifikati, inklużi l-istudji preparatorji, it-taħriġ u l-investimenti.

3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-pjani sottomessi lilhom mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dawn il-pjani jistgħu ma jiġux approvati mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru sakemm jiġu mibgħuta lill-Kummissjoni u jkunu sussegwentement għaddew 60 jum li matulhom il-Kummissjoni tista' titlob bdil jew ma taċċettax pjan.

4. L-għarfien speċifiku mogħti lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi skond dan l-Artikolu huwa kondizzjoni għall-eliġibilità għall-għajnuna finanzjarja provduta skond l-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

5. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

TITOLU III

L-ORGANIZZAZZJONIJIET U L-FTEHIM TA' BEJN IL-FRIEGĦI

KAPITOLU 1

IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-KONĊESSJONI JEW L-IRTIRAR TA' L-GĦARFIEN TA' ORGANIZZAZZJONIJIET TA' BEJN IL-FRIEGĦI

Artikolu 13

1. L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjoni ta' bejn it-taqsimiet, fit-tifsira ta' dan ir-Regolament, il-persuni legali kollha stabbiliti fuq it-territorju tagħhom illi jagħmlu applikazzjoni xierqa u li jikkonsistu minn rappreżentanti ta' l-attivitajiet marbuta mal-produzzjoni u/jew il-kummerċ u/jew il-proċessar tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1, bil-kondizzjoni illi;

(a) ikunu ġew imwaqqfa fuq l-inizjattiva ta' xi wħud mill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet li jikkostitwixxuhom jew minnhom kollha;

(b) jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-produzzjoni u l-kummerċ u/jew il-proċessar ta' prodotti mis-sajd u prodotti proċessati minn prodotti mis-sajd fir-reġjun jew ir-reġjuni fil-kwistjoni u, fejn huwa involut iktar minn reġjun wieħed, jistgħu juru livell minimu ta' rappreżentanza f'kull reġjun għal kull waħda mill-friegħi illi jkopru;

(ċ) m'humiex huma nfushom imdaħħla f'attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-bejgħ fis-suq tal-prodotti mis-sajd jew prodotti proċessati minn prodotti tas-sajd;

(d) iwettqu tnejn jew iktar mill-miżuri li ġejjin f'reġjun wieħed jew iktar tal-Komunità, b'kondizzjonijiet illi huma kompatibbli mar-regoli tal-Komunità, partikolarment rigward il-kompetizzjoni, filwaqt li jitqies l-interess tal-konsumaturi sakemm ma jxekklux ix-xogħol sod ta' l-organizzazzjoni tas-suq:

- it-titjib tat-tagħrif u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq,

- għajnuna sabiex jiġi kordinat aħjar il-mod li fbih l-prodotti mis-sajd jitqiegħdu fis-suq, partikolarment permezz tar-riċerka u studji dwar is-suq,

- jistudjaw u jiżviluppaw metodi ta' teknika li jtejbu l-operat tas-suq, inklużi t-tagħrif u t-teknoloġija tal-komunikazzjoni.

- it-tfassil ta' kuntratti fuq livelli stabbiliti illi huma kompatibbli mar-regoli tal-Komunità,

- il-provvediment tat-tagħrif u t-twettiq tar-riċerka meħtieġa sabiex jidderieġu l-produzzjoni lejn prodotti iktar xierqa għall-ħtiġijiet tas-suq u l-għażla u l-aspettattivi tal-konsumaturi, partikolarment rigward metodi li jġibu kwalità u ta' l-isfruttament tal-prodott illi jikkontribwixxu għas-sostenibbilità tar-riżorsi,

- l-iżvilupp ta' metodi u ta' strumenti u l-organizzazzjoni ta' skemi tat-taħriġ sabiex titjieb il-kwalità tal-prodott,

- l-isfruttament tal-potenzjal u l-protezzjoni ta' ismijiet ta' l-oriġini, siġilli tal-kwalità u ismijiet ġeografiċi,

- il-preskrizzjoni ta' regoli dwar il-qbid u l-bejgħ fis-suq ta' prodotti mis-sajd ili huma iktar stretti mir-regoli Komunitarji jew nazzjonali,

- l-isfruttament akbar tal-potenzjal tal-prodotti mis-sajd,

- it-tmexxija 'l quddiem ta' prodotti mis-sajd.

2. Qabel ma jikkonċedu għarfien, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjonijiet ta' bejn it-taqsimiet illi jkunu applikaw għal għarfien, billi jipprovdu t-tagħrif kollu rilevanti dwar ir-rappreżentattività u l-attivitajiet tagħhom, flimkien ma’ kull tagħrif ieħor meħtieġ għall-assessjar.

Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona għal għarfien f'limitu taż-żmien ta' xahrejn wara n-notifika.

3. L-Istati Membri għandhom:

(a) jiddeċiedu jekk jikkonċedux għarfien fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni ta' applikazzjoni li jkollha d-dokumenti kollha rilevanti ta' appoġġ;

(b) iwettqu kontrolli regolari sabiex jaċċertaw illi l-organizzazzjonijiet ta' bejn it-taqsimiet jikkonformaw mat-termini u l-kondizzjonjiet ta' l-għarfien;

(ċ) jirtiraw l-għarfien jekk:

(i) it-termini u l-kondizzjonijiet għall-għarfien preskritti f'dan ir-Regolament ma jintlaħqux iktar;

(ii) l-organizzazzjoni ta' bejn it-taqsimiet tikser xi waħda mill-projbizzjonijiet imposti fl-Artikolu 14 jew tagħmel ħsara lill-operat sod ta' l-organizzazzjoni tas-suq, mingħajr preġudizzju għal kull penalità oħra mġarrba xorta oħra skond il-liġi nazzjonali;

(d) tgħarraf lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, b'kull deċiżjoni li jiġi konċess, rifjutat jew irtirat għarfien.

4. Il-Kummissjoni għandha tiċċekkja illi l-paragrafi 1 u 3(b) jiġu mħarsa billi tagħmel kontrolli u tista', bħala riżultat ta' dawn il-kontrolli eżamijiet, titlob Stat Membru sabiex jirtira l-għarfien.

5. L-għarfien għandu jikkostitwixxi awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu l-miżuri mniżżla fil-lista fil-paragrafu 1(d), konsistenti mat-termini ta' dan ir-Regolament.

6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-serje "C" tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista ta' l-organizzazzjonijiet ta' bejn it-taqsimiet rikonoxxuti, bl-indikazzjoni ta' l-erja ekonomika jew l-erja ta' l-attivitajiet tagħhom u l-attivitajiet li jwettqu għall-finijiet ta' l-Artikolu 15. L-irtirar ta' l-għarfien għandu wkoll isir pubbliku.

7. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu u, partikolarment, it-termini u l-kondizzjonijiet li fuqhom u skond il-frekwenza tagħhom l-Istati Membri jridu jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet ta' bejn it-taqsimiet, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

KAPITOLU 2

IT-TERMINI U L-KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAL-FTEHIM, ID-DEĊIŻJONIJIET U L-PRATTIĊI MĦADDMIN FLIMKIEN MILL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA' BEJN IT-TAQSIMIET

Artikolu 14

Minkejja l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 26, l-Artikolu 81(1) tat-Trattat ma għandux japplika għall-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi mħaddmin flimkien mill-organizzazzjoniet rikonoxxuti ta' bejn it-taqsimiet maħsuba sabiex jimplimentaw il-miżuri li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(d) ta' dan ir-Regolament u li, mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda mill-organizzazzjonijiet ta' bejn it-taqsimiet skond disposizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tal-Komunità, ma:

(a) jesiġux obbligu li jiġi applikat prezz fiss;

(b) iwasslux għal xi għamla ta' barriera tas-swieq fil-Komunità;

(ċ) japplikawx kondizzjonijiet mhux simili għal xulxin għal tranżazzjonijiet ekwivalenti ma' sieħba oħra tal-kummerċ, u b'hekk ipoġġuhom fi żvantaġġ kompetittiv;

(d) jeliminawx il-kompetizzjoni għal proporzjon sostanzjali tal-prodotti fil-kwistjoni;

(e) jirristringux xorta oħra l-kompetizzjoni f'manjieri illi ma humiex essenzjali sabiex jintlaħqu l-iskopijiet tal-politika komuni tas-sajd kif segwiti mill-attività ta' bejn it-taqsimiet.

KAPITOLU 3

L-ESTENSJONI TAL-FTEHIM, ID-DEĊIŻJONIJIET U L-PRATTIĊI MAGĦMULA FLIMKIEN BEJN DAWK LI M'HUMIEX MEMBRI

Artikolu 15

1. Fejn organizzazzjoni ta' bejn it-taqsimiet taħdem f'reġjun jew reġjuni speċifiċi ta' Stat Membru tiġi kkunsidrata bħala rappreżentant tal-produzzjoni u/jew il-kummerċ u/jew l-ipproċessar ta' prodott partikolari, l-Istat Membru interessat għandu, fuq talba ta' l-organizzazzjoni, jorbot bi ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi magħmula flimkien, għal perjodu limitat taż-żmien fuq operaturi oħra fir-reġjun jew reġjuni fil-kwistjoni, sewwa jekk individwi u sewwa jekk gruppi, li ma jappartjenux lill-organizzazzjoni.

2. Organizzazzjoni ta' bejn it-taqsimiet għandha titqies rappreżentanti skond it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn tgħodd għal mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni u/jew il-kummerċ u/jew l-ipproċessar tal-prodott jew tal-prodotti involuti fir-reġjun jew ir-reġjuni interessati ta' Stat Membru. Fejn l-applikazzjoni għal estensjoni tar-regoli tagħha fuq operaturi oħra tkopri iktar minn reġjun wieħed, l-organizzazzjoni ta' bejn it-taqsimiet trid turi r-rappreżentanza tagħha għal kull waħda mit-taqsimiet f'kull wieħed mir-reġjuni interessati.

3. Ir-regoli li bihom tista' tintalab estensjoni lil operaturi oħra:

(a) iridu jirrigwardaw waħda minn dawn li ġejjin:

- tagħrif dwar il-produzzjoni u s-suq,

- regoli iktar stretti ta' produzzjoni minn dawk preskritti fir-regoli Komunitarji jew nazzjonali,

- it-tfassil ta' kuntratti ta' livelli stabbiliti li huma kompatibbli mar-regoli tal-Komunità,

- regoli dwar il-bejgħ fis-suq;

(b) irid ikun ilhom fis-seħħ għal mill-inqas sena;

(ċ) jistgħu jiġu magħmula jorbtu għal mhux iktar minn tliet snin tas-suq;

(d) ma jridux jikkawżaw xi perikolu lil operaturi oħra stabbiliti f'reġjuni oħra ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri.

Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom javżaw immedjatament lill-Kummissjoni bir-regoli li jkunu biħsiebhom jagħmlu obbligatorji fuq l-operaturi kollha f'reġjun wieħed jew iktar speċifikati skond l-Artikolu 15(1). Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru m'għandux jiġi awtorizzat illi jestendi r-regoli jekk:

(a) issib illi l-estensjoni fil-kwistjoni tipperikola l-kummerċ ħieles, jew li l-għanijiet ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat ikunu fil-periklu; jew

(b) issib illi l-ftehim, id-deċiżjoni jew il-prattika mħaddma flimkien li tkun iddeċidiet illi testendi għal produtturi oħra jikkonflinġu mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat; jew

(ċ) issib illi d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament ma ġewx imħarsa.

Ir-regoli jistgħu ma jkunux obbligatorji sa xahrejn wara li l-Kummissjoni tkun irċeviet notifika jew sakemm il-Kummissjoni tkun indikat matul dan il-perjodu ta' żmien illi ma għandha l-ebda oġġezzjoni għar-regoli msemmija.

2. Jekk, wara kontrolli ex-post, il-Kummissjoni ma tkunx żgura dwar il-validità ta' l-estensjoni marbuta maċ-ċirkustanzi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1(a), (b) jew (ċ), għandha titlob lill-Istat Membru involut sabiex jissospendi d-deċiżjoni sħiħa jew f'parti minnha. F'dan il-każ, u fi żmien xahrejn minn din id-data, il-Kummissjoni:

- għandha tippermetti l-waqfien tas-sospensjoni,

jew

- għandha tiddikjara, b'deċiżjoni raġjonata, illi l-estenzjoni tar-regoli deċiża mill-Istat membru hija nulla u vojta fuq il-bażi ta' waħda miċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq, F'dan il-każ, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tibda tapplika mid-data li fiha t-talba għas-sospensjoni tar-reġoli tkun intbagħtet lill-Istat Membru.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat li hemm provdut għalih bl-Artikolu 38(1) f'kull stadju ta' kull deċiżjoni rigward l-estensjoni ta' ftehim ta' bejn it-taqsimiet skond il-paragrafu 1 u b'kull sospensjoni jew kanċellazzjoni tar-regoli eżistenti skond il-paragrafu 2.

4. Fejn ir-regoli dwar prodott wieħed jew iktar jiġu estiżi u jiġu segwiti u attività waħda jew iktar minn dawk li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 15(3)(a) minn organizzazzjoni rikonoxxuta ta' bejn it-taqsimiet u huma ta' interess komuni għal dawk l-operaturi li l-attivitajiet tagħhom għandhom x'jaqsmu ma' wieħed jew iktar mill-prodotti interessati, l-Istat Membru li jkun ikkonċeda r-rikonoxximent jista' jiddeċiedi illi individwi jew grupp li m'humiex membri ta' l-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw minn dawn l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni ammont ekwivalenti għal parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja jew kollha mħallsa mill-membri tagħha, safejn u sakemm dawn il-kontribuzzjonijiet huma maħsuba illi jkopru n-nefqa miġbura bħala riżultat ta' l-attivitajiet fil-kwistjoni.

TITOLU IV

IL-PREZZIJIET U L-INTERVENT

KAPITOLU 1

IL-PREZZIJIET

Artikolu 17

Disposizzjonijiet ġenerali

1. Għall-prodotti mniżżla fil-lista fl-Artikolu 1, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jiffissaw prezz u ma jinżlux minnu meta jbiegħu prodotti provduti mill-membri tagħhom.

Jekk jiġri dan, għall-kwantitajiet irtirati mis-suq, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi:

- għandhom jikkonċedu indennizz lill-membri rigward il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I, Partijiet A u B u fl-Anness IV illi jikkonformaw mal-livelli stabbiliti adottati bi qbil ma' l-Artikolu 2,

- jistgħu jikkonċedu indennizz lill-membri rigward il-prodotti l-oħra riferiti fl-Artikolu 1.

Għal kull prodott imniżżel fil-lista fl-Artikolu 1, jista' jiġi ffissat livell massimu għall-prezz ta' l-iritirar (mis-suq) bi skond paragrafu 5.

2. Xi jsir mill-prodotti rtirati mis-suq għandu jiġi stabbilit mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi b'tali mod illi ma jfixkilx il-bejgħ normali fis-suq tal-prodotti fil-kwistjoni.

3. Sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri ta' l-irtirar, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom joħolqu fond ta' intervent mimli mill-kontribuzzjonijiet stmati fuq il-kwantitajiet offruti għall-bejgħ jew, għandhom japplikaw sistema ta' ekwalizzazzjoni.

4. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jipprovdu l-punti ta' tagħrif li ġejjin lill-awtoritajiet nazzjonali, li min-naħa tagħhom għandhom jikkomunikawhom lill-Kummissjoni:

- lista tal-prodotti li għalihom jaħsbu li se jħaddmu s-sistema deskritta fil-paragrafu 1,

- il-perjodu taż-żmien illi matulu jkunu applikabbli l-prezzijiet ta' l-irtirar mis-suq,,

- il-livell tal-prezzijiet ta' l-irtirar propost u applikat.

5. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 18

Prezz-gwida

1. Għandu jiġi ffissat prezz-gwida qabel il-bidu tas-sena tas-sajd għal kull wieħed mill-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I u għal kull wieħed mill-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness II.

Dawn il-prezzijiet għandhom ikunu validi għall-Komunità kollha u għandhom jiġu ffissati għal kull sena tas-sajd jew għal kull wieħed mill-perjodi taż-żmien li fiha tiġi maqsuma din is-sena tas-sajd.

2. Il-prezz-gwida għandu jkun ibbażat fuq:

- il-prezzijiet medji reġistrati fuq proporzjon sinifikanti tal-produzzjoni Komunitarja fis-swieq bl-ingrossa jew fil-portjiet matul tliet snin tas-sajd li jiġu immedjatament qabel is-sena li għaliha l-prezz jiġi ffissat,

- filwaqt li jitqiesu x-xejriet fil-produzzjoni u fid-domanda.

Huwa u jiġi fissat il-prezz, għandha wkoll titqies il-ħtieġa:

- li jiġu stabilizzati l-prezzijiet tas-suq u li jiġi evitat il-bini ta' ħażniet żejda fil-Komunità,

- li jgħinu jagħtu appoġġ lid-dħul finanzjarju tal-produtturi,

- li jikkunsidraw l-interessi tal-konsumaturi.

3. Huwa u jaġixxi b'maġġornza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-prezzijiet-gwida rili hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1.

Artikolu 19

Rappurtaġġ tal-prezzijiet

1. Matul il-perjodu kollu taż-żmien li fih ikun applikabbli l-prezz-gwida, l-Istati membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-prezzijiet reġistrati fis-swieq tagħhom ta' l-ingrossa jew fil-portijiet għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 18(1).

2. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 20

Il-prezzijiet Komunitarji ta' l-irtirar

1. Għandu jiġi ffissat prezz Komunitarju għall-irtirar fuq il-bażi ta' kemm ikun frisk il-prodott, id-daqs jew l-użin u l-preżentazzjoni tiegħu għal kull wieħed mill-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I, Partijiet A u B billi jiġi applikat fattur tal-konverżjoni għall-prezz-gwida stabbilit skond l-Artikolu 18. Taħt l-ebda ċirkostanza m'għandu l-prezz Komunitarju ta' l-irtirar jaqbeż id-90 % tal-prezz-gwida.

2. Sabiex jiġi assigurat illi l-produtturi fl-erji tat-tniżżil l-art tal-ħut illi jkunu 'l bogħod ħafna miċ-ċentri ewlenija tal-konsum tal-Komunità jkollhom aċċess għas-swieq skond kondizzjonijiet sodisfaċenti, il-prezzijiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu mwieżna għal kull erja, b'fattur ta' aġġustament.

3. Il-proċeduri sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, partikolarment it-twaqqif tal-persentaġġ ta' prezz-gwida li jservi bħala element fil-kalkolu tal-prezz Komunitarju ta' l-iritirar u li jinnomina l-erji tat-tniżżil l-art li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 kif ukoll l-iffissar tal-prezzijiet, għandhom jiġu adottati bi skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

KAPITOLU 2

L-INTERVENT

Artikolu 21

Kumpens finanzjarju għall-irtirar

1. L-Istati Membri għandhom jikkonċedu kumpens finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jwettqu rtirar skond l-Artikolu 17 rigward il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I, Partijiet A u B, sakemm iżda li:

(a) il-prezz ta' l-irtirar applikat minn dawn l-organizzazzjonijiet ikun il-prezz Komunitarju ta' l-irtirar iffissat bi qbil ma' l-Artikolu 20, b'marġini ta' tolleranza li jestendi għal 10 % taħt u 10 % 'il fuq dan il-prezz. Madankollu huwa permess li jiġu kkunsidrati ċ-ċaqliqiet staġjonali fil-prezzijiet tas-suq;

(b) il-prodotti rtirati jilqu l-livelli stabbiliti tal-bejgħ fis-suq adottati skond l-Artikolu 2 u jkunu ta' kwalità adekwata, li trid tiġi definita bi qbil mal-proċedura provduta fl-Artikolu 2(3);

(ċ) il-prezz ta' l-irtirar riferit f'(a) jiġi applikat matul is-sena kollha tas-sajd għal kull kategorija ta' prodott involuta; madankollu, organizzazzjoni tal-produtturi illi, bħala waħda mill-miżuri li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(1), tapplika projbizzjoni fuq il-qbid jew il-bejgħ ta' ċerti kategoriji ta' prodotti ta' ħut m'għandhiex tkun meħtieġa li tapplika l-prezz Komunitarju ta' l-irtirar għal dawn il-kategoriji ta' prodotti.

2. Għandu jingħata kumpens finanzjarju biss fejn il-prodotti rtirati mis-suq jiġu użati għal skopijiet oħra għajr il-konsum mill-bniedem jew f'tali manjiera illi ma jxekklux il-bejgħ normali fis-suq ta' prodotti oħra.

3. Għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1:

(a) il-kumpens finanzjarju għandu jkun ugwali għal:

(i) 85 % tal-prezz ta' l-irtirar applikat mill-organizzazzjoni tal-produtturi interessata għal kwantitajiet irtirati li ma jaqbżux l-4 % tal-kwantitajiet ta' kull sena tal-prodott imqiegħed kull sena għall-bejgħ;

(ii) għas-sena tas-sajd 2003, 55 % tal-prezz ta' l-irtirar applikat mill-organizzazzjoni tal-produtturi interessata għal kwantitajiet irtirati li jaqbżu l-4 % iżda ma jaqbżux l-10 % għall-ispeċi tal-ħut tal-baħar apert u t-8 % ta' l-ispeċi l-oħra tal-ħut fi kwantitajiet ta' kull sena tal-prodott interessat imqiegħed kull sena għall-bejgħl għas-snin tas-sajd 2001 u 2001, (il-prezz) għandu jkun ugwali għal 75 % u 65 % rispettivament;

(b) m'għandu jiġi konċess l-ebda kumpens finanzjarju rigward il-kwantitajiet ta' ħut irtirati li jaqbżu l-10 % għall-ispeċi tal-ħut tal-baħar apert u t-8 % għall-ispeċi l-oħra ta' ħut maħruġa għall-bejgħ minn kull organizzazzjoni tal-produtturi.

4. Bl-iskop li jiġi kalkolat l-ammont ta' kumpens finanzjarju li jrid jiġi konċess lil organizzazzjoni tal-produtturi, għandha titqies il-produzzjoni tal-membri kollha tagħha, inklużi dawk il-kwantitajiet irtirati mis-suq minn organizzazzjoni oħra skond l-Artikolu 7.

5. Il-kumpens finanzjarju għandu jiġi mnaqqas bil-valur, iffissat fuq ammont ta' livell stabbilit, tal-prodotti maħsuba għal skopijiet oħra għajr il-konsum mill-bniedem jew minn kull dħul nett ta' flus mir-rimi ta' prodotti għall-konsum mill-bniedem skond paragrafu 2. Il-valur isemmi hawn fuq għandu jiġi ffissat fil-bidu tas-sena tas-sajd. Madankollu, għandu jiġi aġġustat jekk jiġu innotati bidliet sinifikanti u li jtulu fil-prezzijiet fis-suq Komunitarju.

6. Fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jwettqu l-irtirar li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, għandhom jagħtu lill-membri tagħhom, skond il-kwantitajiet ta' ħut irtirati mis-suq, indennizz li ta' l-anqas ikun ugwali għas-somma ta' kumpens finanzjarju kalkolat bi qbil mal-paragrafu 3(a), flimkien ma' ammont ugwali għal 10 % tal-prezz ta' l-irtirar applikat minn din l-organizzazzjoni.

Madankollu, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu, skond sistema ta' penali interni, jikkonċedu lill-membri tagħhom indennizz aktar baxx minn dak provdut fis-sottoparagrafu ta' qabel, basta iżda illi d-differenza titqiegħed f'fond ta' riserva użat esklussivament għal operati sussegwenti ta' intervent.

7. Meta jkun hemm ċaqliq serju fis-suq, il-Kummissjoni, skond il-proċedura dikjarata fl-Artikolu 38(2), tista' tieħu miżuri sabiex taġġusta d-disposizzjonijiet tal-paragrafu (3). Il-miżuri adottati m'għandhomx idumu għal iktar minn sitt xhur.

8. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 22

Prezzijiet Komunitarji tal-bejgħ

Għal kull wieħed mill-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I, Parti C, għandu jiġi ffissat prezz Komunitarju tal-bejgħ fuq l-istess termini kif preskritt għall-iffissar tal-prezzjiet ta' l-irtirar fl-Artikolu 20.

Artikolu 23

Għajnuna mħollija għas-sena ta' wara

1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna mħollija għas-sena ta' wara:

(i) il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I, Partijiet A u B li jiġu rtirtati mis-suq bil-prezz ta' l-irtirar li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 20;

(ii) il-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness I, Parti C li kienu nħarġu għall-bejgħ iżda li għalihom jista' jiġi muri illi ma nstabx xerrej bil-prezz Komunitarju tal-bejgħ fissat skond l-Artikolu 22.

Madankollu, għandu jiġi permess marġini ta' tolleranza li jestendi għal 10 % taħt u 10 % 'il fuq minn dawn il-prezzijiet sabiex jitqiesu partikolarment iċ-ċaqliqiet staġjonali fil-prezzijiet tas-suq.

2. Dawn il-kwantitajiet biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli għall-għajnuna li tista' titħalla għas-sena ta' wara:

(a) li kienu provduti minn produttur membru;

(b) li jilħqu ċerti ħtiġijiet dwar il-kwalità, id-daqs u l-preżentazzjoni;

(ċ) li jew jiġu proċessati sabiex jiġu stabbiliti u maħżuna jew priservati bi qbil mal-kondizzjonijiet u għal perjodu ta' żmien li jrid jiġi stabbilit.

3. L-għajnuna tista' tiġi konċessa għal kull wieħed mill-prodotti interessati sa kwantità ekwivalenti għal 18 % tal-kwantitajiet maħruġa kull sena għall-bejgħ, bit-tnaqqis tal-persentaġġ tal-kwantitajiet li hemm riferenza għalihom hawn fuq li u li b'konnessjoni magħhom ikun ġie mħallas kumpens finanzjarju skond l-Artikolu 21.

L-ammont ta' din l-għajnuna ma jistax jaqbeż l-ammont ta' l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji assoċjati ma' l-operati illi huma essenzjali għall-istabilizzazzjoni u l-ħażna.

4. Il-metodi ta' l-ipproċessar li hemm riferenza għalihom f'dan l-Artikolu huma:

(a) - l-iffriżar,

- it-tmelliħ,

- it-tnixxif,

- l-immarinar,

u, fejn huwa rilevanti,

- it-tgħollija u l-pasturizzazzjoni;

(b) it-tqattigħ jew tqattigħ fi strixxi dojoq u, fejn xieraq, it-tneħħija tar-ras, fejn dawn l-operati jkunu akkumpanjati minn wieħed mill-proċessi mniżżla fil-lista f’(a).

5. Għandhom jiġu adotti regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 24

Irtirar indipendenti u tħollija għas-sena ta' wara mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1. Għall-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness IV, l-Istati Membri għandhom jagħtu għajnuna b'rata waħda għal kulħadd lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi illi jipprattikaw l-intervent skond l-Artikolu 17, sakemm:

(a) dawn l-organizzazzjonijiet jiffissaw prezz ta' l-irtirar, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "prezz awtonomu ta' l-irtirar", qabel il-bidu tas-sena tas-sajd; l-organizzazzjonijiet tal-produtturi iridu japplikaw dan il-prezz għal matul is-sena kollha tas-sajd, u tiġi permessa tolleranza ta' 10 % taħt u ta' 10 % 'il fuq; madankollu, il-prezz ma jistax jaqbeż it-80 % tal-prezz medju mwieżen reġistrat għall-kategoriji tal-prodotti involuti fl-erja ta' l-attività ta' l-organizzazzjonijiet interessati tal-produtturi matul it-tliet snin ta' qabel tas-sajd;

(b) il-prodotti irtirati jilħqu l-livelli stabbiliti tal-bejgħ fis-suq adottati skond l-Artikolu 2 u jkun ta' kwalità adekwata, li trid tiġi definita bi qbil mal-proċedura provduta fl-Artikolu 2(3);

(ċ) l-indennizz konċess lill-produtturi assoċjati marbut mal-prodotti rtirati mis-suq ikun ugwali għall-prezz awtonomu ta' l-irtirar applikat mil-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

2. L-għajnuna b'rata waħda għal kulħadd għandha tiġi konċessa għall-kwantitajiet irtirati mis-suq li jkunu nħarġu għall-bejgħ bi qbil ma' l-Artikolu 5(1) u li jkunu ġew użati f'manjiera illi ma taffettwax ir-rimi normali tal-produzzjoni.

3. L-ammont ta' l-għajnuna b'rata waħda fissa għal kulħadd għandha tkun ta' 75 % tal-prezz awtonomu ta' l-irtirar għal matul is-sena tas-sajd kurrenti, b'dan l-ammont jiġi mnaqqas bil-valur, iffissat f'ammont ta' livell stabbilit, tal-prodott li jiġi użat kif speċifikat fil-paragrafu 2.

4. L-għajnuna b'rata waħda għal kulħadd tista' wkoll tiġi konċessa għall-kwantitajiet irtirati mis-suq li jew ikunu proċessati sabiex jiġu stabbiliti u maħżuna jew ikunu ġew priservati bi qbil mal-kondizzjonijiet u għal perjodu ta' żmien li jrid jiġi stabbilit. L-ammont ta' għajnuna b'rata waħda għal kulħadd f'każi bħal dawn ma tistax taqbeż l-ammont ta' spejjez tekniċi u finanzjarji assoċjati ma' l-operati li huma essenzjali għall-istabilizzazzjoni u l-ħażna.

5. Il-kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna b'rata waħda għal kulħadd skond il-paragrafu 2 ma tistax taqbeż il-5 % tal-kwantitajiet ta' kull sena tal-prodotti interessati maħruġa għall-bejgħ bi qbil ma' l-Artikolu 5(1).

Il-kwanitjiet eliġibbli għall-għajnuna b'rata waħda għal kulħadd skond il-paragrafi 2 u 4 ma jistgħux flimkien jaqbżu l-10 % tal-kwantitajiet ta' kull sena riferiti fl-ewwel sotto-paragrafu.

6. L-Istati Membri interessati għandhom idaħħlu arranġamenti ta' spezzjoni li jiżguraw illi l-prodotti li għalihom tiġi applikata l-għajnuna b'rata waħda għal kulħadd fil-fatt jikkwalifikaw għaliha.

Għall-finijiet ta' dawn l-arranġamenti ta' spezzjon, dawk li jkunu rċevew l-għajnuna b'rata waħda għal kulħadd għandhom iżommu reġistru tal-ħażniet illi jilħqu l-kriterji li jridu jiġu stabbiliti. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummisjoni, f'intervalli ta' żmien li jridu jiġu preskritti, tabella li turi l-prezzijiet medji tal-prodott u tal-kategorija reġistrati fis-swieq bl-ingrossa jew fil-portijiet.

7. Filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, u jiddependi mill-allinjament tal-prezzijiet għall-ispeċi tal-ħut koperti b'dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar l-inklużjoni tagħhom fil-lista tal-prodotti fil-Parti A ta' l-Anness I.

8. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 25

Għajnuna għall-ħażna privata

1. Għandu jiġi ffissat prezz komunitarju tal-bejgħ għal kull wieħed mill-prodotti li hemm riferenza għalih fl-Anness II qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, fil-livell ta' mill-inqas 70 % u li ma jaqbiżx id-90 % tal-prezz-gwida li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 18(1).

2. Tista' tiġi konċessa għajnuna għall-ħażna privata lill-organizzazjonijiet tal-produtturi illi, matul is-sena tas-sajd kollha fil-kwistjoni:

(a) japplikaw l-Artikolu 5(1) għall-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq tal-prodotti interessati;

(b) japplikaw il-prezz tal-bejgħ li hemm riferenza għaliħ fil-paragrafu 1, billi madankollu jkun permess marġini ta' tolleranza li jestendi għal 10 % taħt u 10 % 'il fuq minn dawn il-prezzijiet sabiex jitqies partikolarment iċ-ċaqliq staġjonali fil-prezzijiet tas-suq.

3. L-għajnuna għall-ħażna privata għandha tiġi konċessa għall-prodoti mniżżla fil-lista fl-Anness II li jkunu nħarġu għall-bejgħ imma li għalihom jista' jiġi muri illi ma nstabx xerrej bil-prezz Komunitarju tal-bejgħ iffissat bi qbil mal-paragrafu 1.

4. Ir-restrizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-konċessjoni ta' għajnuna għall-ħażna privata:

(a) il-prodotti jridu jkunu ġew maqbuda fis-sajd, iffriżati abbord u mniżżla l-art fil-Komunità minn membru ta' organizzazzjoni tal-produtturi;

(b) il-prodotti jridu jkunu ġew maħżuna għal perjodu minimu taż-żmien u mbagħad maħruġa mill-ġdid fis-suq tal-Komunità;

sa massimu ta' 15 % tal-kwantitajiet ta' kull sena tal-prodotti interessati maħruġa għall-bejgħ mill-organizzazzjoni tal-produtturi.

5. L-ammont ta' għajnuna għall-ħażna privata ma jistax jaqbeż is-somma ta' l-ispejjeż tekniċi u l-imgħax għal perjodu massimu ta' tliet xhur. Dan l-ammont għandu jiġi ffissat kull xahar b'mod digressiv.

6. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, inkluż l-iffissar tal-prezz tal-bejgħ li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

KAPITOLU 3

IT-TONN GĦALL-IPPROĊESSAR

Artikolu 26

Il-prezz Komunitarju tal-produttur

1. Huwa u jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jiffissa prezz Komunitarju tal-produttur għal kull wieħed mill-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness III qabel il-bidu tas-sena tas-sajd. Dawn il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti bi qbil ma’ l-ewwel u t-tieni indent ta' l-Artikolu 18(2).

Fl-iffissar tal-prezz għandha wkoll titqies il-ħtieġa:

- illi li jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet tal-provista għall-industrija Komunitarja ta' l-ipproċessar,

- illi jiġi appoġġjat id-dħul tal-produtturi,

- illi tiġi evitata l-formazzjoni ta' provisti żejda fil-Komunità.

Dawn il-prezzijiet għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha u għandhom jiġu ffissati għal kull sena tas-sajd.

2. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-prezzijiet medji reġistrati fis-swieq tagħhom bl-ingrossa jew fil-portijiet għall-prodotti ta' oriġini Komunitarju kif riferit fil-paragrafu 1 illi jkollhom karatteristiċi kummerċjali definiti.

3. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, partikolarment l-iffissar tal-fatturi ta' konverżjoni għall-ispeċi varji, id-daqsijiet u l-preżentazzjoni tat-tonn bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 27

Ir-rimunerazzjoni lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

1. Tista' tiġi konċessa rimunerazzjoni lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-kwantitajiet tal-prodotti mniżżla fil-lista fl-Anness III maqbuda mill-membri tagħhom, imbagħad mibjugħa u mogħtija lill-industriji ta' l-ipproċessar stabbiliti fit-territorju tad-dwana tal-Komunità u maħsuba għall-fabbrikazzjoni industrijali ta' prodotti illi jidħlu fil-kodiċi tan-NM bin-numru 1604. Din ir-rimunerazzjoni għandha tiġi konċessa meta, għall-ewwel kwart imsemmi ta' sena kalendarja:

- il-prezz medju tal-bejgħ reġistrat fis-suq Komunitarju,

u

- il-prezz ta' l-importazzjoni li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 29(3)(d),

it-tnejn huma taħt triggering threshold ekwivalenti għal 87 % tal-prezz Komunitarju tal-produttur għall-prodott fil-kwistjoni.

L-Istati Membri għandhom iħejju jew jaġġornaw u jgħarrfu lill-Kummissjoni b'lista ta' l-industriji li hemm riferenza għalihom f'dan il-paragrafu qabel il-bidu ta' kull sena tas-sajd.

2. L-ammont tar-rimunerazzjoni f'kull każ ma għandux jaqbeż:

- jew id-differenza bejn it-triggering threshold u l-prezz medju tal-bejgħ tal-prodott involuti fis-swieq tal-Komunità,

- jew ir-rata waħda għal kulħadd ekwivalenti għal 12 % ta' dan it-threshold.

3. Il-kwantità massima totali għal kull wieħed mill-prodotti eliġibbli għar-rimunerazzjoni għandha tkun limitata għall-ammont ugwali għall-medja tal-kwantitajiet mibjugħa u mwassla, skond it-termini dikjarati fil-paragrafu 1, matul il-kwart ekwivalenti tas-sena fit-tliet snin tas-sajd li jiġu qabel il-kwart tas-sena li għalih tiġi mħallsa r-rimunerazzjoni.

4. L-ammont ta' din ir-rimunerazzjoni konċessa lil kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tkun ugwali għal:

- l-ogħla ammont preskritt fil-paragrafu 2 għall-kwantitajiet tal-prodott involut illi jiġu wżati skond il-paragrafu 2 u li ma jaqbiżx il-medju tal-kwantitajiet mibjugħa u mwassla skond l-istess kondizzjonijiet mill-membri tagħha (l-organizzazzjoni tal-produtturi) fil-kwart ekwivalenti tas-sena fit-tliet snin li jiġu qabel il-kwart tas-sena li għalih tiġi mħallsa r-rimunerazzjoni.

- 50 % ta' l-ogħla ammont preskritt fil-paragrafu 2 għall-kwantitajiet tal-prodott involut li jaqbeż il-kwantitajiet riferiti għalihom fl-ewwel indent u li huma ugwali għall-provista żejda tal-kwantitajiet li jirriżultaw mill-allokazzjoni tal-kwantitajiet eliġibbli skond il-paragrafu 3 fost l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Din l-allokazzjoni għandha ssir proporzjonalment bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi involuti fuq il-bażi tal-produzzjoni medja rispettiva tagħhom fil-kwart ekwivalenti tas-sena fit-tliet snin ta' qabel il-kwart tas-sena li għalih tiġi mħallsa r-rimunerazzjoni.

5. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jallokaw ir-rimunerazzjoni konċessa lill-membri tagħhom proporzjonalment fuq il-bażi tal-kwantitajiet prodotti minnhom u mibjugħa u mwassla bi qbil mal-paragrafu 1.

6. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, partikolarment l-ammont u l-kondizzjonijiet li fuqhom ir-rimunerazzjoni tiġi konċessa, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

TITOLU V

IL-KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI

KAPITOLU 1

ARRANĠAMENTI TAD-DWANA

Artikolu 28

1. Sabiex tiġi assigurata l-provista fis-suq Komunitarju tal-materji prima maħsuba għall-industriji ta' l-ipproċessar, id-dazji tat-tariffa għal ċerti podotti għanhom ikunu totalment jew parzjalment sospiżi b'mod awtomatiku għal perjodu indefinit taż-żmien bi qbil ma' l-Anness VI ma' dan ir-Regolament.

2. Sabiex ma jkunx hemm għalfejn li jiġu applikati l-arranġamenti tas-sospensjoni li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 billi jitqiegħdu fil-periklu l-miżuri ta' stabilizzazzjoni li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 20, 21, 22, 23, 25 u 26, għandha tiġi konċessa kwalifika għal din is-sospensjoni meta l-prodotti interessati jkunu importati, basta iżda illi jiġi mħares il-prezz iffissat skond l-Artikolu 29.

3. Jekk f'xi waqt ikun hemm ċaqliċ serju tas-suq irrispettivament mill-prezz li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 2, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jissospendi l-miżuri riferiti fil-paragrafu 1.

KAPITOLI 2

IL-PREZZIJIET TA' RIFERENZA

Artikolu 29

1. Prezzijiet ta' riferenza validi għall-Komunità jistgħu jiġu ffissati kull sena, skond il-kategorija tal-prodott, għall-prodotti speċifikati fl-Artikolu 1, illi huma s-suġġett ta':

(a) tnaqqis tat-tariffa jew arranġamenti ta' sospensjoni, fejn ir-regoli li jorbtuhom fl-ODK jipprovdu għall-konformità ma’ prezz ta' riferenza,

(b) waħda mill-miżuri li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 28(1),

jew

(ċ) arranġamenti oħra għajr dawk riferiti fil-(a) jew il-(b), illi jipprovdu għal konformità mal-prezz ta' riferenza u li huma allineati ma’ l-impenji internazzjonali tal-Komunità.

2. Jekk il-valur dikjarat tad-dwana għal prodott imsemmi importat minn pajjiż terz skond waħda mill-miżuri riferiti fil-paragrafu 1 huwa iktar baxx mill-prezz ta' riferenza, il-kwantitajiet konċernati m'għandhomx jikkwalifikaw għall-arraġementi tat-tariffa fil-kwistjoni.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fil-pront bil-każijiet fejn tiġi applikata l-miżura provduta f'dan il-paragrafu.

3. Il-prezzijiet ta' riferenza adottati:

(a) għall-prodotti mniżżla fil-lista fil-Partijiet A u B ta' l-Anness I, għandhom ikunu ugwali għall-prezz ta' l-iritirar ffissat skond l-Artikolu 20(1);

(b) għall-prodotti speċifikat fil-Parti C ta' l-Anness I, għandhom ikunu ugwali għall-prezz Komunitaru tal-bejgħ iffissat bi qbil ma’ l-Artikolu 22;

(ċ) għall-prodotti speċifikati fl-Anness II, għandhom ikunu ugwali għall-prezz komunitarju tal-bejgħ iffissat bi qbil ma’ l-Artikolu 25(1);

(d) għall-prodotti al-oħra, għandhom jiġu ffissati, partikolarment, fuq il-bażi tal-valuri tad-dwana mwieżna rreġistrati fis-swieq ta' importazzjoni jew fil-portijiet ta' l-importazzjoni fl-Istati membri matul it-tliet snin li jiġu immedjatament qabel id-data li fiha jiġi ffissat il-prezz ta' riferenza, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġi assigurat illi l-prezzijiet jirriflettu s-sitwazzjoni tas-suq.

4. L-Istati membri għandhom javvzaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-prezzijiet u l-kwantitajiet ta' importazzjonijiet tal-prodotti fl-Annessi I sa IV, reġistrati fis-swieq jew il-portijiet tagħhom. Dawn il-prezzijiet għandhom ikunu daqs il-valur tad-dwana tal-prodotti involuti.

5. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, inkluż l-iffissar tal-prezzijiet ta' riferenza, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

KAPITOLU 3

MIŻURI TA' SALVAGWARD

Artikolu 30

1. Fejn, għar-raġuni ta' importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju jiġi affettwat jew mhedded b'ċaqliq serju li x'aktarx jipperikola l-kisba ta' l-iskopijiet dikjarati fl-Artikolu 33 tat-Trattat f'wieħed mill-prodotti jew iktar imniżżla fil-lista fl-Artikolu 1, jistgħu jiġu applikati miżuri xierqa fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sakemm jieqfu dan iċ-ċaqliq jew tehdida.

2. Il-miżuri provduti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu applikati u implimentati skond il-proċeduri ta' l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) No 3285/94 [14].

TITOLU VI

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 31

Fejn jiġu reġistrati żidiet fil-prezz u problemi fil-provista fis-suq Komunitarju għal wieħed jew iktar mill-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 hekk li jistgħu jipperikolaw il-kisba ta' xi wħud mill-iskopijiet ta' l-Artikolu 33 tat-Trattat, u fejn din is-sitwazzjoni x'aktarx tippersisti, il-Kunsill, huwa u jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex isewwi s-sitwazzjoni.

Artikolu 32

Minkejja kull disposizzjoni għall-kuntrarju adottata skond l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat, għandhom japplikaw l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għall-produzzjoni tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 u l-kummerċ fihom.

Artikolu 33

Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet oħra Komunitarji, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw illi l-bastimenti kollha tas-sajd illi jtajru l-bandiera ta' wieħed mill-Istati Membri jgawdu aċċess indaqs għall-portijiet u l-istallazzjonijiet ta' l-ewwel stadju tal-bejgħ fis-suq flimkien mat-tagħmir u l-istallazzjonijiet tekniċi kollha assoċjati magħhom.

Artikolu 34

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw bejn xulxin it-tagħrif meħtieġ sabiex jimplimentaw dan ir-Regolament. Għal dan l-iskop għandhom iwaqqfu s-sistemi meħtieġa ta' skambju ta' komunikazzjoni u ta' tagħrif, jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tagħhom, iżommuhom fi stat tajjeb ta' xogħol u jġorru l-ispejjeż fuqhom.

Parti min-nefqa fuq is-sistemi li hemm riferemza għalihom fl-ewwel sotto-paragrafu għandha titħallas mill-estimi tal-Komunità.

2. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu, inkluż dwar kif tiġi stabbilita n-nefqa li trid tinġarr mill-Komunità, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 35

1. In-nefqa ġejja mill-konċessjoni tal-ħlasijiet provduti f'dan ir-Regolament għandha titqies li għandha x'taqsam mal-miżuri ta' intervent fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999.

2. Il-finanzjament tan-nefqa li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 għandu jingħata għall-prodotti minn ħażna jew grupp ta' ħażniet sal-limitu ta' kull kwantità allokata lill-Istat Membru fil-kwistjoni mill-volumm totali ta' qabdiet permessi ta' ħut għall-ħażna jew grupp ta' ħażniet imsemmija,

3. Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 36

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa sabiex jassiguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament u jipprevedu u jxejnu kull frodi. Għal dan l-iskop:

- għandhom iwettqu kontrolli regolari fuq il-benefiċjarji ta' l-assistenza finanzjarja,

- jekk ikun xieraq li jwettqu ċerti kontrolli bil-ġbir ta' kampjuni, għandhom jassiguraw, fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, illi l-frekwenza tal-kontrolli u l-metodi użati jkunu xierqa matul it-territorju kollu tagħhom għall-miżura li tkun qiegħda tiġi kontrollata u huma adekwati għall-volumm tal-prodotti mibjugħa fis-suq jew miżmuma bil-ħsieb illi jinbiegħu fis-suq.

Artikolu 37

Il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament fejn għandhom x'jaqsmu l-materji li hemm rifereza għalih fl-Artikoli 2 sa 7, 9, 10, 12, 13, 16, 17, 19 sa 21, 23 sa 27, 29, 34 u 35 għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta' l-immaniġġjar li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 38(2).

Artikolu 38

1. Il-Kummissjoni hija megħjuna mill-Kumitat tat-Tmexxija tal-Prodotti tas-Sajd, minn issa "l quddiem imsejjaħ" il-Kumitat.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 39

Il-Kumitat jista' jikkunsidra kull mistoqsija oħra riferita lilu mill-President tiegħu jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru.

Artikolu 40

Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b'tali manjiera illi tingħata kunsiderazzjoni xierqa fl-istess ħin ta' l-iskopijiet dikjarati fl-Artikoli 33 u 131 tat-Trattat.

Artikolu 41

Mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill u lill-Parlament rapport ta' evalwazzjoni bir-riżultati dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 42

1. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3759/92, (KEE) Nru 105/76 u (KEE) Nru 1772/82 huma hawnhekk imħassrin b'effett mill-1 ta' Jannar 2001.

2. Riferenzi għar-Regolament imħasar (KEE) Nru 3759/92 għandhom jinftiehmu illi jirreferu għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 43

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2001 għajr l-Artikolu 4, li għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot kollu kemm hu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Hemilä

[1] ĠU C 78, ta' l-20.3.1999, pġ. 1.

[2] Opinjoni mogħtija fit-2 ta' Diċembru 1999 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 329, tas-17.11.1999, pġ. 13.

[4] ĠU C 374, tat-23.12.1999, pġ. 71.

[5] ĠU L 388, tal-31.12.1992, pġ. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3318/94 (ĠU L 350, tal-31.12.1994, pġ. 15).

[6] ĠU L 20, tat-28.1.1976, pġ. 39. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3940/87 (ĠU L 373, tal-31.12.1987, pġ. 6).

[7] ĠU L 197, tas-6.7.1982, pġ. 1.

[8] ĠU L 337, tat-30.12.1999, pġ. 10.

[9] Regolament Nru 26 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u l-kummerċ fihom (ĠU C 30, tal-20.4.1962, pġ. 993/62). Regolament kif emendat bir-Regolament Nru 49 (ĠU C 53, ta' l-1.7.1962, p. 1572/62).

[10] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 103.

[11] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

[12] Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u l-pubbliċità ta' prodotti ta' l-ikel għall-bejgħ sa l-aħħar konsumatur (ĠU L 33, tat-8.2.1979, pġ.1). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 43, ta' l-14.2.1997, p. 21).

[13] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2406/96 tas-26 ta' Novembru 1996 li jippreskrivi livelli stabbiliti komuni ta' bejgħ fis-suq għal ċerti prodotti mis-sajd (ĠU L 334, tat-23.12.1996, pġ. 1). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 323/97 (ĠU L 52, tat-22.2.1997, pġ. 8).

[14] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) 518/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, pġ. 53). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) nru 2315/96 (ĠU L 314, ta' l-4.12.1996, pġ. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-prodotti |

| |

A.Prodotti friski jew imkessħa taħt l-intestaturi 0302 u 0307

1. | 03022200 | Barbun tat-tbajja (Pleuronectes platessa) |

2. | ex03022990 | Barbun (Limanda limanda) |

3. | 03022910 | Megrim (Lepidorhombus spp.) |

4. | ex03022990 | Barbun ta' l-għajn (Platichthys flesus) |

5. | 03023110 | Albacore jew Longfinned Tuna (Thunnus alalunga) |

6. | ex030240 | Arringi ta' l-ispeċi Clupea harengus |

7. | 03025010 | Merluzz ta' l-ispeċi Gadus Morhua |

8. | 03026110 | Sardin ta' l-ispeċi Sardina pilchardus |

9. | 03026200 | Haddock (Melanogrammus aeglefinus) |

10. | 03026300 | Merlangu (Poltachius virens) |

11. | ex030264 | 1.2. Kavalli ta' l-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus |

12. | 03026520 | Mazzola tax-xewka (Squalus acanthias u Scyliorhinus spp.) |

13. | 03026931 | Redfish (Sebastes spp.) |

14. | 03026941 | Merlangu (Merlangius merlangus) |

15. | 03026945 | Molva (Molva spp.) |

16. | 03026955 | Inċova (Egraulis spp.) |

17. | ex03026968 | Marlozz ta' l-ispeċi Merluccius merluccius |

18. | 03026981 | Petriċa (Lophius spp.) |

19. | ex03074110 | Siċċa (Sepia officinalis u Rossia macrosoma) |

B.Prodotti ħajjin, friski jew imkessħa jew prodotti msajrin bil-fwar jew mgħollija fl-ilma

| | Gambli ta' l-ispeċi Carngon crangon u Gambli tal-baħar fond (Pandanus borealis) |

C.Prodotti ħajjin, friski jew imkessħa jew prodotti msajrin bil-fwar jew mgħollija fl-ilma

| 03022300 | Lingwata (Solea spp.) |

| 03062430 | Granċijiet li jittieklu (Cancer Pagarus) |

| 03062930 | Awwisti tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-prodotti |

| |

A.Prodotti ffriżati taħt l-intestaturi numri 0903 u 0904

| 03033110 | Lesser jew Greenland halibut (reinhardtius hippoglossoides) |

| 03037811 | Marlozz tar-razza Merluccius |

| 03037812 | |

| 03037813 | |

| 03037819 | |

| U | |

| 03042055 | |

| 03042056 | |

| 03042058 | |

| 03037971 | Paġell (Dentex dentex u Pagellus spp.) |

| 03037987 | Pixxispad (Xiphias Gladius) |

| 03042087 | |

| 03046065 | |

B.Prodotti ffriżati taħt l-intestatura Numru 0306:

| 03061340 | Gambli ġejjin mill-familja tal-Panaeidae |

| 03061350 | |

| ex03061380 | |

C.Prodotti ffriżati taħt l-intestatura Numru 0307:

1 | 03074918 | Siċċ ta' l-ispeċi Sepia Officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti |

| 03074901 | |

2 | 03074931 | Klamar (Loligo spp.) |

| 03074933 | |

| 03074935 | |

| U | |

| 03074938 | |

3 | 03074951 | Klamar (Ommastrephes sagittatus) |

4 | 03075910 | Qarnit (Octopus spp.) |

5 | 03079911 | Illex spp. |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Tonn (ġej minn genus Thunnus), Bonito qabbieżi jew b'żaqqu bl-istrixxi (Katsuwonus pelamis) u speċi oħra tar-razza Euthynnus, friski, imkessħa jew iffriżati, intenzjonati għall-manifattura industrijali ta' prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura Nru. 1604 u kklassifikati fi ħdan xi waħda minn dawn il-kodiċi NM

1.2.3. Deskrizzjoni tal-prodotti | 1.2.4. Kodiċi NM |

Friski jew imkessħa | Iffriżati |

Preżentati f'xi forma differenti minn dawk imniżżla taħt it-titolu Nru. 0304:

I.L-ispeċi li ġejjin:

(a)Tonn Albacore jew Longfinned (Thunnus alalunga) esklużi dawk friski jew imkessħa:

1.Li jiżen aktar minn 10Kg–il waħda | | 03034111, 03034113 u 03034119 |

2.Li jiżen mhux aktar minn 10Kg–il waħda | | 03034111, 03034113 u 03034119 |

(b)Tonn Yellowfin (Thunnus albacares)

1.Li jiżen aktar minn 10Kg–il waħda | 03023210 | 03034212, 03034232 u 03034252 |

2.Li jiżen mhux aktar minn 10Kg–il waħda | 03023210 | 03034218, 03034238 u 03034258 |

(c)Bonito qabbieżi jew ta' żaqqu bl-istrixxi (Katsuwonus pelamis) | 03023310 | 03034311, 03034313 u 03034319 |

(d)Tonn Bluefin (Thunnus thynnus) esklużi dawk friski jew imkessħa | | 03034921 , 03034923 u 03034929 |

(e)Speċi oħra tar-razza Thunnus u Euthynnus | | 03034941, 03034943, 03034949, 03037921 , 03037923 u 03037929 |

IIPreżentati f'xi wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)Sħiħ | | |

(b)Bil-garġi u l-intern imnaddaf | | |

(ċ)Oħrajn (Ngħidu aħna "bl-irjus imneħħija" | | |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

1.2.6. 1.2.7. Prodotti friski jew imkessħa ta' l-ispeċi li ġejjin | Kodiċi NM |

| |

1 | Lingwata (Microstomus Kitt) | ex03022990 |

2 | Tonn Bluefin (Thunnus thynnus) | |

3 | Pollakkju (Pollachius pollachius) | ex03026951 |

4 | Ray's bream (Brama spp.) | 03026975 |

5 | Blue Whiting (Micromesistius potassou jew gadus poutassou) | 03026985 |

6 | Pout (Trisopterus luscus) Merluzz fqir (Trisopterus minutus) | ex03026999 |

7 | Vopa (Boops boops) | ex03026999 |

8 | Picarel (Spicara smaris) | ex03026999 |

9 | Gringu (Conger conger) | ex03026999 |

10 | Gallinetta (Trigla spp.) | ex03026999 |

11 | Żgombru (Traschurus spp.) | |

12 | Mulett (Mugil spp.) | ex03026999 |

13 | Rajja (Raja spp.) | |

14 | Fjamma (Lepidopus caudatus u Aphanopus carbo) | ex03026999 |

15 | Skellopp komuni (Pecten maximums) | ex03072100 |

16 | Welk komuni (Buccinum undatum) | ex03079100 |

17 | Mulett bl-istrixxi jew Trilji (Mullus surmuletus, Mullus barbatus) | ex03026999 |

18 | Kantaru (Spondyliosama cantharus) | ex03026999 |

--------------------------------------------------

ANNESS V

Prodotti ħajjin, friski jew imkessħa

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

| Karpjun (Cyprinus carplo, Ctenopharyngodon idella, Hypophthalmichthyes, Hypophthalmichthyer molitrix) |

| Salamun ta' l-Atlantiku (Salmo salara) |

| Trota (Oncorhynchus mykiss, Salmo trutta) |

| Sallur (Anguilla anguilla) |

| Awrata (Sparus aurata) |

| Awrat (Dicentrarchus labrax) |

| Barbun imperjali (Psetta maxima) |

| Gajdri (Ostrea edulis, Crassostrea gigas) |

ex03073110 | Massils (Mytihus spp.) |

03079100 | Gandoffli (Ruditapes decussatus, Ruditapes philippinarum, Tapes spp., Veneridae, Mercenaria mercenaria) |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Sospensjonijiet tad-dazji komuni tad-dwana tat-tariffa riferiti fl-Artikolu 28

1. L-intaxxar ("levying") ta' dazju tad-dwana fuq il-flettijiet iffriżati tal-Pollakkju ta' l-Alaska (Theragra chalcogramma) preżentat bħala blokki industrijali u maħżuna għall-ipproċessar, li jidħlu fil-kodiċi tan-NM bin-numru ex03042085, hija sospiża għal perjodu indefinit taż-żmien.

2. L-intaxxar ta' dazju tad-dwana tal-laħam iffriżat tal-Pollakkju ta' l-Alaska (Theragra chalcogramma) preżentat bħala blokki u maħsub għall-ipproċessar, li jidħol fil-kodiċi tan-NM bin-numru ex03049061, huwa sospiż għal perjodu indefinit taż-żmien.

3. Id-dazju tad-dwana fuq il-ħut ta' l-ispeċi Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus u Boreogadus saida, bl-esklużjoni tal-fwied u l-bajd, preżentati friski, mkessħa jew iffriżati u maħsuba għall-ipproċessar, li jidħlu fil-kodiċi tan-NM bin-numri:

ex03025010

ex03025090

ex03026935

ex03036011

ex03036019

ex03036090

ex03037941

huwa mnaqqas għal 3 % għal perjodu indefinit taż-żmien.

4. Ir-rata tad-dazju għas-surimi maħsuba għall-ipproċessar, li jidħol fil-kodiċi NM bin-numru ex03049005, huwa mnaqqas għal 3,5 % għal perjodu indefinit taż-żmien.

5. Ir-rata tad-dazju għall-flettijiet iffriżati tal-grenadier blu (Macruronus novaezealandiae) maħsub għall-ipproċessar, li jidħol fil-kodiċi NM bin-numru ex03042091, huwa mnaqqas għal 3,5 % għal perjodu indefinit taż-żmien.

6. Ir-rata tad-dazju għal-laħam iffriżat tal-grenadier blu (Macruronus novaezealandiae) maħsub għall-ipproċessar, li jidħol fil-kodiċi NM bin-numru ex03049097, huwa mnaqqas għal 3,5 % għal perjodu indefinit taż-żmien.

7. L-intaxxar ta' dazju tad-dwana għall-gambli ta' l-ispeċi Pandalus borealis, fil-qoxra, frisk, imkessaħ jew iffriżat u maħsub għall-ipproċessar, li jidħol fil-kodiċi tan-NM bin-numri:

Il-kontrolli sabiex jiġi assigurat illi l-prodotti msemmija hawn fuq jiġu attwalment ipproċessati jitwettqu bi qbil mad-disposizzjonijiet Komunitarji rilevanti. Is-sospensjoni totali jew parzjali tad-dazju fuq dawn il-prodotti għandha tiġi permessa fejn ikunu sejrin jiddaħħlu għal kull tip ta' ħidma, għajr fejn jiddaħħlu biss għal waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

ex03061310

ex03062310

huwa sospiż għal perjodu indefinit taż-żmien.

Il-kontrolli sabiex jiġi assigurat illi l-prodotti msemmija hawn fuq jiġu attwalment ipproċessati jitwettqu bi qbil mad-disposizzjonijiet Komunitarji rilevanti. Is-sospensjoni totali jew parzjali tad-dazju fuq dawn il-prodotti għandha tiġi permessa fejn ikunu sejrin jiddaħħlu għal kull tip ta' ħidma, għajr fejn jiddaħħlu biss għal waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:

- tindif, tneħħija tal-ġewwieni, qtugħ tad-dnub, qtugħ ta' l-irjus,

- tqattigħ (għajr tqattigħ f'biċċiet żgħar, filettjar, tqattigħ ta' blokki ffriżati jew qsim ta' blokki ta' flettijiet bil-friża fuljata bejniethom),

- teħid ta' kampjuni, għażla skond il-gruppi,

- tikkettjar,

- pakkeġġ,

- tkessiħ,

- friżar,

- friżar qawwi ("deep freezing"),

- tneħħija tal-friża, separazzjoni.

M'hemmx permess għas-sospensjoni fuq prodotti maħsuba b'żieda, sabiex jgħaddu minn trattament (jew ħidmiet) li jikkwalifika għal sospensjoni fejn dan it-trattament (jew ħidmiet) huwa (huma) mwettaq (imwettqa) fil-livell tal-bejgħ bl-imnut jew għall-użu f’postijiet a’ l-ikel. Is-sospensjoni tad-dazji tad-dwana għandha tapplika biss għall-ħut maħsub għall-konsum tal-bniedem.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

A. Il-metodu tal-kalkolu tal-kumpens provdut fl-Artikolu 10(2)(a)

(f'ewro kull bastiment-membru) |

Bastimenti-membri | Ammont fis-sena matul l-ewwel tliet snin | Ammont fis-sena matul is-sentejn ta' wara |

Mill-1 sal-50 wieħed | 600 | 300 |

Mill-51 sal-100 wieħed | 200 | 100 |

Mill-101 sal-500 wieħed | 100 | 50 |

Mill-501 | 0 | 0 |

B. Il-metodu tal-kalkolu tal-kumpens provdut fl-Artikolu 10(2)(b)

(f'ewro għal kull organizzazzjoni li tipproduċi |

Perċentwali tal-produzzjoni mormija permezz ta' organizzazzjoni li tipproduċi f'żona tal-produzzjoni speċifika | Ammont fis-sena matul l-ewwel tliet snin | Ammont fis-sena matul is-sentejn ta' wara |

Sa u nkluż il-50 % | 20000 | 15000 |

Bejn 50 % u l-75 % | 25000 | 20000 |

Iktar minn u inkluż il-75 % | 30000 | 25000 |

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

Tabella tal-korrelazzjoni

Regolament KEE Nru. 3759/92 | Dan ir-regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 4a | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 7 |

L-Artikolu 5a | -- |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 7 | -- |

L-Artikolu 7a | L-Artikolu 12 |

L-Artikolu 7b | -- |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 9 | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 19 |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 20 |

L-Artikolu 12 | L-Artikolu 21 |

L-Artikolu 12 a | -- |

L-Artikolu 13 | L-Artikolu 22 |

L-Artikolu 14 | L-Artikolu 23 |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 24 |

L-Artikolu 16 | L-Artikolu 25 |

L-Artikolu 17 | L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 18 | L-Artikolu 27 |

L-Artikolu 19 | -- |

L-Artikolu 20 | -- |

L-Artikolu 21 | -- |

L-Artikolu 22 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 29 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 30 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 35 |

L-Artikolu 26 | L-Artikolu 33 |

L-Artikolu 27 | L-Artikolu 32 |

L-Artikolu 28 | L-Artikolu 31 |

L-Artikolu 29 | -- |

L-Artikolu 30 | L-Artikolu 34 |

L-Artikolu 31 | L-Artikolu 37 |

L-Artikolu 32 | L-Artikolu 38 |

L-Artikolu 33 | L-Artikolu 39 |

L-Artikolu 34 | L-Artikolu 40 |

L-Artikolu 35 | L-Artikolu 42 |

L-Artikolu 36 | L-Artikolu 43 |

Anness I | Anness I |

Anness II | Anness II |

Anness III | Anness III |

Anness IV | -- |

Anness V | -- |

Anness VI | Anness IV |

Anness VII | Anness VI |

--------------------------------------------------

Top