EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004L0042-20210716

Consolidated text: Id-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid ta’ vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/42/2021-07-16

02004L0042 — MT — 16.07.2021 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

ID-DIRETTIVA 2004/42/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ April 2004

dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid ta’ vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE

▼B

(ĠU L 143 30.4.2004, p. 87)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT (KE) Nru 1137/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta' Ottubru 2008

  L 311

1

21.11.2008

►M2

DIRETTIVA 2008/112/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2008

  L 345

68

23.12.2008

►M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/79/UE tad-19 ta’ Novembru 2010

  L 304

18

20.11.2010

►M4

REGOLAMENT (UE) 2019/1020 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Ġunju 2019

  L 169

1

25.6.2019

►M5

REGOLAMENT (UE) 2019/1243 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta’ Ġunju 2019

  L 198

241

25.7.2019


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 126, 15.5.2012, p.  15 (2004/42/CE)




▼B

▼C1

ID-DIRETTIVA 2004/42/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ April 2004

dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid ta’ vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE

▼B



Artikolu 1

Skop u Ambitu

1.  
L-Iskop ta' din id-Direttiva hija li tillimita il-kontenut totali ta' VOCs f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti li jillostraw il-vetturi mil-ġdid sabiex ma jitħalliex jew jitnaqqas it-tniġġis ta' l-arja bħala riżultat tal-kontribuzzjoni ta' VOCs għal formazzjoni ta' ożonu troposferiku.
2.  
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet elenkati fil-paragrafu 1, din id-Direttiv tapprossima l-ispeċifikazzjonjiet tekniċi għal ċertu żebgħa u lostri u prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid.
3.  
Din id-Direttiva għandha tgħodd għal prodotti elenkati fl-Anness I.
4.  
Din id-Direttiva ma tippreġudikax u ma taffetwax miżuri, inklużi ħtieġijiet ta' tikkettjar, meħudin fuq livell ta' Komunità jew nazzjonali biex jipproteġu saħħet il-konsumaturi u tal-ħaddiema u l-ambjent tax-xogħol tagħhom.

Artikolu 2

Tifsir

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“L-awtorità kompetenti”tfisser l-awtorità jew awtoritajiet responsabbli taħt il-proviżjonijiet legali ta' l-Istati Membri sabiex iwettqu l-obbligazzjonijet li joriġinaw minn din id-Direttiva;

2.

“Sustanzi”tfisser kwalunkwe element kimiku u ►C1  l-komposti ◄ tiegħu, kif jinstabu fl-istat naturali tagħhom jew kif inhuma prodotti mill-industrija, sew fil-forma solida jew likwida jew li tixbaħ il-gass;

3.

►M2  “taħlita” ◄ tfisser taħlita jew soluzzjoni komposta minn żewġ sustanzi jew aktar;

4.

►C1  “Kompost organiku” ◄ tfisser kwalunkwe ►C1  kompost li fih ◄ jkun jinstab ta' lanqas l-element karbonju u element wieħed jew aktar ta' idroġenu, ossiġnu, kubrit, fosfru, silicon, nitroġenu jew aloġenu, bl-eċċezzjoni ta' ossidi tal-karbonju u karbonati inorganicċi u bikarbonati;

5.

►C1  “Komposti ◄ organiċi volatili”tfisser kwalunkwe ►C1  kompost organiku ◄ li jiftaħ jagħli fuq temperatura ta' anqas minn jew ekwivalenti għal 250 °C meta mkejjel bi pressjoni standarda ta' 101,3 kPa;

6.

“Kontenut ta' VOC”tfisser il-massa ta' ►C1  komposti ◄ organiċi volatili, miktubin fi grammi/litru (g/l) fil-formulazzjoni tal-prodott meta jkun fil-kondizzjoni tiegħu magħmul u lest. Il-massa ta' ►C1  komposti ◄ organiċi volatili fi prodott speċifiku li jagħmlu reazzjoni kemikali waqt it-tnixxif sabiex jifforma parti mil-kisi ma għandux jitqies bħala parti mill-kontenut ta' VOC;

7.

“Solvent organiku”jfisser kwalunkwe VOC li huwa użat waħdu jew flimkien ma' aġenti oħra biex iħollu jew jiddilwaw materja prima, prodotti, jew materjal ta' skart, jew li huwa użat bħala aġent tat-tindif biex iħoll kontaminaturi, jew bħala medja ta' tixrid, jew bħala aġġustatur ta' viskożità, jew bħala aġġustatur tat-tensjoni tal-wiġġ, jew biex jaħdem il-plastik, jew bħala preservattiv;

8.

“Kisi”tfisser kwalunkwe ►M2  taħlita ◄ , inklużi is-solventi organiċi kollha jew ►M2  taħlita ◄ li fihom ikunu jinsabu solventi organiċi meħtieġa għall-applikazzjoni korretta tagħhom, li huwa użat biex jipprovdi rita b'effett dekorattiv, protettiv jew xi effett funzjonali ieħor fuq wiċċ;

9.

“Rita”tfisser saff kontinwu li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' kisja waħda jew aktar fuq sottostrata;

10.

“Kisi li jinġarru bl-ilma (WB)”tfisser kisi li jkollu l-vikożità tiegħu aġġustat bl-użu ta' l-ilma;

11.

“Kisi li jinġarr b'solventi (SB)”tfisser kisi li jkollu l-vikożità tiegħu aġġustat bl-użu ta' solventi organiċi;

12.

“Mqiegħed fis-suq”tfisser li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' terzi persuni, kemm għal bdil ta' ħlas jew le. Importazzjoni lejn it-teritorju tal-Komunità ser ikun mifhum li jkun tqiegħed fis-suq għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Rekwiżiti

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-prodotti elenkati fl-Anness I huma mqiegħda fis-suq fit-teritorju tagħhom wara d-dati stabbiliti fl-Anness II biss jekk ikollhom kontenut ta' VOC li ma jeċċedix il-valuri ta' limitu stabbiliti fl-Anness II u li jikkonformaw ma' l-Artikolu 4.

Sabiex ikun stabbilit il-konformità mal-valuri ta' limitu stabbiliti fl-Anness II, għandhom jintużaw il-metodi analitiki li msemmija fl-Anness III.

Għal prodotti elenkati fl-Anness I li magħhom ikunu ġew miżjuda solventi jew ►C1  komposti ◄ oħrajn li fihom ikun jinsabu solventi sabiex il-prodott ikun magħmul u lest, il-valuri ta' limitu fl-Anness II għandhom japplikaw għal kontenut ta' VOC fil-prodott fil-kondizzjoni tiegħu magħmul u lest.

2.  
Bħala deroga minn paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw milli jikkonformu mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq prodotti mibjugħin għal użu ekslussiv f'attività koperta mid-Direttiva 1999/13/EC liemha attività issir fi stallazzjoni reġistrata jew awtorizzata skond l-Arikoli 3 u 4 ta' dik id-Direttiva.
3.  
Għall-iskopijiet ta' restorazzjoni jew manutenzjoni ta' bini u vetturi klassiċi li huma innominati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma ta' valur storiku jew kulturali partikolari, Stati Membri jistgħu jagħtu liċenzi individwali għal bejgħ u xiri f'kwantitajiet strettament limitati ta' prodotti li ma jikkonformawx mal-valuri ta' limitu ta' VOC hekk kif inhu stabbilit fl-Anness II.
4.  
Prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiv li jintwerew li kienu magħmulin qabel id-dati stabbiliti fl-Anness II u li ma jaderixxux mar-rekwiżiti ta' paragrafu 1 jistgħu jitqiegħdu fis-suq għal perjodu ta' tnax-il xahar wara d-data li fiha ir-rekwiżit li japplika għal prodott imsemmi tidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

Tikkettjar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-prodotti elenkati fl-Anness I ikollhom tikketta meta jkunu mqiegħdha fis-suq. It-tikketta għandha tindika:

(a) 

is-sottokategorija tal-prodottt u il-valur ta' limitu ta' VOC relevanti f'g/l skond ir-referenza li hemm fl-Anness II;

(b) 

il-kontenut massimu ta' VOC fi g/l tal-prodott f'kondizzjoni magħmul u lest.

Artikolu 5

L-awtorità lokali kompetenti

L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti li tkun responsabbli biex taderixxi ma' l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva, u għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dan mhux aktar tard mit-30 t'April 2005.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 8

Ċirkolazzjoni libera

L-Istati Membri m'għandhomx, fuq il-bażi ttrattat minn din id-Direttiva, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jaqgħu taħt l-iskop ta' din id-Direttiva li, fil-kondizzjoni tagħhom magħmula u lesta, jikkkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 9

Reviżjoni

Il-Kummissjoni hija mistiedna biex tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

1. 

sa mhux aktar tard mis-sena 2008, rapport ibbażat fuq ir-riżultati tar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/81/EC. Dan ir-rapport għandu jeżamina:

(a) 

l-iskop wiesa u l-potenzal biex isir tnaqqis fil-kontenut ta' VOC fi prodotti barra mill-iskop ta' din id-Direttiva inklużi aerosoli għal żebgħa u lostri;

(b) 

il-possibiltà ta' l-introduzzjoni ta' aktar tnaqqis (fażi II) fil-kontenut ta' VOC fi prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi;

(ċ) 

kwalunkwe element ġdid konness ma' l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-applikazzjoni ta' fażi II kif inhu previst għal żebgħa u lostri;

2. 

mhux aktar tard minn 30 xahar wara d-data ta' implimentazzjoni tal-valuri ta' limitu għal kontenut ta' VOC fl-Anness II fażi II, rapport li jikkunsidra, partikolarment, ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7 u ta' kwalunkwe żviluppi teknoloġiċi fil-manifattura taż-żebħa, lostri u prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid. Dan ir-rapport għandu jeżamina l-iskop wies u l-potenzal li jsir aktar tnaqqis fil-kontenut ta' VOC fi prodotti fl-iskop ta' din id-Direttiva, inkluż il-possibiltà ta' distinzjoni bejn żebgħ li tintużha għal ġewwa u għal barra f'sottokategoriji (d) u (e) ta' l-Anness1, punt 1.1. u l-Anness II, taqsima A.

Dawn ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati, jekk ikun xieraq, bi proposti biex jemendu din id-Direttiva.

Artikolu 10

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tal-provedimenti nazzjonali addottati skond din id-Direttiva u ser jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar dawn ir-regoli u miżuri mhux aktar tard mit-30 t'Ottubru 2005, u għandhom javżawha mingħajr dewmin dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwhom.

▼M5

Artikolu 11

Adattament għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 11a li jemendaw l-Anness III sabiex jiġi adattat għall-progress tekniku.

▼M5

Artikolu 11a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 11 għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Lulju 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 1 ).
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 12

Kumitat

1.  
Il-Kummissjoni ser tkun assistitha mill-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/EC, hawnhekk iżjed “il quddiem imsejjaħ” il-Kumitat '.
2.  
Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom jgħoddu, wara li jikkunsidraw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 13

Emenda tad-Direttiva 1999/13/EC

1.  
Id-Direttiva 1999/13/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

fl-Anness I, fit-taqsima msemmija “Lostri mil-ġdid ta' vetturi”, l-inċiż li ġej għandu jiġi mħassar:

— 
“— 

il-kisi ta' vetturi tat-triq hekk kif inhu definit fid-Direttiva 70/156/KEE, jew parti minnhom, meta jsir bħala parti mit-tiswija ta' vettura, konservazzjoni jew dekorazzjoni barra minn stallazzjonijiet ta' manifattura, jew '.”

2.  
Minkejja paragrafu 1, L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu miżuri ta' kontroll ta' emissjonijiet minn attivitajiet ta' lostru mil-ġdid ta' vetturi mħassra mill-iskop tad-Direttiva 1999/13/EC.

Artikolu 14

Transposizzjoni

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolazzjonijiet u disposizzjonijet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 t'Ottubru 2005, u għandhom javżaw lill-Kummisjoni ta' dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu supplimentati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tkun magħmula din ir-referenza.

2.  
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, flimkien ma' tabella li turi kif id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet nazzjonali addottati.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ tad-Direttiva

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Destinatarji

Din id-Direttiva hi ndirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I

SKOP

1.

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva,żebgħa u lostri tfisser prodotti elenkati fis-sottokategoriji hawn taħt, eskluż areosoli. Dawn huma kisi li huma applikati fuq il-bini, it-tiżjin u tgħammir tagħhom, u strutturi assoċjati għal skopijiet dekorattivi, funzjonali u prottetivi.

1.1.

Sottokategoriji:

(a)

“kisjiet matti għal ħitan interni u soqfa”tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni fuq ħitan ta' ġewwa u sofqa bi grad ta' tleqqija < = 25@60o.

(b)

“kisjiet li jleqqu għal ħitan interni u soqfa”tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni fuq ħitan ta' ġewwa u soqfa bi grad ta' tleqqija > 25@60o.

(ċ)

“kisjiet għal ħitan esterni ta' sustrat minerali”tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni fuq ħitan ta' barra tal-ġebel, briks jew stokk;

(d)

“dekorazzjoni interna/esterna u kisi minn barra għal injam; metal jew plastik”tfisser kisjiet li jiproduċu rita opâka u huma ddiżinjati għal użu fuq dekorazzjoni u kisi minn barra.Dawn il-kisjiet huma ddiżinjati għal sustrat ta' l-injam, metal jew plastik. Din is-sottokategorija tinkludi żebgħa li tintuża għal passati ta' taħt u kisjiet intermedjari;

(e)

“lostri ta' dekorazzjoni interna/esterna u kulur għall-injam”tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni fuq dekorazzjoni li tipproduċi rita trasparenti jew semi-trasparenti għal dekorazzjoni u protezzjoni ta' injam, metal u plastik. Din is-sottokategorija tinkludi kuluri opâki għall-injam. Kuluri opâki għall-injam tfisser kisjiet li jipproduċi rita opâka għad-dekorazzjoni u protezzjoni ta' l-injam, kontra l-azzjoni tat-temp, hekk kif definit f'EN 927-1, fi ħdan il-kategorija semi-stabbli;

(f)

“kuluri għal injam b'binja minima”tfisser kuluri għall-injam li, skond EN 927-1:1996, għandhom ħxuna medja ta' anqas minn 5 μm meta jiġi ttestjat skond ISO 2808: 1997, metodu 5A;

(g)

“żebgħa ta' l-ewwel passata”tfisser kisjiet bi proprjetajiet ta' siġillar u/jew imblokkar iddiżinjati għal użu fuq l-injam jew ħitan u soqfa;

(h)

“żebgħa ta' l-ewwel passata li tissolidifika”tfisser kisjiet iddiżinjati sabiex jistabillizzaw partikoli sfużi ta' sustrat jew jagħddi proprjetatiet idrofobiki u/jew jipproteġu l-injam kontra tebgħa kaħlija;

(i)

“kisjiet bi prestazzjoni ta'pakkett wieħed”tfisser kisjiet bi prestazzjoni bbażatha fuq materjal li jifforma rita. Dawn huma ddiżinjati għal applikazzjonijiet li jinħtieġielhom prestazzjoni speċjali, bħalma huma l-ewwel passata żebgħa u l-aħħar passata żebgħa fuq il-plastik, kisja ta' l-ewwel passata żebgħa għal sustrati li fihom il-ħadid, kisja żebgħa ta' l-ewwel passata għal metalli reattivi bħalma huma iż-żingu u l-aluminju, lostri ta' kontra il-korrużjoni, kisjiet ta' l-art, inklużi għal artijiet ta' l-injam u siment, reżistenza kontra l-graffiti, li jżomm in-nar lura, stândardi ta' iġjene fl-industrija ta' l-ikel u xorb jew fis-servizzi tas-saħħa;

(j)

“kisjiet bi prestazzjoni ta' żewġ pakketti”tfisser kisjiet bl-istess użu bħal kisjiet ta' prestazzjoni ta' pakkett wieħed, imma b'komponent ieħor (eż. ammini terzjarji) miżjud qabel l-applikazzjoni;

(k)

“kisjiet b'ħafna kuluri”tfisser kisjiet iddiżinjati biex jagħtu effett ta' żewġ kuluri jew ta' ħafna kuluri, direttament ma' l-ewwel applikazzjoni;

(l)

“kisjiet b'effetti dekorattivi”tfisser kisjiet iddiżinjati biex jagħtu effetti estetiċi speċjali fuq sustrati jew kisjiet ta' taħt miżbugħin apposta u sessegwentament ittrattati b'diversi għodda matul il-perjodu ta' tnixxif.

2.

Għall-iskop ta' din id-Direttiva, “prodotti li jillostraw vetturi mil-ġdid” tfisser prodotti elenkati fis-sottokategoriji hawn taħt. Dawn huma użati għal kisi ta' vetturi tat-triq kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE:, jew parti minnhom, liemha xogħol ikun magħmul bħala parti minn tiswija ta' vetturi, konservazzjoni jew dekorazzjoni barra minn stallazzjonijiet ta' manifattura.

2.1.

Sottokategorija:

(a)

“preparatorji u tindif”

tfisser prodotti ddiżinjati biex ineħħu kisjiet antiki u sadid, kemm mekkanikali jew kimikali, jew biex jipprovdu ċavetta għal kisjiet ġodda:

(i) 

prodotti preparatorji jinkludu likwidu għat-tlaħliħ ta' l-azzarin (prodott iddiżinjat biex inaddfu apparat li jraxxax iż-żebgħa u apparat ieħor), apparat li jqaxxar iż-żebgħa, apparat li jneħħi ix-xaħam (inkluż tipi ta' kontra l-istatika għal plastik) u neħħejja tas-silikone;

(ii) 

“naddâf minn qabel” tfisser prodott tat-tindif iddiżinjat għat-tneħħija ta' kontaminazzjoni tal-wiċċ waqt il-preparazzjoni għal u qabel l-applikazzjoni ta' materjal tal-kisi;

(b)

“Mili tal-bôdi/waqqafa”tfisser ►C1  komposti ◄ li għandhom massa akbar minn normal iddiżinjati biex ikunu applikati sabiex jimlew imperfezzjonijiet fondi tal-wiċċ qabel l-applikazzjoni tal-kisi tal-wiċċ/milli;

(ċ)

“żebgħa ta' l-ewwel passata”

tfisser kwalunkwe kisi li huwa ddiżinjat għal applikazzjoni fuq metall għeri jew lostri eżistenti sabiex jipprovdu protezzjoni mill-korrużjoni qabel l-applikazzjoni taż-żebgħa ta' l-ewwel passata għal kisi tal-wiċċ:

(i) 

“kisi tal-wiċċ/milli” tfisser kisja ddiżinjata biex tkun applikatha eżatt qabel l-applikazzjoni tal-passata ta' fuq għall-għan li tireżisti l-korrużjoni, biex jiżgura adeżjoni tal-passata ta' fuq, u biex tippromwovi l-formazzjoni ta' lostru tal-wiċċ uniformi billi jimla mperfezzjonijiet żgħar fil-wiċċ;

(ii) 

“żebgħa ta' l-ewwel passata għal użu ġenerali fuq il-metall” tfisser kisja ddiżinjatha għal applikazzjoni bħala żebgħa ta' l-ewwel passata, bħalma huma promoturi ta' adeżjoni, siġillanti, kisi tal-wiċċ, passati ta' taħt, żebgħa ta' l-ewwel passata għal użu fuq il-plastik, mxarrab fuq mxarrab, milli mingħajr ramel u apparat li jraxxax biex jimla;

(iii) 

“żebgħa ta' l-ewwel passata għat-taħsil” tfisser kisjiet li fihom ikun jinstab mhux anqas minn 0,5 % bil-piż ta' l-aċidu fosforu ddiżinjat biex ikun applikat direttament fuq uċuh tal-metall għerjin biex jipprovdi reżistenza kontra l-korrużjoni u adeżjoni; kisjiet użati bħala żebgħa ta' l-ewwel passata li jista' jiġi ssaldjat; u bħala soluzzjonijiet niggieża għal uċuh galvanizzati u taż-żingu;

(d)

“passata ta' fuq”

tfisser kwalunkwe kisja pigmentatha li hija ddiżinjatha biex tiġi applikatha jew bħala bażi ta' passata waħda jew ta' diversi passati sabiex jipprovdi tleqqija u. Dan jinkludi il-prodotti kollha involuti bħalma huma kisjiet ta' taħt u kisjiet trasparenti:

(i) 

“kisjiet ta' taħt” tfisser kwalunkwe kisjiet pigmentati ddiżinjati sabiex jipprovdu kulur ukwalunkwe effeti ottiċi mixtieqa, imma mhux it-tleqqija jew reżistenza tal-wiċċ tas-sistema tal-kisi;

(ii) 

“kisja trasparenti” tfisser kisja trasparenti ddiżinjata sabiex tipprovdi it-tleqqija aħħarija u proprjetajiet ta' reżistenza tas-sistema tal-kisi;

(e)

“lostri speċjali”tfisser kisjiet iddiżinjati għal applikazzjoni bħala passati tal-wiċċ li jeħtieġu proprjetajiet speċjali, bħalma huma effetti metallicċi jew tal-perla, f'saff wieħed, kulur solidu ta' prestazzjoni għolja u kisjiet trasparenti (eż. kontra t-tibrix u kisja trasparenti miżjud bil-fluworin, passata ta' taħt riflettiva, lostri li m'humiex lixxi (eż. martell), kontra ż-żlieq, kolla ta' taħt il-bòdi, kisjiet kontra t-tixlif, lostri interni; u aerosoli.




L-ANNESS II



A.  VALURI TA’ LIMITU GĦAL KONTENUT MASSIMU TA’ VOC GĦAL ŻEBGĦA U LOSTRI

 

Sottokategoriji ta’ Prodotti

Tip

Fażi I (g/l (*1))

(minn 1.1.2007)

Fażi II (g/l (*1))

(minn 1.1.2010)

a

Ħitan matti interni u soqfa (Tleqqija < 25@60o)

WB

75

30

SB

400

30

b

Ħitan ileqqu interni u soqfa (Tleqqija > 25@60o)

WB

150

100

SB

400

100

c

Ħitan esterni ta' sustrat minerali

WB

75

40

SB

450

430

d

Żebgħa ta' tiżjin intern/estern u kisi minn barra għal injam u metal

WB

150

130

SB

400

300

e

Lostri ta' tiżjin u kulur ta' l-injam interni/esterni inkluż kuluri opâk igħalinjam

WB

150

130

SB

500

400

f

Kuluri interni u esterni għal injam b'binja minima

WB

150

130

SB

700

700

g

Żebgħa ta' l-ewwel passata

WB

50

30

SB

450

350

h

Żebgħa ta' l-ewwel passata li tissolidifika

WB

50

30

SB

750

750

i

Kisjiet bi prestazzjoni ta' pakkett wieħed

WB

140

140

SB

600

500

j

Kisjiet bi prestazzjoni reattiva ta' żewġ pakketti għal użu aħħari speċifikat bħalma huma l-artijiet

WB

140

140

SB

550

500

k

Kisjiet bb'ħafna kuluri

WB

150

100

SB

400

100

l

Kisjiet b'effetti dekorattivi

WB

300

200

SB

500

200

(*1)   

g/l magħmul u lest



B.  VALURI TA' LIMITU GĦAL KONTENUT MASSIMU TA' VOC GĦAL PRODOTTI TA' LOSTRU MILL-ĠDID TAL-VETTURI

 

Sottokategorija tal-Prodott

Kisjiet

VOC g/l (*1) (1.1.2007)

a

Preparatorji u tindif

Preparatorji

850

Naddâf minn qabel

200

b

Mili tal-bôdi/waqqafa

Tipi kollha

250

c

Żebgħa ta' l-ewwel passata

Kisi tal-wiċċ u żebgħa ta' l-ewel passata ġenerali (metal)

540

Żebgħa ta' l-ewwel passata għat-taħsil

780

d

Passata ta' fuq

Tipi kollha

420

e

Lostri speċjali

All types

840

(*1)   

g/l tal-prodott magħmul u lest. Ħlief għal sottokategorija (a) kwalunkwe kontenut ta’ ilma għandu jiġi skontat.

▼M3




ANNESS III

METODI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(1)

Metodu permess għall-prodotti b’kontenut tal-KOV li huwa ta’ inqas minn 15 % tal-massa f’każ fejn ma jkunx hemm dilwenti reattivi:



Parametru

Unità

Test

Metodu

Data tal-pubblikazzjoni

Kontenut tal-KOV

g/l

ISO 11890-2

2006

Metodi permessi għall-prodotti b’kontenut ta’ KOV li huwa ta’ 15 % tal-massa jew iktar f’każ fejn ma jkunx hemm dilwenti reattivi:



Parametru

Unità

Test

Metodu

Data tal-pubblikazzjoni

Kontenut tal-KOV

g/l

ISO 11890-1

2007

Kontenut tal-KOV

g/l

ISO 11890-2

2006

Metodu permess għall-prodotti b’kontenut tal-KOV f’każ fejn ikun hemm id-dilwenti reattivi:



Parametru

Unità

Test

Metodu

Data tal-pubblikazzjoni

Kontenut tal-KOV

g/l

ASTMD 2369

2003



( 1 ) ĠU L 123, 12.5.2016. p. 1.

Top