EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993R0259

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta’ l-1 ta’ Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea

ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2007; Imħassar b' 32006R1013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/259/oj

31993R0259

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta’ l-1 ta’ Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea

Official Journal L 030 , 06/02/1993 P. 0001 - 0028
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0043
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 12 P. 0043
CS.ES Chapter 15 Volume 02 P. 176 - 203
ET.ES Chapter 15 Volume 02 P. 176 - 203
HU.ES Chapter 15 Volume 02 P. 176 - 203
LT.ES Chapter 15 Volume 02 P. 176 - 203
LV.ES Chapter 15 Volume 02 P. 176 - 203
MT.ES Chapter 15 Volume 02 P. 176 - 203
PL.ES Chapter 15 Volume 02 P. 176 - 203
SK.ES Chapter 15 Volume 02 P. 176 - 203
SL.ES Chapter 15 Volume 02 P. 176 - 203


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93

ta’ l-1 ta’ Frar 1993

dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130s tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali [3],

Billi l-Komunità iffirmat il-Konvenzjoni ta’ Basilea tat-22 ta’ Marzu 1989 dwar il-kontroll ta’ caqliq bejn il-fruntieri ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu;

Billi dispożizzjonijiet fuq l-iskart jinstabu fl-Artikolu 39 tal-Konvenzjoni ACP-KEE tal-15 ta’ Dicembru 1989;

Billi l-Komunità kienet approvat id-Deciżjoni tal-Kunsill tal-OECD tat-30 ta’ Marzu 1992 dwar il-kontroll ta’ caqliq bejn il-fruntieri ta’ skart li jkun iddestinat għal ħidma ta’ rkupru;

Billi, fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, id-Direttiva 84/631/KEE [4], li torganizza s-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar bejn il-fruntieri ta’ skart perikoluż, jeħtieġ li tinbidel b’Regolament;

Billi s-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi Stat Membru hija responsabbiltà nazzjonali; billi, madankollu, sistemi multi-nazzjonali għal superviżjoni u kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart ġewwa Stat Membru għandhom ikunu konformi ma’ kriterji minimi sabiex ikun assigurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem;

Billi huwa importanti li tkun organizzata s-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart b’tali mod li tiġi kunsidrata l-ħtieġa li tkun preservata, mħarsa u mtejba l-kwalità ta’ l-ambjent;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart [5] jipprovdi fl-Artikolu 5 tagħha (1) li qafas integrat u xieraq ta’ stallazzjonijiet ta’ rimi ta’ skart, li għandu jkun stabbilit minn Stati Membri permezz ta’ miżuri xierqa, fejn meħtieġ jew ta’ min jirrakkomandah b’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra, għandhom jgħinu lill-Komunità fl-intier tagħha li ssir awtosufficjenti fir-rimi ta’ l-iskart u li l-Istati Membri biex jimxu lejn dak il-għan individwalment, billi jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi ġeografici jew tal-ħtieġa ta’ stallazzjonijiet specjalizzati għal certi tipi ta’ skart; billi l-Artikolu 7 ta’ l-imsemmija Direttiva jitlob għat-tħejjija ta’ pjani ta’ amministrazzjoni ta’ l-iskart, jekk xieraq b’kooperazzjoni mal-Istati Membri koncernati, li għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni, u jistipula li Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri meħtieġa biex ma jħallux caqliq ta’ skart li ma jkunx bi qbil mal-pjanijiet ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskart tagħhom u li dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’xi miżuri bħal dawn;

Billi huwa meħtieġ li jkunu applikati proċeduri differenti li jiddependu mit-tip ta’ l-iskart u d-destinazzjoni tiegħu, inkluż jekk dan ikunx destinat għal rimi jew irkupru;

Billi vjaġġi bil-baħar ta’ skart għandhom ikunu suġġetti għal notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti biex jiffacilitaw li dawn ikunu infurmati kif xieraq partikolarment bit-tip, ċaqliq u rimi jew irkupru ta’ skart, sabiex dawn l-awtoritajiet jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluża l-possibbiltà li jitqajmu oġġezzjonijiet raġonevoli dwar il-vjaġġ bil-baħar;

Billi Stati Membri għandhom ikunu jistgħu jimplimentaw il-prinċipji ta’ prossimità, prijorità għall-irkupru u li jkunu awtosuffiċjenti fil-livelli tal-Komunità u nazzjonali — skond id-Direttiva 75/442/KEE — billi jieħdu miżuri skond it-Trattat li jipprojbixxu ġeneralment jew parzjalment jew li joġġezzjonaw sistematikament għal vjaġġi bil-baħar ta’ skart għal rimi, ħlief fil-każ ta’ skart perikoluż prodott fl-Istat Membru minn fejn ikun jintbgħat fi kwantità hekk żgħira li d-dispożizzjoni ta’ istallazzjonijiet speċjalizzati ġodda għar-rimi f’dak l-Istat ma jkunux ekonomiċi; billi l-problema speċifika ta’ rimi ta’ dawn il-kwantitajiet żgħar teħtieġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri konċernati u l-possibbiltà ta’ l-użu ta’ proċedura tal-Komunità;

Billi l-esportazzjoni ta’ skart għal rimi f’pajjiżi terzi għandha tkun ipprojbita sabiex ikun imħares l-ambjent ta’ dawk il-pajjiżi; billi eċċezzjonijiet għandhom ikunu applikabbli għal esportazzjoni lejn pajjiżi OECD li huma wkoll Partijiet fil-Konvenzjoni ta’ Basilea;

Billi l-esportazzjoni ta’ skart għal irkupru lejn pajjiżi li dwarhom id-Deċiżjoni tal-OECD ma hiex applikabbli irid ikun suġġett għal kondizzjonijiet li jipprovdu għal amministrazzjoni ambjentali soda dwar l-iskart;

Billi ftehim jew arranġamenti dwar l-esportazzjoni ta’ skart għall-irkupru ma’ pajjiżi li dwarhom id-Deċiżjoni tal-OECD ma tapplikax għandha tkun suġġetta għal reviżjoni perjodika mill-Komunità li twassal, jekk xieraq, għal proposta mill-Komunità biex tikkunsidra mill-ġdid il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom din l-esportazzjoni sseħħ, inkluża l-possibbiltà ta’ projbizzjoni;

Billi vjaġġi bil-baħar ta’ skart għal irkupru li huwa mniżżel fil-lista ħadra tad-Deċiżjoni tal-OECD għandu jkun ġeneralment eskluż mill-proċeduri ta’ kontroll ta’ dan ir-Regolament la darba skart bħal dak m’għandux normalment joħloq xi riskju għall-ambjent jekk ikun irkuprat kif xieraq fil-pajjiż tad-destinazzjoni; billi xi eċċezzjonijiet għal din l-esklużjoni huma meħtieġa skond il-leġislazzjoni tal-Komunità u d-Deċiżjoni tal-OECD; billi xi eċċezzjonijiet huma wkoll meħtieġa sabiex tkun iffaċilitata s-sorveljanza tar-rotot użati minn vjaġġi bil-baħar bħal dawk fil-Komunità u biex jittieħed akkont ta’ każijiet eċċezzjonali; billi skart bħal dan huwa suġġett għad-Direttiva 75/442/KEE;

Billi esportazzjoni ta’ skart għal irkupru li huwa mniżżel fil-lista ħadra tal-OECD lejn pajjiżi li dwarhom id-Deċiżjoni tal-OECD ma tapplikax għandha tkun suġġetta għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni mal-pajjiż ta’ destinazzjoni; billi jista’ jkun xieraq fid-dawl ta’ konsultazzjonijiet bħal dawn li l-Kummissjoni tagħmel proposti lill-Kunsill;

Billi esportazzjoni ta’ skart għal irkupru lejn pajjiżi li mhumiex Partijiet fil-Konvenzjoni ta’ Basilea trid tkun suġġetta għal arranġamenti speċifiċi bejn dawn il-pajjiżi u l-Komunità; billi Stati Membri għandhom, f’każijiet eċċezzjonali, jkunu jistgħu jiffinalizzaw wara d-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament ftehim bilaterali għall-importazzjoni ta’ skart speċifiku qabel ma’ l-Komunità tkun ikkonkludiet ftehim bħal dan, fil-każ ta’ skart għall-irkupru sabiex tkun evitata xi interruzzjoni tat-trattament ta’ l-iskart u fil-każ ta’ rimi ta’ skart meta l-pajjiż li jibgħat ma jkollux jew ma jistax raġjonevolment jakkwista l-kapaċità teknika u l-faċilitajiet meħtieġa għar-rimi ta’ l-iskart b’mod ambjentali tajjeb;

Billi għandu jkun hemm provvediment għal skart biex dan jittieħed lura jew li jkun mormi jew irkuprat b’mod alternattiv u ambjentalment sod jekk il-vjaġġ bil-baħar ma jkunx jista jiġi konkluż skond it-termini tan-nota tal-konsenja jew tal-kuntratt;

Billi, fil-każ ta’ traffiku illegali, il-persuna li l-azzjonijiet tagħha joħolqu dan it-traffiku għandha tieħu lura u/jew tiddisponi minn jew tirkupra l-iskart b’metodu alternattiv u ambjentalment sod; billi, jekk jonqos li jagħmel dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-tluq jew tad-destinazzjoni, kif xieraq, għandhom huma stess jintervjenu;

Billi huwa importanti li tiġi stabbilita sistema ta’ garanziji finanzjarji jew assigurazzjoni ekwivalenti;

Billi Stati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni rilevanti għall-implementazzjoni ta’ Regolament;

Billi d-dokumenti li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti u l-Annessi addattati fi proċedura tal-Komunità,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

IT-TITOLU I

SKOP U TIFSIRIET

L-Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għal vjaġġi bil-baħar ta’ skart fil-, ‘il ġewwa lejn u ‘l barra mill-Komunità.

2. Dan li ġej għandu jkun eskluż mill-iskop ta’ dan ir-Regolament:

(a) il-ħatt fuq ix-xatt ta’ skart iġġenerat mill-ħidmiet normali ta’ bastimenti u ta’ pjattaformi ta’ fuq il-baħar, inkluż skart likwidu u residwi, basta li l-iskart bħal dak ikun suġġett ta’ strument speċifiku internazzjonali u li jorbot;

(b) vjaġġi bil-baħar ta’ skart minn titjiriet ċivili;

(ċ) vjaġġi bil-baħar ta’ skart radjuattiv kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 92/3/Euratom tat-3 ta’ Frar 1992 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart radju-attiv bejn Stati Membri u ‘l ġewwa jew ‘il barra mill-Komunità [6];

(d) vjaġġi bil-baħar ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 75/442/KEE, meta dawn diġà jkunu koperti minn leġislazzjoni relevanti oħra;

(e) vjaġġi bil-baħar ta’ skart lejn il-Komunità skond mal-ħtiġijiet tal-Protokoll dwar il-Protezzjoni ta’ l-Ambjent tat-Trattat ta’ l-Antartiku.

3. (a) Vjaġġi bil-baħar ta’ skart iddestinati għal irkupru biss u mniżżel fl-Anness II għandu wkoll ikunu eskluż mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ħlief kif hemm ipprovdut dwar dan fis-sub-paragrafi (b), (ċ), (d) u (e), fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 17(1), (2) u (3).

(b) Skart bħal dan għandu jkun suġġett għad-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 75/442/KEE. Għandu partikolarment ikun:

- destinat biss lejn faċilitajiet awtorizzati kif xieraq, li jkunu awtorizzati skond ma’ l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 75/442/KEE,

- ikun suġġett għad-dispożizzjonijiet kollha ta’ l-Artikoli 8, 12, 13 u 14 tad-Direttiva 75/442/KEE.

(ċ) Madankollu, ċertu skart imniżżel fl-Anness II jista’ jkun ikkontrollat, jekk, fost raġunijiet oħra, dawn juru xi karatteristiċi perikolużi mniżżla fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE [7], daqslikieku kieku kienu mniżżla fl-Anness III jew IV.

Dan l-iskart u d-deċiżjoni li dwaru ż-żewġ proċeduri għandhom ikunu segwiti għandhom ikunu determinati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE. Skart bħal dan għandu jkun imniżżel fl-Anness II(a).

(d) F’każijiet eċċezzjonali, vjaġġi bil-baħar ta’ skart imniżżla fl-Anness II jistgħu, għal raġunijiet ambjentali jew ta’ saħħa pubblika, ikunu ikkontrollati minn Stati Membri daqslikieku kienu ġew imniżżla fl-Anness III jew IV.

Stati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni b’każijiet bħal dawn u jinfurmaw lil Stati Membru oħra, kif xieraq, u jagħtu r-raġuni għad-deċiżjoni tagħhom. Il-Kummissjoni, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE, tista tikkonferma azzjoni bħal din inkluż, fejn xieraq, billi jiżdiedu skart bħal dan fl-Anness II. A.

(e) Meta skart imniżżel fl-Anness II ikun ikkonsenjat bi ksur ta’ dan ir-Regolament jew tad-Direttiva 75/442/KEE, Stati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet xierqa ta’ l-Artikoli 25 u 26 ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) skart huwa kif definit fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE;

(b) awtoritajiet kompetenti jfissru awtoritajiet kompetenti innominati jew mill-Istat Membru skond l-Artikolu 36 jew minn Stati li mhumiex Membri;

(ċ) awtorità kompetenti li tibgħat tfisser l-awtorità kompetenti, innominata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 36, għaż-żona li minnha beda l-vjaġġ bil-baħar jew innominata minn Stati li mhumiex Membri;

(d) awtorità kompetenti tad-destinazzjoni tfisser l-awtorità kompetenti, innominata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 36, għaż-żona li fiha l-vjaġġ bil-baħar tkun imwassla, jew li fiha l-iskart ikun mgħobbi abbord qabel ma’ jkun mormi fil-baħar mingħajr preġudizzju għal konvenzjonijiet eżistenti dwar ir-rimi fil-baħar jew innominati minn Stati li mhumiex Membri;

(e) l-awtorità kompetenti tat-transitu tfisser l-awtorità waħdanija innominata minn Stati Membri skond l-Artikolu 36 għall-Istat li minnu l-vjaġġ bil-baħar tkun in transitu;

(f) korrespondent ifisser korp ċentrali innominat minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 37;

(g) notifikatur ifisser persuna naturali jew korp ġuridiku li lilhom jew lil min id-dover tan-notifika jkun assenjat, jiġifieri l-persuna li hemm referenza dwarha minn hawn ‘il quddiem li tipproponi li tikkonsenja l-iskart jew li tkun ikkonsenjat l-iskart:

(i) il-persuna li l-attivitajiet tagħha jipproduċu l-iskart (il-produttur oriġinali); jew

(ii) meta dan ma jkunx possibbli, kollettur illiċenzjat għal dan il-għan minn Stat Membru jew negozjant reġistrat jew illiċenzjat jew intermedjarju li jirranġa għar-rimi jew l-irkupru ta’ l-iskart; jew

(iii) meta dawn il-persuni ma jkunux magħrufa jew ma jkunux illiċenzjati, il-persuna li jkollha l-pussess jew il-kontroll legali ta’ l-iskart (detentur); jew

(iv) fil-każ ta’ importazzjoni ġewwa jew transitu fil-Komunità ta’ skart, il-persuna innominata mil-liġijiet ta’ l-Istat li jibgħat jew, meta din in-nomina ma tkunx seħħet, il-persuna li jkollha l-pussess jew il-kontroll legali ta’ l-iskart (id-detentur);

(h) ir—riċevitur ifisser il-persuna jew l-intrapriża li lilha l-iskart ikun ikkonsenjat għal irkupru jew rimi;

(i) rimi huwa kif definit fl-Artikolu 1(e) tad-Direttiva 75/442/KEE;

(j) ċentru awtorizzat ifisser xi stabbiliment jew intrapriża awtorizzata jew liċenzjata bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 75/439/KEE [8], l-Artikoli 9, 10 u 11 tad-Direttiva 75/442/KEE u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 76/403/KEE [9];

(k) irkupru huwa kif definit fl-Artikolu 1(f) tad-Direttiva 75/442/KEE;

(l) L-Istat li jagħmel il-vjaġġ bil-baħar ifisser xi stat li minnu l-vjaġġ bil-baħar ta’ l-iskart ikun ippjanat jew magħmul;

(m) L-Istat tad-destinazzjoni jfisser xi Stat li għalih ikun ippjanat jew magħmul il-vjaġġ bil-baħar għal rimi jew irkupru, jew għat-tagħbija abbord qabel rimi fil-baħar mingħajr preġudizzju għal konvenzjonijiet eżistenti dwar rimi fil-baħar;

(n) L-Istat tat-transitu jfisser xi Stat, apparti mill-Istat li jibgħat jew tad-destinazzjoni, li minnu l-vjaġġ bil-baħar ta’ l-iskart ikun ippjanat jew ikun magħmul;

(o) nota tal-konsenja tfisser in-nota normali tal-konsenja li għandha titħejja skond l-Artikolu 42;

(p) Il-Konvenzjoni ta’ Basilea tfisser il-Konvenzjoni ta’ Basilea tat-22 ta’ Marzu 1989 dwar il-kontroll ta’ ċaqliq bejn il-fruntieri ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu.

(q) ir-raba’ Konvenzjoni ta’ Lomé tfisser il-Konvenzjoni ta’ Lomé tal-15 ta’ Diċembru 1989;

(r) id-Deċiżjoni tal-OECD tfisser id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-OECD tat-30 ta’ Marzu 1992 dwar il-kontroll ta’ caqliq bejn il-fruntieri ta’ skart iddestinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru.

IT-TITOLU II

VJAĠĠI BIL-BAĦAR TA’ SKART BEJN STATI MEMBRI

Il-Kapitolu A

Skart għar-rimi

L-Artikolu 3

1. Meta notifikatur ikollu l-intenzjoni li jibgħat skart għal rimi minn Stat Membru wieħed lejn Stat Membru ieħor u/jew li jgħaddi bi transitu minn xi wieħed jew ħafna Stati Membri oħra, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25(2) u 26(2), hu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u jibgħat kopja tan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tat-tluq u tat-transitu u lir-riċevent.

2. In-notifika għandha ta’ bil-fors tkopri xi waqfa intermedjarja tal-vjaġġ bil-baħar mill-post tat-tluq lejn id-destinazzjoni finali tagħha.

3. In-notifika għandha tkun effettwata permezz ta’ nota tal-konsenja li għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti tat-tluq.

4. Meta ssir in-notifika, in-notifikatur għandu jimla n-nota tal-konsenja u għandu, jekk mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, jagħti informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali.

5. In-notifikatur għandu jagħti fuq in-nota tal-konsenja l-informazzjoni partikolarment f’dak li jirrigwarda:

- l-oriġini, il-kompożizzjoni u l-kwantità ta’ l-iskart għal rimi inkluż, fil-każ ta’ l-Artikolu 2(g) (ii), l-identità tal-produttur u, fil-każ ta’ skart minn diversi sorsi inventarju ddettaljat ta’ l-iskart u, jekk magħruf, l-identità tal-produtturi oriġinali,

- l-arranġamenti għar-rotot u l-assigurazzjoni kontra l-ħsara lill-partijiet terzi,

- il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jassiguraw trasport mingħajr periklu u, partikolarment, konformità minn dak li jġorr mal-kondizzjonijiet provduti għat-trasport mill-Istati Membri konċernati,

- l-identità tar-riċevitur ta’ l-iskart, il-lokalità taċ-ċentru tar-rimi u t-tip u t-tul taż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni li permezz tagħha jopera ċ-ċentru. Iċ-ċentru għandu jkollu l-kapaċità teknika għar-rimi ta’ dan l-iskart taħt dawk il-kondizzjonijiet li ma jippreżentaw l-ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent,

- il-ħidmiet li jinvolvu r-rimi kif hemm referenza għalihom fl-Anness II. A tad-Direttiva 75/442/KEE.

6. In-notifikatur għandu jagħmel kuntratt mar-riċevent dwar ir-rimi ta’ l-iskart.

Il-kuntratt jista’ jinkludi t-tagħrif kollu jew parti minnu li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 5.

Il-kuntratt għandu jinkludi l-obbligu:

- tan-notifikatur, skond l-Artikoli 25 u 26(2), li jieħu l-iskart lura jekk il-vjaġġ bil-baħar ma jkunx mitmum kif ippjanat jew jekk ikun sar bi ksur ta’ dan ir-Regolament,

- tar-riċevent, li jipprovdi malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn 180 jum wara li jkun irċieva ċ-ċertifikat min-notifikatur li l-iskart kien intrema b’mod ambjentali tajjeb.

Kopja tal-kuntratt għandha tiġi provduta lill-awtorità kompetenti meta tintalab.

Jekk l-iskart ikun ikkonsenjat bejn żewġ stabbilimenti taħt il-kontroll ta’ l-istess entità legali, dan il-kuntratt jista’ jitbiddel b’dikjarazzjoni mill-entità partikolari li tintrabat li tarmi l-iskart.

7. L-informazzjoni mogħtija skond il-paragrafi 4 sa 6 għandha tkun ittrattata b’kunfidenzjalità skond ir-regolament nazzjonali eżistenti.

8. L-awtorità kompetenti tat-tluq tista’, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, tiddeċiedi li titrasmetti n-notifika hija stess, minflok in-notifikatur, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni, b’kopji mogħtija lir-riċevent u lill-awtorità kompetenti tat-transitu.

L-awtorità kompetenti li tibgħat tista’ tiddeċiedi li ma tipproċedix bin-notifika jekk hi nnifisha jkollha oġġezzjonijiet immedjati xi tqajjem kontra l-vjaġġ bil-baħar skond l-Artikolu 4(3). Għandha minnufih tinforma lin-notifikatur b’dawn l-oġġezzjonijiet.

L-Artikolu 4

1. Mal-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol, tibgħat konferma lin-notifikatur u kopji ta’ din lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra ikonċernati u lir-riċevent.

2. (a) L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandu jkollha 30 jum wara li tintbagħat il-konferma biex tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tagħha tal-vjaġġ bil-baħar, b’xi kondizzjonijiet jew mingħajrhom, jew li tiċħadha. Tista wkoll titlob aktar informazzjoni.

Din għandha tagħti l-awtorizzazzjoni biss fin-nuqqas ta’ oġġezzjonijiet min-naħa tagħha u min-naħa ta’ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra. L-awtorizzazzjoni għandha tkun suġġetta għal kwalunkwe kondizzjonijiet tat-trasport li hemm referenza għalihom f’(d).

L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha mhux aktar qabel minn 21 jum wara li tkun intbagħtet il-konferma. Din tista’, madankollu, tieħu deċiżjoni aktar kmieni jekk hi jkollha l-kunsens bil-miktub ta’ l-awtorità kompetenti l-oħra kkonċernata.

L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tibgħat id-deċiżjoni tagħha lin-notifikatur bil-kitba, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati.

(b) L-awtoritajiet kompetenti tat-tluq u tat-tranżitu jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet fi żmien 20 jum wara li tkun intbagħtet il-konferma. Jistgħu wkoll jitlobu aktar informazzjoni. Dawn l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu mwassla bil-kitba lin-notifikatur, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati.

(ċ) L-oġġezzjonijiet u l-kondizzjonijiet li hemm referenza għalihom f’(a) u (b) għandhom ikunu bbażati fuq paragrafu 3.

(d) L-awtoritajiet kompetenti tat-tluq u tat-transitu jistgħu, fi żmien 20 jum minn wara li tkun intbagħtet il-konferma, jipprovdu kondizzjonijiet rigward it-trasport ta’ l-iskart fil-qofol tal-ġurisdizzjoni tagħhom.

Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu notifikati lin-notifikatur bil-kitba, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, u miktuba fin-nota tal-konsenja. Dawn ma jistgħux ikunu aktar rigorużi minn dawk maħsuba rigward vjaġġi bil-baħar simili li jseħħu kompletament fil-qofol tal-ġurisdizzjoni tagħhom u għandhom jagħtu kas ta’ arranġamenti eżistenti, partikolarment rilevanti għal konvenzjonijiet internazzjonali.

3. (a) (i) Sabiex ikunu implimentati l-prinċipji ta’ prossimità, prijorità għal irkupru u l-awto-suffiċjenza fil-livelli tal-Komunità u nazzjonali skond mad-Direttiva 75/442/KEE. Stati Membri jistgħu jieħdu miżuri skond mat-Trattat biex jipprojbixxu ġeneralment jew parzjalment jew joġġezzjonaw sistematikament għal vjaġġi bil-baħar ta’ skart. Miżuri bħal dawn għandhom ikunu notifikati minnufih lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

(ii) Fil-każ ta’ skart perikoluż (kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE) prodott fi Stat Membru tat-tluq fi kwantitajiet globali hekk żgħar kull sena li l-forniment ta’ stallazzjonijiet speċjalizzati godda għar-rimi f’dak l-Istat ma jkunux ekonomiċi, (i) m’għandux japplika.

(iii) L-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jikkoopera ma’ l-Istat Membru tat-tluq li jikkonsidra li (ii) jkun applikabbli, bil-għan li tkun riżolta l-kwistjoni bilateralment. Jekk ma jkunx hemm soluzjoni sodisfaċenti, kull wieħed mill-Istati Membri jista jirreferi l-materja lill-Kummissjoni, li għandha tiddetermina l-kwistjoni skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE.

(b) L-awtoritajiet kompetenti tat-tluq u tad-destinazzjoni, waqt li jagħtu kas taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa ta’ stallazzjonijiet speċjalizzati għal ċerti tipi ta’ skart, jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet raġonevoli dwar vjaġġi bil-baħar ippjanati jekk dawn ma jkunux skond id-Direttiva 75/442/KEE, speċjalment l-Artikoli 5 u 7:

(i) sabiex ikun implementat il-prinċipju ta’ awto-suffiċjenza fil-livelli tal-Komunità u nazzjonali;

(ii) f’każijiet meta l-istallazzjoni jkollha tarmi l-iskart minn oriġini aktar viċina u l-awtorità kompetenti tkun tat prijorità għal dan l-iskart;

(iii) sabiex ikun assigurat li l-vjaġġi bil-baħar ikunu skond il-pjanijiet ta’ amministrazzjoni ta’ l-iskart.

(ċ) B’żieda ma’ dan, l-awtoritajiet kompetenti tat-tluq, tad-destinazzjoni u tat-transitu jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet raġjonevoli dwar il-vjaġġ bil-baħar ippjanat jekk:

- din ma tkunx skond il-liġijiet nazzjonali u r-regolamenti li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ l-ambjent, ordni pubbliku, sigurtà pubblika jew ħarsien tas-saħħa,

- in-notifikatur jew ir-riċevent ikunu nstabu qabel ħatja ta’ traffikar illegali.

F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti tat-tluq tista’ tiċħad il-vjaġġi bil-baħar kollha li jinvolvu l-persuna f’dak il-każ skond il-leġislazzjoni nazzjonali, jew

- il-vjaġġ bil-baħar tkun f’konflitt ma l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali li jkunu konklużi minn Stat Membru jew Stati Membri konċernati.

4. Jekk, fil-limiti taż-żmien provduti fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-problemi li jagħtu bidu għall-oġġezzjonijiet tagħhom ikunu ġew solvuti u li l-kondizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasport ikunu milħuqa, għandhom jagħrfu minnufih lin-notifikatur bil-miktub, b’kopji lir-riċevent u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati.

Jekk wara jkun hemm xi tibdil essenzjali fil-kondizzjonijiet tal-vjaġġ bil-baħar, għandha ssir notifika ġdida.

5. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha turi l-awtorizzazzjoni tagħha billi tittimbra kif xieraq in-nota ta’ konsenja.

L-Artikolu 5

1. Il-vjaġġ bil-baħar ikun jista’ jsir biss wara li n-notifikatur ikun irċieva awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.

2. Meta n-notifikatur ikun irċieva awtorizzazzjoni, dan għandu jżid id-data tal-vjaġġ bil-baħar u b’mod ieħor jimla n-nota tal-konsenja u jibgħat kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati tlett ijiem tax-xogħol qabel ma jsir il-vjaġġ bil-baħar.

3. Kopja, jew jekk mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, mudell tan-nota tal-konsenja, flimkien mat-timbru ta’ l-awtorizzazzjoni, għandhom jakkumpanjaw kull konsenja.

4. L-intrapriżi kollha mdaħħla fil-ħidma għandhom jimlew in-nota tal-konsenja fil-postijiet indikati, jiffirmawha u jżommu kopja tagħha.

5. Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-wasla ta’ l-iskart għar-rimi, ir-riċevent għandu jibgħat kopji tan-nota tal-konsenja mimlija kollha, ħlief għaċ-ċertifikat li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 6, lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

6. Malajr kemm jista’ jkun imma mhux aktar tard minn 180 jum wara l-wasla ta’ l-iskart, ir-riċevent għandu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jingħata ċertifikat tar-rimi lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun parti minn jew ikun mehmuż man-nota tal-konsenja li takkumpanja l-vjaġġ bil-baħar.

Il-Kapitolu B

Skart għall-irkupru

L-Artikolu 6

1. Meta n-notifikatur ikollu l-intenzjoni li jibgħat skart għal irkupru mniżżel fl-Anness III minn Stat Membru wieħed lejn Stat Membru ieħor u/jew li jgħaddi bi transitu minn xi wieħed jew ħafna Stati Membri oħra, u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25(2) u 26(2), hu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u jibgħat kopji tan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tat-tluq u tat-transitu u lir-riċevent.

2. In-notifika għandha ta’ bil-fors tkopri xi waqfa intermedjarja tal-vjaġġ bil-baħar mill-post tat-tluq lejn id-destinazzjoni finali tagħha.

3. In-notifika għandha tkun effettwata permezz ta’ nota tal-konsenja li għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti tat-tluq.

4. Meta jagħmel in-notifika, in-notifikatur għandu jimla n-nota tal-konsenja u għandu, jekk mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, iforni informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali.

5. In-notifikatur għandu jissupplixxi fuq in-nota tal-konsenja l-informazzjoni partikolarment f’dak li jirrigwarda:

- l-oriġini, il-kompożizzjoni u l-kwantità ta’ skart għal irkupru, inkluża l-identità tal-produttur u, fil-każ ta’ skart minn diversi sorsi, inventarju dettaljat ta’ l-iskart u, jekk magħrufa, l-identità tal-produttur oriġinali,

- l-arranġamenti għar-rotot u l-assigurazzjoni kontra l-ħsara lill-partijiet terzi,

- il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jassiguraw trasport mingħajr periklu u, partikolarment, konformità minn dak li jġorr mal-kondizzjonijiet provduti għat-trasport mill-Istati Membri konċernati,

- l-identità tar-riċevent ta’ l-iskart, il-lokalità taċ-ċentru għall-irkupru u t-tip u t-tul taż-żmien ta’ l-awtorizzazzjoni li permezz tagħha jopera ċ-ċentru. Iċ-ċentru għandu jkollu kapaċità teknika għall-irkupru ta’ l-iskart f’dak il-każ permezz tal-kondizzjonijiet li ma jippreżentaw l-ebda periklu lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent,

- il-ħidmiet li jinvolvu l-irkupru kif jinstab fl-Anness II. B tad-Direttiva 75/442/KEE.

- il-metodu ppjanat tar-rimi ta’ skart residwu wara li r-riċiklaġġ ikun seħħ,

- l-ammont tal-materjal riċiklat f’relazzjoni ma’ l-iskart residwu,

- l-istima tal-valur tal-materjal riċiklat

6. In-notifikatur għandu jikkonkludi kuntratt mar-riċevent dwar l-irkupru ta’ l-iskart.

Il-kuntratt jista’ jinkludi ftit jew l-informazzjoni kollha li hemm għaliha fil-paragrafu 5.

Il-kuntratt għandu jinkludi l-obbligi:

- tan-notifikatur, skond l-Artikoli 25 u 26(2), li jieħu l-iskart lura jekk il-vjaġġ bil-baħar ma jkunx mitmum kif ippjanat jew jekk ikun ġie effetwat bi ksur ta’ dan ir-Regolament,

- li r-riċevent irid jipprovdi, fil-każ ta’ trasferiment mill-ġdid ta’ skart għall-irkupru lejn Stat Membru ieħor jew lejn pajjiż terz, in-notifika tal-pajjiż inizjali tat-tluq,

- tar-riċevent biex jipprovdi malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn 180 jum wara li jkun irċieva ċ-ċertifikat min-notifikatur li l-iskart ikun gie rkuprat b’mod ambjentali tajjeb.

Kopja tal-kuntratt għandha tkun provduta lill-awtorità kompetenti wara li ssir talba.

Jekk l-iskart ikun ikkonsenjat bejn żewġ stabbilimenti permezz tal-kontroll ta’ l-istess entità legali, dan il-kuntratt jista’ jinbidel b’dikjarazzjoni mill-entità partikolari li tintrabat li tirkupra l-iskart.

7. L-informazzjoni mogħtija skond il-paragrafi 4 sa 6 għandha tkun ittrattata b’kunfidenzjalità skond ir-regolament nazzjonali eżistenti.

8. L-awtorità kompetenti tat-tluq tista’, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, tiddeċiedi li titrasmetti n-notifika hija stess, minflok in-notifikatur, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni, b’kopji lir-riċevent u lill-awtorità kompetenti tat-transitu.

L-Artikolu 7

1. Mal-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol, tibgħat konferma lin-notifikatur u kopji ta’ din lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lir-riċevent.

2. L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni, tat-tluq u tat-transitu jkollhom 30 jum wara t-tluq tal-konferma biex joġġezzjonaw għal konsejna. Oġġezzjoni bħal din għandha tkun ibbażata fuq il-paragrafu 4. Kull oġġezzjoni għandha tkun ippreżentata bil-miktub lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati fi żmien 30 jum.

L-awtoritajiet kompetenti konċernati jistgħu jiddeċiedu li jipprovdu konferma bil-miktub f’perijodu ta’ anqas minn 30 jum.

Konferma bil-miktub jew oġġezzjoni għandha tkun provduta bil-posta, jew bit-telefax li tkun segwita bil-posta. Din il-konferma għandha tiskadi fi żmien sena sa kemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

3. L-awtoritajiet kompetenti tat-tluq u tat-transitu għandhom ikollhom 20 jum minn wara li tkun intbagħtet il-konferma li fihom jiġu provduti l-kondizzjonijiet rigward it-trasport ta’ l-iskart fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu nnotifikati lin-notifikatur bil-kitba, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, u miktuba fin-nota tal-konsenja. Dawn ma jistgħux ikunu aktar rigorużi minn dawk provduti rigward vjaġġi bil-baħar simili li jseħħu kompletament fil-qofol tal-ġurisdizzjoni tagħhom u għandhom jagħtu kas ta’ arranġamenti eżistenti, partikolarment rilevanti għal konvenzjonijiet internazzjonali.

4. (a) L-awtoritajiet kompetenti tat-tluq u tad-destinazzjoni jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet raġjonevoli dwar il-vjaġġ bil-baħar ippjanat:

- skond id-Direttiva 75/442/KEE, partikolarment l-Artikolu 7 tagħha, jew

- jekk din ma tkunx skond il-liġijiet nazzjonali u r-regolamenti li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ l-ambjent, ordni pubbliku, sigurtà pubblika jew ħarsien tas-saħħa, jew

- jekk in-notifikatur jew riċevent ikunu nstabu qabel ħatja ta’ traffikar illegali. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti tat-tluq tista’ tiċħad il-vjaġġi bil-baħar kollha li jinvolvu l-persuna f’dak il-każ skond il-leġislazzjoni nazzjonali, jew

- jekk il-vjaġġ bil-baħar ikun f’konflitt ma’ l-obbligi li jirriżultaw minn konvenzjonijiet internazzjonali li jkunu konklużi minn Stat Membru jew Stati Membri konċernati, jew

- jekk ir-rapport ta’ bejn l-iskart li jista’ jiġi rkuprat ma’ li ma jistax jiġi rkuprat, l-istima tal-valur tal-materjali li għandhom finalment ikunu rkuprati jew l-ispiża ta’ l-irkupru jew l-ispiża tar-rimi tal-frazzjoni li ma tistax tkun irkuprata ma jiġġustifikawx l-irkupru minħabba konsiderazzjonijiet ekonomiċi u ambjentali.

(b) L-awtoritajiet kompetenti tat-transitu jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet raġjonevoli għall-vjaġġ bil-baħar ippjanat ibbażati fuq it-tieni, t-tielet u r-raba’ paragrafi ta’ (a).

5. Jekk fil-limiti taż-żmien provdut fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti jkunu sodisfatti li l-problemi li joħolqu l-oġġezzjonijiet tagħhom ikunu ġew solvuti u li l-kondizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport ikunu milħuqa, għandhom jinfurmaw lin-notifikatur minnufih bil-miktub, b’kopji lir-riċevent u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati.

Jekk wara jkun hemm xi tibdil essenzjali fil-kondizzjonijiet tal-vjaġġ bil-baħar, tkun trid issir notifka ġdida.

6. Fil-każ ta’ konferma bil-miktub minn qabel, l-awtorità kompetenti għandha turi l-awtorizzazzjoni tagħha billi tittimbra kif xieraq in-nota tal-konsenja.

L-Artikolu 8

1. Il-vjaġġ bil-baħar tista’ ssir wara li perijodu ta’ 30 jum ikun għadda jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet ippreżentata. Il-kunsens taċitu, madankollu, jiskadi fi żmien sena minn dik id-data.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li jipprovdu l-kunsens bil-miktub, il-vjaġġ bil-baħar tista’ seħħ minnufih wara li l-kunsensi kollha meħtieġa jkunu waslu.

2. In-notifikatur għandu jżid id-data tal-vjaġġ bil-baħar u f’kull każ jimla n-nota tal-konsenja u jibgħat kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati tlett ijiem tax-xogħol qabel ma jsir il-vjaġġ bil-baħar.

3. Kopja, jew jekk mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, mudell tan-nota tal-konsenja għandhom jakkumpanjaw kull vjaġġ bil-baħar.

4. L-intrapriżi kollha involuti fil-ħidma għandhom jimlew in-nota tal-konsenja fil-postijiet indikati, jiffirmawha u jżommu kopja tagħha.

5. Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-wasla ta’ l-iskart għal-irkupru, riċevent għandu jibgħat kopji tal-nota tal-konsenja mimlija kollha, ħlief għaċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fil-paragrafu 6, lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati.

6. Malajr kemm jista’ jkun imma mhux aktar tard minn 180 jum wara l-wasla tal-vjaġġ bil-baħar ta’ l-iskart, ir-riċevent għandu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jibgħat ċertifikat ta’ l-irkupru ta’ l-iskart lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun parti minn jew mehmuż man-nota tal-konsenja li takkumpanja l-vjaġġ bil-baħar.

L-Artikolu 9

1. L-awtoritajiet kompetenti li jkollhom ġurisdizzjoni fuq faċilitajiet speċifiċi ta’ rkupru jistgħu jiddeċiedu, minkejja l-Artikolu 7, li huma mhumiex ser iqajmu oġġezzjonijiet rigward vjaġġi bil-baħar ta’ ċerti tipi ta’ skart lejn faċilità speċifika ta’ rkupru. Deċiżjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu limitati għal perijodu speċifiku ta’ żmien; iżda, jistgħu jiġu revokati fi kwalunkwe żmien.

2. L-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu fuq din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-isem tal-faċilità ta’ l-irkupru, l-indirizz, it-teknoloġija użata, it-tipi ta’ skart li dwarhom tkun applikabbli d-deċiżjoni u l-perijodu kkonċernat. Kull revoka għandha wkoll tkunu mgħarrfa lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti konċernati l-oħra fil-Komunità u lis-Segretarjat tal-OECD.

3. Il-vjaġġi bil-baħar kollha intenzjonati għall-faċilitajiet bħal dawn għandhom jeħtieġu notifika lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, skond l-Artikolu 6. Notifika bħal din għandha tasal qabel iż-żmien li jibda l-vjaġġ bil-baħar.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri tat-tluq u tat-transitu jistgħu jqajmu oġġezzjonijiet għall kull konsenja, ibbażati fuq l-Artikolu 7(4), jew jimponu kondizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasport.

4. F’ċirkostanzi meta l-awtoritajiet kompetenti jaġixxu taħt il-liġijiet domestiċi tagħhom dawn ikunu meħtieġa li jirrivedu l-kuntratt li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6(6), dawn l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. F’każijiet bħal dawn, in-notifika flimkien mal-kuntratti jew partijiet minnhom li għandhom jiġu riveduti jridu jaslu sebat ijiem qabel iż-żmien li l-vjaġġ bil-baħar tkun mibgħuta sabiex dik ir-reviżjoni tkun tista’ titwettaq kif xieraq.

5. Għal vjaġġi bil-baħar attwali, l-Artikolu 8(2) sa (6) għandu japplika.

L-Artikolu 10

Vjaġġi bil-baħar ta’ skart għal irkupru mniżżla fl-Anness IV u skart għal irkupru li ma jkunx għadu ġie mgħoddi lill-Anness II, l-Anness III jew l-Anness IV għandu jkun suġġett għall-istess proċeduri bħal dawk li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 6 sa 8 ħlief li l-konferma ta’ l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandha tkun provduta bil-miktub qabel ma jibda l-vjaġġ bil-baħar.

L-Artikolu 11

1. Sabiex ikun megħjun is-sorveljar tar-rotot tal-vjaġġi bil-baħar ta’ l-iskart għal irkupru li huma mniżżla fl-Anness II, dawn għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni li ġejja, li tkun iffirmata mid-detentur:

(a) l-isem sħih u l-indirizz tad-detentur;

(b) id-deskrizzjoni normali kummerċjali ta’ l-iskart;

(ċ) il-kwalità ta’ l-iskart;

(d) l-isem sħiħ u l-indirizz tar-riċevent;

(e) il-ħidmiet li jinvolvu l-irkupru, kif imniżżla fl-Anness II. B tad-Direttiva 75/442/KEE;

(f) id-data mistennija tal-vjaġġ bil-baħar.

2. L-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1 għandha tkun ittrattata konfidenzjalment u skond ir-regolamenti eżistenti nazzjonali.

Il-Kapitolu Ċ

Vjaġġi bil-baħar ta’ skart għal rimi jew irkupru bejn Stati Membri bi transitu ġewwa Stati terzi

L-Artikolu 12

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 sa 10, meta vjaġġ bil-baħar ta’ skart iseħħ bejn Stati Membri bi transitu ġewwa wieħed jew aktar Stati terzi,

(a) in-notifikatur għandu jibgħat kopja tan-notifika lill-awtorita(jiet) kompetenti ta’ l-Istat(i) terzi;

(b) l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandhom jitolbu lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) terzi jekk ikunx jixtieq li jibgħat il-kunsens bil-miktub tiegħu dwar il-vjaġġ bil-baħar ippjanata:

- fil-każ ta’ Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea, fi żmien 60 jum, sa kemm ma jkunx warrab dan id-dritt skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-Konvenzjoni, jew

- fil-każ ta’ pajjiżi li mhumiex Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea, fi żmien perijodu miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Fiż-żewġ każijiet l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha, fejn xieraq, tistenna l-kunsens qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha.

IT-TITOLU III

VJAĠĠI BIL-BAĦAR TA’ SKART ĠEWWA STATI MEMBRI

L-Artikolu 13

1. It-Titoli II, VII u VIII m’għandhomx japplikaw għal vjaġġi bil-baħar gewwa Stat Membru.

2. Stati Membri għandhom, iżda, jistabbilixxu sistema xierqa għal superviżjoni u kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fil-ġurisdizzjoni tagħhom. Din is-sistema għandha tagħti kas tal-ħtieġa ta’ koerenza fis-sistema Komunitarja stabbilita b’dan ir-Regolament.

3. Stati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bis-sistema tagħhom għal superviżjoni u kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

4. Stati Membri jistgħu japplikaw din is-sistema kif hemm provdut fit-Titoli II, VII u VIII fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

IT-TITOLU IV

ESPORTAZZJONI TA’ SKART

Il-Kapitolu A

Skart għar-rimi

L-Artikolu 14

1. L-esportazzjoni kollha ta’ skart għal rimi għandha tkun ipprojbita, ħlief lejn dawk il-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma wkoll Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea.

2. Madankollu, mingħajr preġudizju għall-Artikoli 25(2), u 26(2), l-esportazzjoni ta’ skart għal rimi lejn pajjiż ta’ l-EFTA għandha wkoll tkun ipprojbita:

(a) meta l-pajjiż ta’ l-EFTA tad-destinazzjoni jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ skart bħal dan jew meta ma jkunx ta l-kunsens tiegħu bil-miktub għall-importazzjoni speċifika ta’ dan l-iskart;

(b) jekk l-awtorità kompetenti li tibgħat fil-Komunità jkollha raġuni li temmen li l-iskart mhux sejjer ikun amministrat skond metodi ambjentali tajbin fil-pajjiż EFTA tad-destinazzjoni li jkun konċernat.

3. L-awtorità kompetenti li tibgħat għandha teħtieġ li xi skart għal rimi awtorizzat għal esportazzjoni lejn pajjiżi EFTA ikun amministrat skond metodi ambjentali tajbin matul il-perijodu tal-vjaġġ bil-baħar u fl-Istat tad-destinazzjoni.

L-Artikolu 15

1. In-notifikatur għandu jibgħat in-notifika lill-awtorità kompetenti tat-tluq permezz ta’ nota tal-konsenja skond l-Artikolu 3(5), b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati u lir-riċevent. In-nota tal-konsenja għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti tat-tluq.

Mal-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tat-tluq għandha fi żmien tlett ijiem tibgħat lin-notifikatur konferma bil-miktub tan-notifika, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati l-oħra.

2. L-awtorità kompetenti tat-tluq għandu jkollha 70 jum wara li tibgħat il-konferma biex tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tagħha tal-vjaġġ bil-baħar, b’xi kondizzjonijiet jew mingħajrhom, jew li tiċħadha. Tista’ wkoll titlob aktar informazzjoni.

Għandha tagħti l-awtorizzazzjoni tagħha biss fin-nuqqas ta’ oġġezzjonijiet min-naħa tagħha jew min-naħa ta’ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra u jekk tkun irċeviet mingħand in-notifikatur il-kopji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4. L-awtorizzazzjoni għandha, fejn applikabbli, tkun suġġetta għal kull kondizzjoni tat-trasport li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 5.

L-awtorità kompetenti tat-tluq għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha mhux aktar kmieni minn 61 jum wara li tkun intbagħtet il-konferma.

Din tista’, iżda, tieħu deċiżjoni tagħha qabel jekk hi jkollha l-kunsens bil-miktub ta’ l-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

Għandha tibgħat kopja ċertifikata tad-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati, lill-uffiċċju doganali tat-tluq mill-Komunità u lir-riċevent.

3. L-awtoritajiet kompetenti tat-tluq u tat-transitu fil-Komunità jistgħu, fi żmien 60 jum wara t-tluq tal-konferma, iqajmu oġġezzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 4(3). Jistgħu wkoll jitlobu aktar informazzjoni. Kull oġġezzjoni għandha tkunu mwassla bil-miktub lin-notifikatur, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati.

4. In-notifikatur għandu jforni lill-awtorità kompetenti tat-tluq kopja ta’:

(a) l-konferma bil-miktub tal-pajjiż EFTA tad-destinazzjoni tal-vjaġġ bil-baħar ippjanat;

(b) il-konferma mill-pajjiż EFTA tad-destinazzjoni dwar l-eżistenza ta’ kuntratt bejn in-notifikatur u riċevent li tispeċifika amministrazzjoni ambjentali tajba ta’ l-iskart; kopja tal-kuntratt għandha tkun fornuta, jekk mitluba.

Il-kuntratt għandu wkoll jispeċifika li r-riċevent ikun mistenni li jipprovdi:

- fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-wasla ta’ l-iskart għar-rimi, kopji tal-nota tal-konsenja mimlija kollha, ħlief għaċ-ċertifikat li hemm referenza dwaru fit-tieni paragrafu, lin-notifikatur u lill-awtorità kompetenti konċernata.

- malajr kemm jista’ jkun imma mhux aktar tard minn 180 jum wara l-wasla ta’ l-iskart, ċertifikat tar-rimi li jkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu lin-notifikatur u lill-awtorità kompetenti l-oħra konċernata. Il-formola ta’ dan iċ-ċertifikat għandha tkun parti min-nota tal-konsenja li takkumpanja l-vjaġġ bil-baħar.

Il-kuntratt għandu, b’żieda, jistipula li jekk riċevent joħroġ ċertifikat skorrett bil-konsegwenza li l-garanzija finanzjarja tkun rilaxxata hu għandu jerfa’ r-responsabbiltà ta’ l-ispejjeż li joriġinaw mid-dmir li jintbagħat l-iskart lura lejn iż-żona tal-ġurisdizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti tat-tluq u r-rimi tiegħu b’mod alternattiv li jkun ambjentalment tajjeb;

(ċ) konferma bil-miktub tal-vjaġġ bil-baħar ippjanat mill-Istat(i) l-ieħor tat-transitu, sakemm dan (dawn) l-Istat(i) jkun(u) Parti(jiet) tal-Konvenzjoni ta’ Basilea u jkun(u) warrab/warrbu dan skond it-termini ta’ dik il-Konvenzjoni.

5. L-awtoritajiet kompetenti tat-transitu fil-Komunità għandhom ikollhom 60 jum minn wara li tkun intbagħtet il-konferma li fihom jipprovdu l-kondizzjonijiet rigward it-trasport ta’ l-iskart fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

Dawn il-kondizzjonijiet, li għandhom ikunu mwassla lin-notifikatur, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati l-oħra, ma jistgħux ikunu aktar rigorużi minn dawk provduti dwar vjaġġi bil-baħar simili magħmula kompletament fiż-żona tal-ġurisdizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti f’dak il-każ.

6. L-awtorità kompetenti tat-tluq għandha turi l-awtorizzazzjoni tagħha billi tittimbra kif xieraq in-nota tal-konsenja.

7. Il-vjaġġ bil-baħar ikun jista’ jsir biss wara li n-notifikatur ikun irċieva awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tat-tluq.

8. Meta n-notifikatur ikun irċieva awtorizzazzjoni, dan għandu jżid id-data tal-vjaġġ bil-baħar kif ukoll jimla n-nota tal-konsenja u jibgħat kopji lill awtoritajiet kompetenti konċernati tlett ijiem tax-xogħol qabel ma ssir il-vjaġġ bil-baħar. Kopja, jew jekk mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, mudell tan-nota tal-konsenja, flimkien mat-timbru ta’ l-awtorizzazzjoni, għandhom jakkumpanjaw kull konsenja.

L-intrapriżi kollha involuti fil-ħidma għandhom jimlew in-nota tal-konsenja fil-postijiet indikati, jiffermawha u jżommu kopja tagħha.

Mudell tan-nota tal-konsenja għandha titwassal minn min iġorr lill-aħħar uffiċċju doganali tat-tluq meta l-iskart iħalli l-Komunità.

9. Malli l-iskart ikun telaq mill-Komunità, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jibgħat kopja tan-nota konsenja lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni.

10. Jekk, 42 jum wara li l-iskart ikun ħalla l-Komunità, l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-awtorizzazzjoni ma tkun irċieviet l-ebda informazzjoni minn għand ir-riċevent dwar il-wasla ta’ l-iskart, din għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.

Għandha tieħu azzjoni simili jekk, 180 jum wara li l-iskart ikun ħalla l-Komunità, l-awtorità kompetenti li tagħti l-awtorizzazzjoni ma tkunx irċieviet minn għand ir-riċevent iċ-ċertifikat tar-rimi li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 4.

11. L-awtorità kompetenti tat-tluq tista’, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, tiddeċiedi li tittrasmetti n-notifika hija stess minflok in-notifikatur, b’kopji lir-riċevent u lill-awtorità kompetenti tat-transitu.

L-awtorità kompetenti tat-tluq tista’ tiddeċiedi li tipproċedi fuq xi notifika jekk hi nnifisha jkollha oġġezzjonijiet immedjati xi tqajjem kontra l-vjaġġ bil-baħar skond l-Artikolu 4(3). Għandha tgħarraf minnufih lin-notifikatur b’dawn l-oġġezzjonijiet.

12. L-informazzjoni mogħtija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tkun ittrattata konfidenzjalment u skond ir-regolamenti eżistenti nazzjonali.

Il-Kapitolu B

Skart għall-irkupru

L-Artikolu 16

1. L-esportazzjoni kollha ta’ l-iskart għall-irkupru għandha tkun ipprojbita ħlief dawk lil:

(a) pajjiżi li dwarhom tapplika d-Deċiżjoni tal-OECD;

(b) pajjiżi oħra:

- li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea u/jew li magħhom il-Komunità, jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, ikkonkludew ftehim bilaterali jew multilaterali jew reġjonali jew arranġamenti skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea u l-paragrafu 2, jew

- li magħhom Stati Membri individwali jkunu kkonkludew ftehim bilaterali jew arranġamenti qabel id-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament, sa kemm dawn ikunu kumpatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità u skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea u l-paragrafu 2. Dawn il-ftehim u l-arranġamenti għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament jew tad-data ta’ l-applikazzjoni, liema minnhom tiġi l-ewwel, u għandhom jiskadu meta l-ftehim jew l-arranġamenti jkunu konklużi skond l-ewwel paragrafu.

2. Il-ftehim u l-arranġamenti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(b) għandhom jiggarantixxu amministrazzjoni ambjentali tajba ta’ l-iskart skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea u għandhom, partikolarment:

(a) jiggarantixxu li l-ħidma ta’ l-irkupru tkun imwettqa f’ċentru awtorizzat li jkun konformi mal-ħtiġijiet għal amministrazzjoni ambjentali tajba;

(b) jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għat-trattament ta’ komponenti ta’ l-iskart li ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati u, jekk xieraq, jobbligaw lin-notifikatur li jeħodhom lura;

(ċ) jawtorizzaw, jekk xieraq, l-eżami tal-konformità tal-ftehim fuq il-post bi ftehim mal-pajjiżi konċernati;

(d) jkunu suġġetti għal reviżjoni perjodika mill-Kummissjoni u għall-ewwel darba mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1996, jagħtu kas ta’ l-esperjenza akkwistata u l-kapaċità tal-pajjiżi konċernati li jwettqu attivitajiet ta’ rkupru b’mod li jipprovdi garanziji sħaħ ta’ amministrazzjoni ambjentali tajba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati ta’ dawn ir-reviżjonijiet. Jekk reviżjoni bħal din twassal għall-konklużjoni li garanziji ambjentali ma jkunux biżżejjed, it-tkomplija ta’ esportazzjoni ta’ l-iskart taħt dawk il-kondizzjonijiet għandha, fuq proposta mill-Kummissjoni, tkun kunsidrata mill-ġdid, inkluża l-possibilità ta’ projbizzjoni.

3. Iżda, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25(2) u 26 (2), esportazzjoni ta’ skart għal irkupru lejn il-pajjiżi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprojbita:

(a) meta dak il-pajjiż jipprojbixxi l-importazzjoni kollha ta’ skart bħal dak jew meta ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għall-importazzjoni speċifika tagħhom;

(b) jekk l-awtorità kompetenti tat-tluq ikollha raġuni biex temmen li l-iskart mhux sejjer ikun amministrat skond metodi ambjentali tajbin f’pajjiż bħal dak.

4. L-awtorità kompetenti tat-tluq għandha teħtieġ li xi skart għal irkupru awtorizzat għall-esportazzjoni jkun amministrat b’manjiera ambjentali tajba matul il-perijodu tal-vjaġġ bil-baħar u fl-Istat tad-destinazzjoni.

L-Artikolu 17

1. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ skart imniżżel fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tinnotifika qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lil kull pajjiż li għalih id-Deċiżjoni tal-OECD ma tkunx tapplika l-lista ta’ skart inkluża f’dak l-Anness u titlob konferma bil-miktub li skart bħal dak ma jkunx suġġett għal kontroll fil-pajjiż tad-destinazzjoni u li dan ta’ l-aħħar jaċċetta kategoriji ta’ skart bħal dak li jkun ikkonsenjat mingħajr rikors għal proċeduri ta’ kontroll li japplikaw għall-Anness III jew IV jew li dan jindika meta dan l-iskart għandu jkun suġġett għal xi waħda mill-proċeduri provduti fl-Artikolu 15.

Jekk konferma bħal dik ma tasalx fi żmien sitt xhur qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa lill-Kunsill.

2. Meta l-iskart imniżżel fl-Anness II ikun esportat, dan għandu jkun iddestinat għal ħidmiet ta’ rkupru ġewwa faċilità li taħt il-liġi domestika tkun topera jew li tkun awtorizzata li topera fil-pajjiż li jimporta. Barra minn hekk, sistema ta’ sorveljanza bbażata fuq liċenzjar awtomatiku minn qabel għall-esportazzjoni għandu jkun stabbilit fil-każijiet li jridu jkunu determinati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE.

Sistema bħal dik għandha f’kull każ tipprovdi li kopja tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni tkun mgħoddija mingħajr dewmien lill-awtoritajiet tal-pajjiż f’dak il-każ.

3. Meta skart bħal dak ikun suġġett għal kontroll fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew fuq talba ta’ pajjiż bħal dak skond il-paragrafu 1 jew meta pajjiż ta’ destinazzjoni jkun innotifikat permezz ta’ l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea li hu jqis li ċerti tipi ta’ skart imniżżel fl-Anness II ikun perikoluż, esportazzjoni ta’ skart bħal dak lejn dak il-pajjiż għandu jkun suġġett għal kontroll. L-Istat Membru ta’ l-esportazzjoni jew il-Kummissjoni għandu jinnotifika l-każijiet kollha bħal dawn lill-kumitat stabbilit bis-saħħa ta’ l-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE; il-Kummissjoni għandha tiddetermina b’konsultazzjoni mal-pajjiż tad-destinazzjoni liema mill-proċeduri ta’ kontroll għandhom ikunu applikabbli, jiġifieri dawk applikabbli għall-Anness III jew IV jew il-proċedura provduta fl-Artikolu 15.

4. Meta skart imniżżel fl-Anness III jkun esportat mill-Komunità għall-irkupru lejn pajjiżi u ġewwa pajjiżi li tapplika għalihom id-Deċiżjoni tal-OECD, l-Artikoli 6, 7, 8 u 9(1), (3), (4) u (5) għandhom japplikaw, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardjaw lill-awtoritajiet kompetenti tat-tluq u tat-transitu japplikaw biss għall-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità.

5. Kif ukoll, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-esportazzjoni u pajjiżi ta’ transitu tal-Komunità għandhom ikunu infurmati bid-deċiżjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 9.

6. Meta skart għall-irkupru mniżżel fl-Anness IV u skart għall-irkupru li jkun għadu ma ġiex assenjat lill-Annessi II, III jew IV jkun esportat għall-irkupru lejn pajjiżi u ġewwa pajjiżi li dwarhom id-Deċiżjoni tal-OECD tkun tapplika, l-Artikolu 10 għandu japplika b’analoġija.

7. Kif ukoll, meta skart ikun esportat skond il-paragrafi 4 sa 6:

- kampjun tan-nota tal-konsenja għandu jitwassal minn min ikun qed iġorr lejn l-aħħar uffiċċju doganali tat-tluq meta l-iskart iħalli l-Komunità,

- malli l-iskart ikun ħalla l-Komunità, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jibgħat kopja tan-nota tal-konsenja lill-awtorità kompetenti ta’ l-esportazzjoni,

- jekk, 42 jum wara li l-iskart ikun ħalla l-Komunità, l-awtorità kompetenti ta’ l-esportazzjoni ma tirċievi l-ebda informazzjoni minn għand ir-riċevent rigward il-wasla ta’ dan l-iskart, din għandha tinforma mingħajr dewmien l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni,

- il-kuntratt għandu jistipula li, jekk riċevent joħroġ ċertifikat mhux tajjeb bil-konsegwenza li l-garanzija finanzjarja tkun rilaxxata, dan għandu jerfa’ l-ispejjeż li joriġinaw mid-dmir li jreġġa’ lura l-iskart lejn iż-żona ta’ ġurisdizzjoni ta’ l-awtorità kompetenti tat-tluq u tar-rimi jew irkupru tiegħu b’mod alternattiv u ambjentalment tajjeb.

8. Meta l-iskart għal irkupru mniżżel fl-Anness III u IV u skart għal irkupru li jkun għandu ma ġiex assenjat lill-Annessi II, III jew IV jkun esportat lil u ġewwa pajjiżi li dwarhom id-Deċiżjoni tal-OECD ma tkunx tapplika:

- L-Artikolu 15, ħlief għall-paragrafu 3, għandu jkun applikabbli b’analoġija,

- oġġezzjonijiet raġjonevoli jistgħu jitqajmu skond l-Artikolu 7(4) biss,

ħlief fejn hemm provdut mod ieħor fi ftehim bilaterali jew multilaterali li jkun sar skond l-Artikolu 16(1)(b) u fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ kontroll jew tal-paragrafu 4 jew 6 ta’ dan l-Artikolu jew ta’ l-Artikolu 15.

Il-Kapitolu Ċ

Esportazzjoni ta’ skart lejn Stati ACP

L-Artikolu 18

1. L-esportazzjoni kollha lejn Stati ACP għandha tkun ipprojbita.

2. Din il-projbizzjoni m’għandhiex tfixkel Stat Membru li lejh Stat ACP ikun għażel li jesporta skart għall-ipproċessar milli jibgħat lura l-iskart ipproċessat lejn l-Istat ACP ta’ l-oriġini.

3. Fil-każ ta’ esportazzjoni mill-ġdid lejn Stati ACP, mudell tan-nota tal-konsenja, flimkien mat-timbru ta’ l-awtorizzazzjoni, għandhom jakkumpanjaw kull vjaġġ bil-baħar.

IT-TITOLU V:

IMPORTAZZJONI TA’ SKART FIL-KOMUNITÀ

Il-Kapitolu A

Importazzjoni ta’ skart għar-rimi

L-Artikolu 19

1. L-importazzjoni kollha fil-Komunità ta’ skart għar-rimi għandu jkun ipprojbit ħlief dawk minn:

(a) Pajjiżi EFTA li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea;

(b) pajjiżi oħra:

- li huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea, jew

- li magħhom il-Komunità, jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, jkunu kkonkludew ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multi-laterali kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità u skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea jiggarantixxu li l-ħidmiet tar-rimi jkunu mwettqa f’ċentru awtorizzat u konformi mal-ħtiġijiet ta’ amministrazzjoni ambjentali tajba, jew

- ma’ liema Stati Membri individwali jkun iffinalizzaw ftehim jew arranġamenti bilaterali qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità u skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea, li jkun fihom l-istess garanziji kif hemm referenza għalihom hawn fuq u jiggarantixxu li l-iskart li joriġina fil-pajjiż tat-tluq u li r-rimi jsir esklussivament fl-Istat Membru li jkun ikkonkluda l-ftehim jew l-arranġament. Dawn il-ftehim jew arranġamenti għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-applikabbiltà tar-Regolament jew mid-data ta’ l-applikazzjoni, liema minnhom tiġi l-ewwel, u għandu jiskadi meta l-ftehim jew l-arranġamenti jkunu konklużi skond it-tieni paragrafu, jew

- li miegħu Stati Membri individwali jkunu kkonkludew ftehim jew arranġamenti wara d-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament fiċ-ċirkostanzi tal-paragrafu 2.

2. Il-Kunsill għalhekk jawtorizza Stati membri individwali biex jiffinalizzaw ftehim jew arranġamenti bilaterali wara d-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament f’każijiet eċċezzjonali għal rimi ta’ skart speċifiku, meta skart bħal dak ma jkunx amministrat b’mod ambjentalment tajjeb fil-pajjiż tat-tluq. Dawn il-ftehim u arranġamenti għandhom ikunu konformi mal-kondizzjonijiet provduti fil-paragrafu 1(b), it-tielet paragrafu u għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni qabel ma jkunu konklużi.

3. Il-pajjiżi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1(b) għandhom ikunu meħtieġa jippreżentaw talba immotivata kif xieraq minn qabel lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni fuq il-bażi li dawn ma jkollhomx u ma jistgħux raġonevolment jakkwistaw kapaċità teknika u l-faċilitajiet neċessarji sabiex jarmu l-iskart b’mod ambjentalment tajjeb.

4. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tipprojbixxi li jiddaħħal skart fiż-żona tal-ġurisdizzjoni tagħha jekk ikollha raġuni biex temmen li l-iskart ma jkunx ser jiġi amministrat b’mod ambjentali tajjeb f’dik iż-żona.

L-Artikolu 20

1. Notifika għandha ssir lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni permezz ta’ nota tal-konsenja skond l-Artikolu 3(5) b’kopji lir-riċevent ta’ l-iskart u lill-awtoritajiet kompetenti tat-transitu. In-nota tal-konsenja għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.

Mal-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha, fi żmien tlett ijiem tax-xogħol, tibgħat konferma bil-miktub lin-notifikatur, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti tat-transitu fil-Komunità.

2. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tawtorizza l-vjaġġ bil-baħar biss fin-nuqqas ta’ oġġezzjonijiet min-naħa tagħha jew minn xi awtoritajiet kompetenti oħra konċernati. L-awtorizzazzjoni għandha tkun suġġetta għal kull kondizzjoni tat-trasport li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 5.

3. L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tat-transitu fil-Komunità jistgħu, fi żmien 60 jum minn meta tkun intbagħtet il-kopja tal-konferma, iqajmu oġġezzjonijiet ibbażati fuq l-Artikolu 4(3).

Jistgħu wkoll jitolbu aktar informazzjoni. Dawn l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu mwassla bil-kitba lin-notifikatur, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati l-oħra;

4. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandu jkollha 70 jum wara li tintbagħat il-konferma biex tiddeċiedi dwar l-awtorizzazzjoni tagħha tal-vjaġġ bil-baħar, b’kondizzjonijiet jew mingħajrhom, jew li tiċħadha. Tista’ wkoll titlob aktar informazzjoni.

Għandha tibgħat kopji ċċertifikati tad-deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti tat-transitu fil-Komunità, lir-riċevent u lill-uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità.

L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tieħu deċiżjoni tagħha mhux qabel minn 61 jum wara li tkun intbagħtet il-konferma. Din tista’, madankollu, tieħu deċiżjoni qabel jekk hi jkollha l-kunsens bil-miktub tal-awtortajiet kompetenti l-oħra.

L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha turi l-awtorizzazzjoni tagħha billi tittimbra kif xieraq in-nota tal-konsenja.

5. L-awtoritajiet kompetenti tad-destinazzjoni u tat-transitu fil-Komunità għandhom ikollhom 60 jum minn wara li tkun intbagħtet il-konferma li fihom jesiġu kondizzjonijiet rigward it-trasport ta’ l-iskart. Dawn il-kondizzjonijiet, li għandhom ikunu mwassla lin-notifikatur, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, ma jistgħux ikunu aktar rigorużi minn dawk provduti dwar vjaġġi bil-baħar simili li jseħħu kollha kemm huma fil-ġurisdizzjoni ta’ dik l-awtorità kompetenti.

6. Il-vjaġġ bil-baħar ikun jista’ jsir biss wara li n-notifikatur ikun irċieva awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni.

7. Meta n-notifikatur ikun irċieva awtorizzazzjoni, dan għandu jżid id-data tal-vjaġġ bil-baħar kif ukoll jimla n-nota tal-konsenja u jibgħat kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati tlett ijiem tax-xogħol qabel ma’ jsir il-vjaġġ bil-baħar. Mudell tan-nota tal-konsenja għandu jitwassal minn min iġorr lill-aħħar uffiċċju doganali tad-dħul fil-Komunità.

Kopja, jew jekk mitlub mill-awtoritajiet kompetenti, mudell tan-nota tal-konsenja, flimkien mat-timbru ta’ l-awtorizzazzjoni, għandhom jakkumpanjaw kull konsenja.

L-intrapriżi kollha involuti fil-ħidma għandhom jimlew in-nota tal-konsenja fil-postijiet indikati, jiffirmawha u jżommu kopja.

8. Fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-wasla ta’ l-iskart għar-rimi, ir-riċevent għandu jibgħat kopji tan-nota tal-konsenja mimlija kollha, ħlief għaċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fil-paragrafu 9, lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti konċernati;

9. Malajr kemm jista’ jkun imma mhux aktar tard minn 180 jum wara l-wasla ta’ l-iskart, ir-riċevent għandu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jingħata ċertifikat tar-rimi lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun parti minn jew ikun mehmuż man-nota tal-konsenja li takkumpanja l-kunsenja.

Il-Kapitolu B

Importazzjoni ta’ skart għall-irkupru

L-Artikolu 21

1. L-importazzjoni kollha fil-Komunità ta’ skart għall-irkupru għandu jkun ipprojbit ħlief dawk minn:

(a) pajjiżi li dwarhom tapplika id-Deċiżjoni ta’ l-OECD;

(b) pajjiżi oħra:

- li jkunu Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Basilea u/jew li magħhom il-Komunità, jew il-Komunita u l-Istati Membri tagħha, jkunu ffinalizzaw ftehim jew arranġamenti reġjonali bilaterali jew multilaterali kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità u skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea, jiggarantixxu li l-ħidmiet ta’ l-irkupru jkunu mwettqa f’ċentru awtorizzat u li jkun konformi mal-ħtiġijiet ta’ amministrazzjoni ambjentali tajba, jew

- li magħhom Stati Membri individwali jkunu kkonkludew ftehim bilaterali jew arranġamenti qabel id-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament, meta dawn ikunu kumpatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità u skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea, li jkun fihom l-istess garanzija kif hemm referenza għaliha hawn fuq. Dawn il-ftehim jew arranġamenti għandhom ikunu mgħarrfa lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data ta’ l-applikabbiltà tar-Regolament jew mid-data ta’ l-applikazzjoni, liema minnhom tiġi l-ewwel, u għandu jiskadi meta l-ftehim jew l-arranġamenti jkunu konklużi skond l-ewwel paragrafu, jew

- li miegħu Stati Membri individwali jkunu ffinalizzaw ftehim jew arranġamenti wara d-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament fiċ-ċirkostanzi tal-paragrafu 2.

2. Il-Kunsill b’dan jawtorizza Stati Membri individwali li jiffinalizzaw wara d-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament ftehim jew arranġamenti bilaterali f’każijiet eċċezzjonali għal irkupru speċifiku ta’ skart, meta Stat Membru jħoss li dawn il-ftehim jew arranġamenti meħtieġa biex jevitaw xi interruzzjoni tat-trattament ta’ skart qabel ma’ l-Komunità tkun konklużi dawk il-ftehim jew arranġamenti. Ftehim jew arranġament bħal dawk għandhom wkoll ikunu kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità skond l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni ta’ Basilea; għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel ma jkunu konklużi u għandhom jiskadu meta l-ftehim jew arranġamenti jkunu konklużi skond il-paragrafu 1(b), l-ewwel paragrafu.

L-Artikolu 22

1. Meta l-skart ikun impurtat għal irkupru minn pajjiżi u ġewwa pajjiżi li dwarhom id-Deċiżjoni tal-OECD hija applikabbli, il-proċeduri ta’ kontroll li ġejjin għandhom japplikaw b’analoġija:

(a) għal skart imniżżel fl-Anness III: l-L-Artikoli 6, 7, 8, 9(1), (3), (4) u (5), u 17(5);

(b) għal skart imniżżel fl-Anness IV u skart li jkun għadu ma ġiex assenjat lill-Annessi II, III jew IV: l-Artikolu 10

2. Meta l-iskart għal irkupru mniżżel fl-Annessi III u IV u skart li jkun għadu ma ġiex assenjat lill-Annessi II, III jew IV jkun importat minn u ġewwa pajjiżi li dwarhom id-Deċiżjoni tal-OECD ma tkunx tapplika:

- L-Artikolu 20 għandu japplika b’analoġija,

- oġġezzjonijiet raġjonevoli jistgħu jitqajmu skond l-Artikolu 7(4) biss,

ħlief fejn hemm dispożizzjoni mod ieħor għal ftehim bilaterali jew multilaterali li jkun sar skond l-Artikolu 21(1)(b) u fuq il-bażi ta’ proċeduri ta’ kontroll jew ta’ paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew ta’ l-Artikolu 20.

TITOLU VI:

TRANSITU TA’ SKART MINN BARRA U ĠEWWA L-KOMUNITÀ GĦAL RIMI JEW IRKUPRU IL BARRA MILL-KOMUNITÀ

Il-Kapitolu A

Skart għal rimi jew irkupru (ħlief transitu kopert bl-Artikolu 24)

L-Artikolu 23

1. Meta l-iskart għar-rimi u, ħlief fil-każijiet koperti bl-Artikolu 24 għal irkupru, jkun trasportat ġewwa Stat(i) Membru(i), notifika għandha ssir permezz ta’ nota tal-konsenja lill-aħħar awtorità kompetenti tat-transitu fil-Komunità, b’kopji lir-riċevent, lill-awtoritajiet kompetenti konċernati l-oħra u lill-uffiċċji doganali tad-dħul fil-u tat-tluq mill-Komunità.

2. L-aħħar awtorità kompetenti tat-transitu fil-Komunità għandha minnufih tinforma lin-notifikatur bil-wasla tan-notifika. L-awtoritajiet kompetenti l-oħra fil-Komunità għandhom, fuq il-bażi tal-paragrafu 5, iwasslu r-reazzjonijiet tagħhom lill-aħħar awtorità kompetenti tat-transitu fil-Komunità, li għandha twieġeb bil-miktub lin-notifikatur fi żmien 60 jum, fejn taqbel mal-vjaġġ bil-baħar bil-jew mingħajr riservi; jew timponi, jekk xieraq, kondizzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet kompetenti oħra tat-transitu, jew iżżomm l-informazzjoni. Kull rifjut jew riserva għandhom jiġu ġustifikati. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kopja ċċertifikata tad-destinazzjoni kemm lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-uffiċċji doganali tad-dħul fil-jew tat-tluq mill Komunità.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 25(2) u 26(2), il-vjaġġ bil-baħar għandu jiddaħħal fil-Komunità biss jekk in-notifikatur ikun irċieva l-konferma bil-miktub ta’ l-aħħar awtorità kompetenti tat-transitu. Din l-awtorità għandha turi l-kunsens tagħha billi tittimbra kif xieraq in-nota tal-konsenja.

4. L-awtoritajiet kompetenti tat-transitu fil-Komunità għandhom ikollhom 20 jum wara n-notifika biex jagħmlu, jekk xieraq, xi kondizzjonijiet marbuta mat-trasport ta’ l-iskart.

Dawn il-kondizzjonijiet, li għandhom ikunu mwassla lin-notifikatur, b’kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, ma jistgħux ikunu aktar rigorużi minn dawk magħmula dwar vjaġġi bil-baħar simili li jseħħu kollha kemm huma fil-ġurisdizzjoni ta’ dik l-awtorità kompetenti.

5. In-nota tal-konsenja għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti tat-transitu fil-Komunità.

6. Meta n-notifikatur ikun irċieva awtorizzazzjoni, dan għandu jimla n-nota tal-konsenja u jibgħat kopji lill-awtoritajiet kompetenti konċernati tlett ijiem tax-xogħol qabel ma jsir il-vjaġġ bil-baħar.

Mudell tan-nota tal-konsenja, flimkien mat-timbru ta’ awtorizzazzjoni, għandhom jakkumpanjaw kull konsenja.

Mudell Mudell tan-nota tal-konsenja għandu jkun provdut minn min iġorr lill-aħħar uffiċċju doganali tat-tluq meta l-iskart iħalli l-Komunità.

L-intrapriżi kollha involuti fil-ħidma għandhom jimlew in-nota tal-konsenja fil-postijiet indikati, jiffermawha u jżommu kopja tagħha.

7. Malli l-iskart ikun ħalla l-Komunità, l-uffiċċju doganali tat-tluq għandu jibgħat kopja tan-nota tal-konsenja lill-awtorità kompetenti tat-transitu fil-Komunità.

Aktar minn hekk, mill-anqas 42 jum qabel ma’ l-iskart ikun ħalla l-Komunità, in-notifikatur għandu jiddikjara jew jiċċertifika lil dik l-awtorità kompetenti, b’kopji lill-awtoritajiet l-oħra kompetenti tat-transitu, li din tkun waslet fid-destinazzjoni intenzjonata tagħha.

Il-Kapitolu B

Transitu ta’ skart għal irkupru minn jew lejn pajjiż li dwaru d-Deċiżjoni tal-OECD hija applikabbli.

L-Artikolu 24

1. Transitu ta’ skart għal irkupru mniżżel fl-Annessi III u VI minn pajjiż u trasferit għal irkupru lejn pajjiż li dwaru d-Deċiżjoni ta’ l-OECD hija applikabbli ġewwa Stat(i) Membru(i) jeħtieġ notifika lill-awtoritajiet kompetenti kollha tat-transitu fl-Istat(i) Membru(i) konċernat(i).

2. In-notifika għandha tkun magħmula permezz ta’ nota ta’ konsenja.

3. Mal-wasla tan-notifika l-awtorita(jiet) kompetenti tat-transitu għandha tibgħat konferma lin-notifikatur u lir-riċevent fi żmien tlett ijiem tax-xogħol.

4. Dawn l-awtoritajiet kompetenti Din/Dawn l-awtorità/jiet tat-transitu tista§/jistgħu tqajjem/jqajmu oġġezzjonijiet raġjonevoli dwar il-vjaġġ bil-baħar ippjanat li jkunu ibbażati fuq l-Artikolu 7(4). Kull Oġġezzjoni trid issir bil-miktub lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti tat-transitu u lill-Istati Membri l-oħra konċernati fi żmien 30 jum mit-tluq tal-konferma.

5. L-awtorità kompetenti tat-transitu tista’ tiddeċiedi li tipprovdi konferma bil-miktub f’inqas minn 30 jum.

Fil-każ ta’ transitu ta’ skart imniżżel fl-Anness IV u skart li jkun għadu ma ġiex assenjat lill-Annessi II, III u IV, il-konferma għandha tingħata bil-kitba qabel ma jibda l-vjaġġ bil-baħar.

6. Il-vjaġġ bil-baħar jista’ jseħħ biss fin-nuqqas ta’ xi oġġezzjoni.

IT-TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

L-Artikolu 25

1. Fejn vjaġġ bil-baħar ta’ l-iskart li dwaru l-awtoritajiet kompetenti konċernati jkunu taw il-kunsens tagħhom ma jkunx jista’ jiġi konkluż skond il-kondizzjonijiet tan-nota tal-konsenja jew mal-kuntratt li hemm referenza dwaru fl-Artikoli 3 u 6, l-awtorità kompetenti tat-tluq għandha, fi żmien 90 jum wara li tkun ġiet infurmata b’dan, tassigura li n-notifikatur jibgħat lura l-iskart lejn iż-żona tal-ġurisdizzjoni tagħha jew x’imkien ieħor lejn l-Istat minn fejn ikun sar it-tluq sa kemm ma tkunx sodisfatta li l-iskart jista’ jkun mormi jew irkuprat b’mod alternattiv u ambjentalment tajjeb.

2. Fil-każijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, notifika oħra għandha ssir. L-ebda Stat Membru tat-tluq jew Stat Membru tat-transitu m’għandu jopponi r-ritorn ta’ dan l-iskart wara talba immotivata kif xieraq mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u bi spjegazzjoni tar-raġuni.

3. L-obligazzjoni tan-notifikatur u l-obligazzjoni sussidjarja tal-Istat tat-tluq li jieħu lura l-iskart għandha tispiċċa meta riċevent jkun ħareġ iċ-ċertifikat li hemm referenza dwaru fl-Artikoli 5 u 8.

L-Artikolu 26

1. Kull konsenja ta’ skart magħmula:

(a) mingħajr notifika lill-awtoritajiet kompteneti konċernati kollha bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; jew

(b) mingħajr il-kunsens ta’ l-awtoritajiet kompetenti konċernati kollha bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament; jew

(ċ) bil-kunsens akkwistat mill-awtoritajiet kompetenti konċernati permezz ta’ falzifikazzjoni, misrappreżentazzjoni jew frodi; jew

(d) li ma tkunx speċifikata b’mod materjali fin-nota tal-konsenja; jew

(e) li tirriżulta fir-rimi jew l-irkupru b’kontravenzjoni tar-regoli tal-Komunità jew internazzjonali; jew

(f) kontra l-Artikoli 14, 16, 19 u 21

għandhom ikunu meqjusa bħala traffiku illegali.

2. Jekk traffiku illegali bħal dan ikun ir-responsabbiltà tan-notifikatur ta’ l-iskart, l-awtorità kompetenti tat-tluq għandha tassigura li l-iskart f’dak il-każ ikun:

(a) meħud lura min-notifikatur jew, jekk meħtieġ, mill-awtorità kompetenti nnifisha, lejn l-Istat tat-tluq, jew jekk imprattikabbli;

(b) mormi b’mod ieħor jew irkuprat b’mod ambjentali tajjeb,

fi żmien 30 jum minn meta l-awtorità kompetenti tkun ġiet infurmata dwar it-traffiku illegali jew fi żmien perijodu ieħor skond kif jista’ jkun miftiehem mill-awtorità kompetenti konċernata.

F’dan il-każ notifika oħra għandha ssir. L-ebda Stat Membru tat-tluq jew Stat Membru tat-transitu m’għandu jopponi r-ritorn ta’ dan l-iskart wara talba motivata kif xieraq mill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u bi spjegazzjoni tar-raġunijiet.

3. Jekk traffiku illegali bħal dan ikun ir-responsabbilità tar-riċevent, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tassigura li l-iskart f’dak il-każ ikun mormi b’mod ambjentali tajjeb u mir-riċevent jew, jekk imprattikabbli, mill-awtorità kompetenti nnifisha fi żmien 30 jum minn meta tkun ġiet infurmata bit-traffiku illegali jew fi żmien ta’ perijodu ieħor skond kif jista’ jkun miftiehem mill-awtoritajiet kompetenti konċernati. Għal dan il-għan, huma għandhom jikkooperaw, kif meħtieġ, dwar ir-rimi jew l-irkupru ta’ l-iskart b’mod ambjentali tajjeb.

4. Meta r-responsabbiltà ta’ traffiku illegali ma tkunx tista’ tiġi imputata lin-notifikatur jew lir-riċevent, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw biex jassiguraw li l-iskart f’dak il-każ ikun mormi jew irkuprat b’mod ambjentali tajjeb. Linji ta’ gwida għal din il-kooperazzjoni għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE.

5. Stati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni legali xierqa biex jipprojbixxu u jikkastigaw traffiku illegali.

L-Artikolu 27

1. Il-vjaġġi bil-baħar kollha ta’ skart koperti fl-iskop ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjoni ta’ garanzija finanzjarja jew assigurazzjoni ekwivalenti li tkopri l-ispejjeż tal-vjaġġ bil-baħar, inklużi każijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 25 u 26, u għal rimi jew irkupru.

2. Garanziji bħal dawn għandhom jingħataw lura meta prova tkun ġiet provduta, permezz ta’:

- ċertifikat ta’ rimi jew irkupru, li l-iskart kien wasal fid-destinazzjoni tiegħu u li jkun ġie mormi jew ikuprat b’mod ambjentali tajjeb,

- Il-kopja tal-kontroll T 5 mimlija bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2823/87 [10] li, fil-każ ta’ transitu ġewwa l-Komunità, l-iskart ikunu ħalla l-Komunità.

3. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-dispożizzjoni li hu jagħmel fil-liġi nazzjonali permezz ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha twassal din l-informazzjoni lill-Istati Membri kollha.

L-Artikolu 28

1. Waqt li jirrispetta l-obbligi imposti fuqu bl-applikabbiltà ta’ l-Artikoli 3, 6, 9, 15, 17, 20, 22, 23, u 24, in-notifikatur jista’ juża proċedura ta’ notifika ġenerali meta l-iskart għal rimi jew irkupru jkollu l-istess karratteristiċi fiżiċi u kimiki jkun ikkonsenjat perjodikament lejn l-istess persuna li tirċievi u li juża l-istess rotta. Jekk, fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti, din ir-rotta ma tkunx tista’ tiġi segwita, in-notifikatur għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti konċernati malajr kemm jista’ jkun u qabel ma l-vjaġġ bil-baħar ikun beda jekk il-ħtieġa għal modifika fir-rotta diġà tkun magħrufa f’dak il-waqt.

Meta l-modifika fir-rotta tkun magħrufa qabel ma l-vjaġġ bil-baħar ikun inbeda u dan jinvolvi awtoritajiet kompetenti oħra minn dawk ikkonċernati fin-notifika ġenerali, din il-proċedura m’għandhiex tintuża.

2. Permezz tal-proċedura ta’ notifika ġenerali, notifika waħdanija tista’ tkopri diversi vjaġġi bil-baħar ta’ skart matul perijodu massimu ta’ sena. Il-perijodu indikat jista jitqassar bi ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti konċernati.

3. L-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jagħmlu l-ftehim tagħhom biex jużaw il-proċedura ġenerali ta’ notifika suġġetta għall-għoti ta’ tagħrif addizzjonali. Jekk il-kompożizzjoni ta’ l-iskart ma tkunx kif notifikata jew jekk il-kondizzjonijiet imposti dwar il-vjaġġ bil-baħar tiegħu ma jkunux rispettati, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jirtiraw il-kunsens tagħhom għal din il-proċedura permezz ta’ avviż uffiċjali lin-notifikatur. Kopji ta’ dan l-avviż għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti konċernati l-oħra.

4. In-notifika ġenerali għandha ssir permezz ta’ nota ta’ konsenja.

L-Artikolu 29

Skart li huwa suġġett għal diversi notifiki m’għandux ikun imħallat waqt il-vjaġġ bil-baħar.

L-Artikolu 30

1. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li l-iskart ikun konsenjat skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu l-ispezzjonar ta’ l-istabbilimenti u ta’ l-intrapriżi, skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 75/442/KEE, u verifiki ta’ kull tant fuq il-vjaġġi bil-baħar.

2. Verifiki jistgħu jseħħu partikolarment:

- fil-post ta’ l-oriġini, magħmula mal-produttur, id-detentur jew in-notifikatur,

- fid-destinazzjoni, magħmula ma’ l-aħħar riċevitur,

- fuq il-fruntieri esterni tal-Komunità,

- matul il-vjaġġ bil-baħar ġewwa l-Komunità.

3. Verifiki jistgħu jinkludu l-ispezzjoni ta’ dokumenti, konferma ta’ l-identità u, jekk xieraq, il-kontroll fiżiku ta’ l-iskart.

L-Artikolu 31

1. In-nota tal-konsenja għandha tkun stampata u mimlija u kull dokumentazzjoni oħra u l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 4 u 6 għandhom ikunu provduti b’lingwa li tkun aċċettabbli għall-awtorità kompetenti ta’:

- tluq, kif hemm referenza dwar dan fl-Artikoli 3, 7, 15 u 17, fil-każ kemm ta’ vjaġġ bil-baħar ta’ skart fil-Komunità u wkoll ta’ l-esportazzjoni ta’ l-iskart,

- destinazzjoni, kif hemm referenza fl-Artikoli 20 u 22, fil-każ ta’ l-importazzjoni ta’ l-iskart,

- transitu, kif hemm referenza fl-Artikoli 23 u 24.

Għandha tingħata tGħandha tiġi provduta traduzzjoni min-notifikatur fuq talba ta’ l-awtoritajiet komptenti konċernati l-oħra f’lingwa aċċettabbli għalihom.

2. Dettalji oħra għandhom jiġu determinati skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE.

IT-TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

L-Artikolu 32

Id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet internazzjonali tat-trasport imniżżla fl-Anness I li dwarhom l-Istati Membri huma partijiet għandhom ikunu mwettqa sa kemm dawn ikopru l-iskart li dwaru dan ir-Regolament jirreferi.

L-Artikolu 33

1. Jistgħu jkunu imposti fuq in-notifikatur spejjeż amministrattivi xierqa għall-implementazzjoni tan-notifika u l-proċedura ta’ superviżjoni u l-ispejjeż tas-soltu ta’ analiżi xierqa u spezzjonijiet.

2. Spejjeż li joriġinaw mir-ritorn ta’ l-iskart, inkluż it-trasport, rimi jew irkupru ta’ l-iskart b’mod alternattiv jew ambjentalment tajjeb bis-saħħa ta’ l-Artikoli 25(1) u 26(2), għandhom ikunu imposti fuq in-notifikatur jew, jekk mhux prattikabbli, fuq l-Istat Membru konċernat.

3. Spejjeż li joriġinaw mir-rimi jew l-irkupru b’mod alternattiv jew ambjentalment tajjeb bis-saħħa ta’ l-Artikolu 26(3) għandhom ikunu imposti fuq ir-riċevent.

4. Spejjeż li joriġinaw mir-rimi jew l-irkupru, inkluża l-possibbiltà ta’ trasport bis-saħħa ta’ l-Artikolu 26(4), għandhom ikunu imposti fuq in-notifikatur u/jew ir-riċevent skond id-deċiżjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti involuti.

L-Artikolu 34

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 26 u ta’ dispożizzjonijiet tal-Komunità u nazzjonali li jirrigwardjaw ir-responsabbiltà ċivili u rrispettivament mill-post tar-rimi jew l-irkupru ta’ l-iskart, il-produttur ta’ dak l-iskart għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiddisponi jew jirkupra jew jirranġa għar-rimi jew l-irkupru ta’ l-iskart sabiex jipproteġi l-kwalità ta’ l-ambjent skond id-Direttivi 75/442/KEE u 91/689/KEE.

2. Stati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jassiguraw li l-obligazzjonijiet provduti fil-paragrafu 1 jkunu mwettqa.

L-Artikolu 35

Id-dokumenti kollha mibgħuta lill- jew mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinżammu fil-Komunità mill-anqas għal tliet snin mill-awtoritajiet kompetenti, min-notifikatur u mir-riċevent.

L-Artikolu 36

Stati Membri għandhom jinnominaw awtorità jew awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Awtorità kompetenti waħdanija tat-transitu għandha tiġi nominata minn kull Stat Membru.

L-Artikolu 37

1. Stati Membri u l-Kummissjoni għandhom kull wieħed jinnomina mill-anqas korrespondent wieħed li jkun responsabbli biex jinforma jew jagħti parir lill-persuni jew intrapriżi li jagħmlu xi mistoqsijiet. Il-korrispondent tal-Kummissjoni għandu jwassal lill-korrespondenti ta’ l-Istati Membri xi mistoqsijiet li jkunu saru lilu u li jikkonċernaw lil dawn ta’ l-aħħar, u viċi versa.

2. Il-Kummissjoni għandha, jekk mitluba minn Stat Membru jew jekk b’mod ieħor ikun xieraq, li perjodikament iżżomm laqgħa tal-korrespondenti biex teżamina magħhom il-mistoqsijiet imqajma bl-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 38

1. SL-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament bl-isem(ijiet), indirizz(i) u numru(i) tat-telefon u telex/fax ta’ l-awtoritajiet kompetenti u tal-korrespondenti, flimkien mat-timbru ta’ l-awtoritajiet kompetenti.

Stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Komunità darba fis-sena b’kull tibdil f’din l-informazzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-informazzjoni mingħajr dewmien lejn l-Istati Membri l-oħra u lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basilea.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tibgħat lill-Istati Membri l-pjanijiet ta’ amministrazzjoni ta’ l-iskart li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE.

L-Artikolu 39

1. Stati Membri għandhom jinnominaw uffiċċji doganali tad-dħul fil-Komunità u tat-tluq mill-Komunità għal vjaġġi bil-baħar ta’ skart li jidħol u joħroġ mill-Komunità u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ dawn l-uffiċċji fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u, jekk xieraq, taġġorna din il-lista.

2. Jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jinnominaw l-uffiċċji doganali li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, l-ebda konsenja ta’ skart m’għandha titħalla li tuża xi postijiet oħra ta’ passaġġ fuq il-fruntiera ġewwa Stat Membru biex jidħol jew iħalli l-Komunità.

L-Artikolu 40

Stati Membri, kif xieraq u meħtieġ flimkien mal-Kummissjoni, għandhom jikkooperaw mal-partijiet l-oħra tal-Konvenzjoni ta’ Basilea u ta’ l-organizzazzjonijiet inter-statali direttament jew permezz tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basilea, fost l-oħrajn, permezz ta’ bdil ta’ informazzjoni, it-tħeġġig ta’ teknoloġiji ambjentalment tajba u l-iżvilupp ta’ kodiċi xierqa ta’ prattiċi tajba.

L-Artikolu 41

1. Qabel it-tmien ta’ kull sena kalendarja, l-Istati Membri għandhom iħejju rapport skond l-Artikolu 13(3) tal-Konvenzjoni ta’ Basilea u jibagħtuh lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Basilea u b’kopja tiegħu tintbagħat lill-Kummissjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha, ibbażata fuq dawn ir-rapporti, tistabbilixxi rapport kull tliet snin dwar l-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha. Tista’ titlob għal dan il-għan informazzjoni addizzjonali skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE [11].

L-Artikolu 42

1. Il-Kummissjoni għandha tħejji mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament u taddotta jekk xieraq wara dan, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE, in-nota tal-konsenja normali, inkluża l-formola taċ-ċertifikat tar-rimi u rkupru (jew ħaġa waħda man-nota tal-konsenja jew, sa dan it-tant, mehmuża man-nota tal-konsenja eżistenti taħt id-Direttiva 84/631/KEE) billi tikkonsidera partikolarment:

- l-Artikoli relevanti ta’ dan ir-Regolament,

- il-Konvenzjonijiet relevanti internazzjonali u ftehim.

2. Il-formola eżistenti tan-nota tal-konsenja għandha tkun applikabbli b’analoġija sakemm in-nota tal-konsenja l-ġdida tkun tħejjiet. Il-formola taċ-ċertifikat għar-rimi u rkupru li għandha tkun mehmuża man-nota tal-konsenja eżistenti għandha titħejja malajr kemm jista’ jkun.

3. Mingħajr preġudizzju għall-proċedura provduta fl-Artikolu 1(3)(ċ) u (d) rigward l-Anness II. A, l-Annessi II, III u IV għandhom ikunu addattati mill-Kummissjoni skond il-proċedura maħsuba fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 75/442/KEE biex tirrifletti biss tibdiliet digà miftiehma taħt il-mekkaniżmu tar-reviżjoni tal-OECD.

4. Il-proċedura li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll biex tfisser amministazzjoni ambjentali tajba, billi tagħti kas tal-konvenzjonijiet u ftehim internazzjonali relevanti.

L-Artikolu 43

Id-Direttiva 84/631/KEE hija b’dan imħassra b’effett mid-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament. Kull konsenja bis-saħħa ta’ l-Artikoli 4 u 5 ta’ dik id-Direttiva għandha tkun mitmuma mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data ta’ l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 44

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika 15-il xahar wara l-pubblikazzjoni.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-1 ta’ Frar 1993

Għall-Kunsill

Il-President

N. Helveg Petersen

[1] ĠU C 115, tas-6.5.1992, p. 4.

[2] ĠU C 94, tat-13.4.1992, p. 276 u l-opinjoni mogħtija fl-20 ta’ Jannar 1993 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 269, ta’ l-14.10.1991, p. 10.

[4] ĠU L 326, tat-13.12.1984, p. 31. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L. 377, tal-31.12.1991, p. 48).

[5] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE (ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 32).

[6] ĠU L 35, tat-12.2.1992, p. 24.

[7] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20.

[8] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L. 377, tal-31.12.1991, p. 48).

[9] ĠU L 108, tas-26.4.1976, p. 41.

[10] ĠU L 270, tat-23.9.1987, p. 1.

[11] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

LISTA TA' KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI TAT-TRASPORT LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 32 [1]

1. ADR:

Ftehim Ewropew fuq it-trasport fit-toroq internazzjonali ta' oġġetti perikolużi (1957).

2. Cotif:

Konvenzjoni fuq it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija (1985).

RID:

Regolament dwar it-trasport internazzjonali ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija (1985).

3. Konvenzjoni Solas:

Konvenzjoni Internazzjonali għas-sigurtà tal-ħajja fuq il-baħar (1974).

4. Kodiċi IMDG [2]

Kodiċi marittimu internazzjonali dwar oġġetti perikolużi.

5. Konvenzjoni ta' Chicago:

Konvenzjoni dwar l-avjazzjoni ċivili internazzjonali (1944), l-Anness 18 tagħha li jitratta dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bl-ajru (TI: Ssssss struzz struzzjonijiet tekniċi għal trasport bl-ajru mingħajr periklu ta' oġġetti perikolużi).

6. Konvenzjoni Marpol:

Konvenzjoni internazzjonali għall-prevenzjoni tat-tniġġis minn vapuri (1973 sa 1978).

7. ADNR:

Regolamenti għat-trasport ta' materjali perikolużi fuq ir-Rhine (1970).

[1] Din il-lista fiha dawk il-Konvenzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien ta’ l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

[2] Sa mill-1 ta’ Jannar 1985, il-kodiċi MIOP kien ġie inkorporat fil-Konvenzjoni Solas.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

LISTA ĦADRA TA' SKART [1]

A. SKART TAL-METAL U LEGA TAL-METAL F'GĦAMLIET METALLIĊI, MHUX DISPERSIBBLI [2]

L-iskart li ġej u fdalijiet ta' metalli prezzjużi u l-legi tagħhom:

711210 | — Tad-deheb |

711220 | — Tal-platinu (l-espressjoni "platinu" tinkludi platinu, iridju, osmju, palladju, rodju u rutenju) |

711290 | — Ta' metalli prezzjużi oħra, eż., fidda NB:1.mIl-merkurju huwa speċifikatament eskluż bħala komponent ta' dawn il-metalli.2.Skart ta' tagħmir elettriku u fdalijiet elettroniċi għandhom jikkonsistu biss minn metalli jew legi3.Fdalijiet elettriċi (li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet maħsuba fil-Mekkaniżmu tar-Reviżjoni). |

Dan l-iskart u fdalijiet tal-ħadid; tidwib mill-ġdid ta' fdalijiet ta' ingotti tal-ħadid jew azzar:

720410 | — Skart u fdalijiet ta' ħadid fondut |

720421 | — Skart u fdalijiet ta' azzar ma jissaddadx |

720429 | — Skart u fdalijiet ta' legi ta' azzar ieħor |

720430 | — Skart u fdalijiet ta' ħadid jew azzar bil-landa |

720441 | — qtugħ tat-torn, ċana, biċċiet, skart tal-tħin, trab, trufijiet u qtugħ tal-pressa, sew jekk f'munzelli u anki jekk le |

720449 | — skart u fdalijiet oħra tal-ħadid |

720450 | — Tidwib mill-ġdid ta' inġotti ta' skart |

ex730210 | — sbarrer użati tal-ħadid jew azzar |

L-iskart li ġej minn u fdalijiet ta' metalli mhux tal-ħadid u l-legi tagħhom:

740400 | — Skart u fdalijiet tar-ramm |

750300 | — Skart u fdalijiet tan-nikil |

760200 | — Skart u fdalijiet ta' l-aluminju |

ex780200 | — Skart u fdalijiet taċ-ċomb |

790200 | — Skart u fdalijiet taż-żingu |

ex800200 | — Skart u fdalijiet tal-landa |

ex810191 | — Skart u fdalijiet tat-tungstenu |

ex810291 | — Skart u fdalijiet tal-molibdenu |

810310 | — Skart u fdalijiet tat-tantalu |

810420 | — Skart u fdalijiet tal-manjesu |

ex810510 | — Skart u fdalijiet tal-kobalt |

ex810600 | — Skart u fdalijiet tal-bismut |

ex810710 | — Skart u fdalijiet tal-kadmju |

ex810810 | — Skart u fdalijiet tat-titanju |

ex810910 | — Skart u fdalijiet taż-żirkonju |

ex811000 | — Skart u fdalijiet tal-antimonju |

ex811100 | — Skart u fdalijiet tal-manganesju |

ex811211 | — Skart u fdalijiet tal-berillju |

ex811220 | — Skart u fdalijiet tal-kromju |

ex811230 | — Skart u fdalijiet tal-ġermanju |

ex811240 | — Skart u fdalijiet tal-vanadju |

ex811291 | — Skart u fdalijiet ta': ĦafnjuIndjuNiobjuFenjuGalljuTallju |

ex280530 | — Skart u fdalijiet ta' Torju u trab (ħamrija) rari |

ex280490 | — Skart u fdalijiet tas-selenju |

ex280450 | — Skart u fdalijiet tat-tellurju |

B. SKART IEĦOR LI JKUN FIH IL-METALL LI JORIĠINA MINN TIDWIB, TIDWIB TAL-FONDERIJA U RAFFINAR TA' METALLI

262011 | Taħlita iebsa ta' ram u żingu |

Żingu li jkun fih l-irmoxk: Irmoxk ta' fuq tal-pjanċi taż-żingu għal galvanizzar (>90 % Zn)Irmoxk t'isfel tal-pjanċi taż-żingu għal galvanizzar (>92 % Zn)Irmoxk taż-żingu fondut (>85 % Zn)Irmoxk taż-żingu għal galvanizzar li jsir bl-għadis bis-sħana (>92 % Zn)Xkumar taż-żingu |

Xkumar ta' l-aluminju |

ex262090 | Kagazza mill-ipproċessar ta' metalli prezzjużi u ram għal aktar raffinar |

Ċ. SKART MINN ĦIDMIET TAL-MINJIERI: DAN L-ISKART IRID IKUN F'GĦAMLA LI MA TINĦALLX

ex250490 | — Skart ta' graffit naturali |

ex251400 | — Skart tal-lavanja, sew jekk it-trufijiet xi ftit illixxati jew sempliċement maqtugħa, bis-serrar jew b'mod ieħor |

252530 | — Skart tal-majka |

ex252921 | — Feldspar; leuċite; nepheline u nepheline syenite; fluorspar — li jkun fih bil-piż 97 % jew anqas ta' fluworu tal-kalċju |

ex280461ex280469 | — Skart tas-silika f’ għamla solida ħlief dawk użati f’ħidmiet tal-fonderija |

D. SKART SOLIDU TAL-PLASTIK

Inkluż, imma mhux illimitat għal:

3915 | Skart, ċana u trufijiet tal-plastik: |

391510 | — Ta' polymers tal-ethylene |

391520 | — Ta' polymers tas-styrene |

391530 | — Ta' polymers tal-vinyl chloride |

391590 | Polymerized jew co-polymerized: PolypropylenePolyethylene terephthalateAcrylonitrile copolymerButadiene copolymerStyrene copolymerPolyamidesPolybutylene terephthalatesPolycarbonatesPolyphenylene sulphidesAcrylic polymersParaffins (C10-C13)Polyurethane (li ma jkunx fihom chlorofluorocarbons)Polysilozalanes (silicones)Polymethyl methacrylatePolyvinyl alcoholPolyvinyl butyralPolyvinyl acetateFluorinated polytetrafluoroethylene (Teflon, PTFE) |

391590 | Rażi jew prodotti tal-kondensazzjoni ta': Rażi ta' urea formaldehydeRażi ta' phenol formaldehydeRażi ta' melamine formaldehydeRażi ta' epoxyRażi ta' AlkydPoliamidi |

E. SKART TAL-KARTA, TAL-KARTUN U TA' PRODOTTI TAL-KARTA

470700 | Skart u trufijiet tal-karta jew tal-kartun: |

470710 | — Ta' karta jew kartun kraft li mhumiex imbajda jew ta' karta jew kartnun ikkorrugat |

470720 | — Ta' karta jew kartun ieħor, magħmul l-aktar minn polpa kimika mbajda, mhux ikkulurita bil-massa |

470730 | — Ta' karta jew kartun magħmula l-aktar minn polpa mekkanika (per eżempju, gazzetti, ġurnali u materjal stampat simili) |

470790 | — Oħrajn, inklużi imma mhix limitati għal: 1.Laminated paperboard2.Skart u fdalijiet mhux magħżula |

F. SKART TAL-ĦĠIEĠ F'GĦAMLA LI MA TINXTERIDX

ex700100 | Ħġieġ miksur u skart u fdalijiet oħra tal-ħġieġ ħlief għal ħġieġ minn tubi ta' raġġi katodiċi u ħġieġ ieħor attivat |

Skart tal-fibra tal-ħġieġ |

G. SKART TAĊ-ĊERAMIKA F'GĦAMLA LI MA TINXTERIDX

ex690000 | Trufijiet tac-ċeramika li kienu għaddew min-nar wara li jkunu ngħataw l-għamla, inklużi vażetti tac-ċeramika |

ex811300 | — Skart u fdalijiet tas-sermets |

Fibra ibbażati fuq iċ-ċeramika li mhumiex imniżżla post ieħor |

H. SKART TAT-TESSUTI GARNET

5003 | — Skart tal-ħarir (inklużi fosdqi li mhumiex tajba għat-tkebbib, skart tal-ħajt u ħażniet mhux maħduma): |

500310 | — Mhux minxuta |

500390 | — Oħrajn |

5103 | — Skart tas-suf jew ta' xagħar fin jew aħrax ta' l-annimali, inkluż skart tal-ħajt imma eskluża ħażniet mhux maħduma: |

510310 | — Żlielem tas-suf jew ta' xagħar fin ta' l-annimali |

510320 | — Skart ieħor tas-suf jew ta' xagħar fin tal-annimali |

510330 | — Skart ta' xagħar aħrax ta' l-annimali |

5202 | — Skart tal-qoton (inkluż skart tal-ħajt u ħażniet mhux maħduma): |

520210 | — Skart tal-ħjut (inkluż ħela tal-ħjut) |

520291 | — Ħażniet mhux maħduma |

520299 | — Oħrajn |

530130 | — Stoppa u skart tal-kittien |

ex530290 | Stoppa u skart (inkluż skart tal-ħjut u ħażniet mhux maħduma) ta' ħaxixa ġenwina (Cannabis sativa L.) |

ex530390 | Stoppa u skart (inkluż skart tal-ħjut u ħażniet mhux maħduma) tax-xoqqa u ħjut ta' tessuti oħra qawwijin (esklużi kittien, ħaxixa ġenwina u ramie) |

ex530490 | Stoppa u skart (inkluż skart tal-ħjut u ħażniet mhux maħduma) tas-sisal u ta' ħjut ta' tessuti oħra tal-genius Agave |

ex530519 | Stoppa, żlielem u skart (inkluż skart tal-ħjut u ħażniet mhux maħduma) tal-ġews ta' l-Indi |

ex530529 | Stoppa, żlielem u skart (inkluż skart tal-ħjut u ħażniet mhux maħduma) ta' abaca (Qanneb Manila jew tessuti Musa Nee) |

ex530599 | Stoppa, żlielem u skart (inkluż skart tal-ħjut u ħażniet mhux maħduma) ta' ramie u ħjut oħra veġitali tat-tessuti, li mhumiex specifikati jew imniżżla x'imkien ieħor |

5505 | — Skart (inklużi żlielem, skart tal-ħjut u ħażniet mhux maħduma) ta' fibri magħmula mill-bniedem: |

550510 | — Ta' ħjut sintetici |

550520 | — Ta' ħjut artificjali |

630900 | — Ħwejjeġ milbusa u oġġetti oħra ta' tessuti milbusa |

6310 | — Ċraret użati, skart ta' l-ispag, lenza, ħbula u cimi u oġġetti mittiekla ta' l-ispag, lenza, ħabel jew cimi ta' materjali tat-tessuti: |

631010 | — Magħżula |

631090 | — Oħrajn |

I. SKART TAL-GOMMA

400400 | Skart, qtugħ u trufijiet tal-gomma (appart minn gomma iebsa) u frak akkwistat minnhom |

401220 | Tajers newmatici użati |

ex401700 | Skart u fdalijiet ta' gomma iebsa (per eżempju, ebonite) |

J. SUFRA MHUX MAĦDUMA U SKART TA' L-INJAM

440130 | Skart u laqx ta' l-injam, sew jekk agglomerat u anki jekk le fi zkuk, briquettes, gerbubi jew għamliet simili |

450190 | Skart tas-sufra; mgħaffġa, mfarrka jew sufra mitħuna |

K. SKART LI JORIĠINA MINN INDUSTRIJI TA' L-IKEL AGRIKOLU

230100 | Dqiq imnixxef, sterilizzat u stabbilizzat, nuħħala u gerbubi, ta' laħam u rmoxk tal-laħam, tal-ħut jew ta' krustacej, molluski jew invertebrati akwatici oħra, mhux tajbin għal konsum uman imma tajbin bħala għalf ta' l-annimali jew għal skopijiet oħra; qrieqeċ |

230200 | Qoxra, trufijiet u residwi oħra, sew jekk f'għamla ta' gerbuba u anki jekk le akkwistati mill-għarbiel, tħin u xogħol ieħor tac-cereali jew ta' pjanti tal-legumi |

230300 | Residwi tal-lamtu manifatturat u residwi simili, polpa tal-pitravi, bagasse u skart ieħor mill-manifattura taz-zokkor, tartru u skart tal-birra u tad-distillar, sew jekk f'għamla ta' gerbuba u anki jekk le |

230400 | Smida taż-żejt u residwi solidi oħra, sew jekk mitħuna u anku jekk le jew f'għamla ta' gerbuba, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tas-soya, użati bħala għalf għall-annimali |

230500 | Smida taż-żejt u residwi solidi oħra, sew jekk mitħuna u anku jekk le jew f'għamla ta' gerbuba, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt tal-karawett, użati bħala għalf għall-annimali |

230600 | Smida taż-żejt u residwi solidi oħra, sew jekk mitħuna u anku jekk le jew f'għamla ta' gerbuba, li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żjut veġetali, użati bħala għalf għall-annimali |

ex230700 | Tartru ta' l-imbid |

ex230800 | Skart tal-ħaxix imnixxef u sterilizzat, residwi u prodotti sekondarji, sew jekk f'għamla ta' gerbubi u anki jekk le, tat-tip użati bħala għalf ta' l-annimali, li mhumiex specifikati jew imniżżla x'imkien ieħor |

152200 | Qtugħ tas-sonża; residwi li jirriżultaw mit-trattament ta' materjal mxaħħam ta' l-annimali jew xemgħa tal-ħxejjex |

180700 | Qoxra tal-cocoa, fosdqa, ħliefa u skart ieħor tal-cocoa |

L. SKART LI JORIĠINA MINN ĦIDMIET TAT-TANNIN U TQAXXIR TAL-ĠLUD U UŻU TAL-ĠLUD

050200 | Skart mix-xagħar jew pil tal-qżieqeż, majjali jew ħnieżer tar-refgħa, jew xagħar tal-baġer jew xagħar ieħor użat għall-ixkupilji |

050300 | Skart tax-xagħar taż-żiemel, sew jekk imqiegħed bħala saff u anki jekk le ma materjal ieħor bħala sostenn |

050590 | Skart tal-ġlud u bcejjeċ oħra ta' l-għasafar, bir-rix jew pil tagħhom, tar-rix u partijiet mir-rix (sew jekk bit-trufijiet maqtugħa u anku jekk le) u pil, mhux aktar maħdum milli mnaddaf, disinfettat jew trattat għal preservazzjoni |

050690 | Skart tal-għadam u tal-qrun, mhux maħduma, imnaddfa mix-xaħmijiet, imħejjija (imma mhux maqtugħa għal xi għamla), ittrattati bl-acidu jew deġelatinizzati |

411000 | Ħliefa u skart ieħor tal-ġlud jew ta' kompożizzjoni tal-ġlud, mhux tajbin għal manifattura ta' oġġetti tal-ġild, eskluża l-ħama tal-ġlud |

M. SKART IEĦOR

890900 | Bċejjec tal-baħar u strutturi oħra li jżommu fil-wiċċ, għat-tkissir, żvojtati kif xieraq minn kull merkanzija li tista’ tkun ġiet ikklassifikata bħala materjali jew skart perikoluż |

Karozzi bil-mutur imfarrka, li minhom ikun tneħħa l-likwidu kollu |

050100 | Skart tax-xagħar uman |

ex051191 | Skart tal-ħut |

Anode butts tal-petroleum coke u/jew bitumeni |

Flue gas desulphurisation (FGD) gypsum |

Skart ta' pjanci jew folji tal-gypsum li joriġina mit-twaqqiegħ ta' bini |

ex2621 | Irmied li jirriżulta minn impjanti ta' l-eletriku li jaħdmu bil-faħam, irmied tal-qiegħ u kagazza tal-wicc [3] |

Skart tat-tiben |

Concrete imfarrak |

Catalysts moħlija: Catalytic cracking catalysts fluwidi (FCC)Catalysts li jkun fihom metal prezzjużTransition catalysts metalliċi |

Fungus micelju di-attivat mill-produzzjoni tal-penisillin biex ikun użat bħala għalf għall-annimali |

261800 | Boċċi tal-kagazza li joriġina mill-manifattura tal-ħadid u l-azzar |

ex261900 | Kagazza li joriġina mill-manifattura tal-ħadid u l-azzar [4] |

310320 | Kagazza bażika mill-manifattura tal-ħadid jew azzar għal fertilizzanti tal-fosfati u użu ieħor |

ex262100 | Kagazza mill-produzjoni tar-ramm, kimikament stabbiliżżata, li jkun fiha kontenut qawwi ta' ħadid (aktar minn 20 %) u pprocessata skond l-ispecifikazzjonijiet ta' l-industrija (e.g. DIN 4301 u DIN 8201) l-aktar għal kostruzzjoni u applikazzjonijiet abrassivi |

ex262100 | Ħama aħmar newtralizzat mill-produzjoni ta' l-aluminju |

ex262100 | Faħam attivat moħli |

Kubrit f'għamla solida |

ex283650 | Ġebel tal-ġir (tal-franka) mill-produzjoni ta' kalcju cyanamide (li jkollu pH anqas minn 9) |

Sodju, ġir u klorini tal-potassa |

Skart tal-bażi tal-pellikola fotografika u skart ta' pellikola fotografika li ma jkunx fiha fidda |

kameras tar-ritratti li jintużaw darba biss mingħajr batteriji |

ex281810 | Carborundum |

[1] L-indikattivi "ex" jidentifikaw oġġett specifiku li jkun jinsab f’intestatura armonizzata tal-kodici tad-dwana.

[2] "Li ma jixxerridx" ma jinkludix xi skart fil-għamla ta’ trab, ħama, għabra jew affarijiet solidi li jkun fihom skart ta’ likwidu perikoluż.

[3] Iridu jkun suġġetti għal specifikazzjonijiet specjali, dawn għandhom ikunu riveduti mill-Mekkaniżmu tar-Reviżjoni.

[4] Din id-daħla tkopri l-użu ta’ dawk il-kagazzi bħala sorsi tad-diossidu tat-titanju u vanadju.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

LISTA AMBRA TA' SKART [1]

ex261900 | Rmoxk, qxur u skart ieħor mill-manifattura ta' ħadid u azzar [2] |

262019 | Irmied taż-żingu u residwi |

262020 | Irmied tac-comb u residwi |

262030 | Irmied tar-ram u residwi |

262040 | Irmied ta' l-aluminju u residwi |

262050 | Irmied tal-vanadju u residwi |

262090 | Irmied u residwi li jkun fihom metalli jew komposti tal-metalli li mhumiex specifikati post ieħor |

Residwi mill-produzzjoni ta' l-alumina li mhumiex specifikati post ieħor |

262100 | Irmied u residwi oħra, li mhumiex specifikati post ieħor |

Residwi li joriġinaw mill-kombustjoni ta' skart municipali |

271390 | Skart mill-produzjoni/proċessar ta' petroleum coke u bitumeni, esklużi anode butts |

Batteriji ta' ċomb aciduż, sħah jew misħuqa |

Skart ta' żjut li mhumiex tajbin għall-użu oriġinali tagħhom |

Skart minn żjut/ilma, idrokarburi/taħlitiet ta' l-ilma, emulsjonijiet |

Skart mill-produzjoni, formulizzazzjoni u użu ta' linka, kuluri, pigmenti, żebgħa, lacquers, verniċ |

Skart mill-produzzjoni, formulizzazzjoni u użu ta' rażi, latex, plasticizers, kolol u adessivi |

Skart mill-produzzjoni, formulizzazzjoni u użu ta' kimiki riprografiċi u fotografiċi u materjali ta' proċessar mhux imniżżla post ieħor |

Kameras tar-ritratti li jintużaw darba biss bil-batteriji |

Skart minn sistemi bbażati mhux bis-cyanide li joriġinaw minn trattament fil-wicc ta' metalli u plastiċi |

Skart ta' asfalt siment |

Phenols, phenol compounds inklużi chlorophenol fil-għamla ta' likwidi jew ħama |

Sufra ttrattata u skart ta' l-injam |

Batteriji jew akkumulaturi użati, sħaħ jew misħuqa, apparti minn batteriji ta' ċomb-aciduż, u skart u trufijiet li joriġinaw mill-produzjoni ta' batteriji u akkumulaturi, li mhumiex imniżżla post ieħor |

ex391590 | Nitroċellulożi |

ex700100 | Ħġieġ minn tubi tar-raġġi katodiċi u ħġieġ ieħor mhux attivat |

ex411000 | Trab, irmied, ħama u dqiq tal-ġilda |

ex252921 | Ħama tal-fluworu tal-kalcju |

Komponenti oħra ta' fluworu inorganiku fil-għamla ta' likwidu jew ħama |

Kagazza taż-żingu li jkun fiha sa 18 % bil-piż żingu |

Ħama tal-galvanizzar |

magħmula minn salmura tal-metalli |

LikwuriRamel użat f'operazzjonijiet tal-fonderija |

Komposti tat-tallju |

Polychlorinated naphtalenes |

Ethers |

Residwi li jkun fihom metal prezzjuż f'għamla solida li jkun fihom traċċi ta' cyanides inorganici |

Soluzzjonijiet tal-perossidu ta' l-idroġenu |

Triethylamine catalyst għall-iffissar ta' ramel tal-fonderija |

ex280480 | Skart u residwi ta' l-arseniku |

ex280540 | Skart u residwi tal-merkurju |

Irmied, ħama, trab u residwi oħra ta' metall prezzjuż bħal ma huma: Irmied mill-inċenerazzjoni ta' printed circuit boardsIrmied tal-pellikola |

Skart ta' katalisti li mhumiex fil-lista ħadra |

Residwi mil-lista tal-processar taż-żingu, trab u ħama bħal ma huma jarosite, hematite, goethite, eċċ. |

Skart ta' l-idrati ta' l-aluminju |

Skart ta' l-alumina |

Skart li jkun fih, jikkonsisti minn jew ikun ikkontaminat b'uħud minn dawn li ġejjin: Cyanides inorganici, ħlief għal residwi li jkun fihom metall prezzjuż f'għamla solida li jkun fihom traċċi ta' cyanides inorganiciCyanides organici |

Skart ta' natura splussiva, meta ma jkunx suġġett għal-leġislazzjoni oħra specifika |

Skart mill-manifattura, formulazzjoni u użu ta' kimiki li jippreservaw l-injam |

Ħama ta' Petrol biċ-ċomb (gasoline) |

Grit tal-blasting użat |

Chlorofluorocarbons |

Halons |

Fluff — frazzjoni ħafifa minn tqaxxir tal-metalli |

Fluwidi termali (trasferiment ta' sħana) |

Fluwidi idrawlici |

Fluwidi tal-brejkijiet |

Fluwidi ta' kontra l-iffriżar |

Raża ta' tbiddil ta' jonji |

Skart fil-lista ambra (safra) li għandu jkun eżaminat mill-ġdid bħala materjal ta' prijorità mill-Mekkaniżmu tar-Reviżjoni tal-OECD

organic compounds fosforiċi

Solventi mhux aloġenati

Solventi aloġenati

Residwi minn distillazzjoni aloġenata jew mhix aloġenata mhux-akwea li joriġinaw minn solventi organiċi waqt ħidmiet ta' rkupru

Demel tal-qżieqeż f'għamla likwida; ħmieġ

Ħama tad-drenaġġ

Skart domestiku

Skart mill-produzjoni, formalizzazzjoni jew użu ta' bijoċidi u fitofarmaċewtiċi

Skart mill-produzzjoni u l-preparazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi

Soluzzjonijiet acidużi

Soluzzjonijiet bażici

Aġenti attivi fil-wiċċ (surfactants)

Komposti inoramici balide inorganiċi, li mhumiex specifikati post ieħor

Skart minn sistemi ta' kontroll kontra t-tniġġis industrijali għat-tindif ta' gassijiet industrijali riżultanti, li mhumiex specifikati f'post ieħor

Gypsum li joriġina minn processi ta' l-industrija kimika

[1] L-indikattivi "ex" jidentifikaw oġġett specifiku li jkun jinsab f'intestatura armonizzata tal-kodici tad-dwana.

[2] Din il-lista tinkludi rmied, residwi, ħama, irmoxk, xkumar, tqaxxir, trab, ħama u tajn, sa kemm il-materjal ma jkunx imniżżel post ieħor.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

LISTA ĦAMRA TA’ L-ISKART

Skart, materjali jew oġġetti li jkun fihom, jikkonsistu jew ikunu ikkontaminati bi polychlorinated biphenyl (PCB) u/jew polychlorinated terphenyl (PCT) u/jew polybrominated biphenyl (PBB), inklużi xi polybrominated analogues ta’ dawn il-compounds oħra, f’livell ta’ koncentrazzjoni ta’ 50 mb/kg jew aktar

Skart li jkun fih, jikkonsisti minn jew ikun ikkontaminat b’uħud minn dawn li ġejjin:

- Kwalunkwe congenor tal-polychlorinated dibenzo-furan

- Kwalunkwe congenor tal-polychlorinated dibenzo—dioxin

Asbestos (trab u fibri)

Fibri ibbażati fuq iċ-ċeramika simili għal dawk ta’ l-asbestos

Ħama tal-kompost anti-knock bic-ċomb

Skart fuq il-lista ħamra li għandu jkunu eżaminat mill-ġdid bħala materjal ta’ prijorità mill-Mekkaniżmu tar-Reviżjoni tal-OECD

Skart ta’ residwi persistenti (esklużi asphalt cements) li joriġinaw mir-raffinar, distillazzjoni u trattament pirolitiku

Perossidi barra minn perossidi idroġenizzati

--------------------------------------------------

Top