EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02003L0087-20210101
Directive 2003/87/EC of the European Parliament and of the Council of 13 October 2003 establishing a system for greenhouse gas emission allowance trading within the Union and amending Council Directive 96/61/EC (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02003L0087 — MT — 01.01.2021 — 012.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi ►M9 sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa ►M9 l-Unjoni ◄ u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275 25.10.2003, p. 32) |
Emendata bi:
Emendata bi:
TRATTAT DWAR L-ADEŻJONI TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA MAL-UNJONI EWROPEA |
L 112 |
21 |
24.4.2012 |
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA 2003/87/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Ottubru 2003
li tistabbilixxi ►M9 sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa ►M9 l-Unjoni ◄ u li temenda d-Direttiva 96/61/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Il-materja tas-suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi ►M9 sistema ◄ għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoniji tal-gassijiet serra ġewwa ►M9 l-Unjoni ◄ (minn issa ‘l quddiem imsjħa ►M9 l-“EU ETS” ◄ ) sabiex tippromwovi t-tnaqqis ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra b’manjiera effettiva rigward spejjez u effiċjenza ekonomika.
Din id-Direttiva se tipprovdi wkoll għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sabiex tikkontribwixxi għal-livelli tat-tnaqqis kunsidrati meħtieġa xjentifikament biex jimpedixxu bidla perikoluża fil-klima.
Din id-Direttiva tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ impenn tat-tnaqqis iktar riġidu tal-UE li jeċċedi 20 %, li għandu jiġi applikat mal-approvazzjoni ►M9 mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jaqbeż dak meħtieġ fl-Artikolu 9, kif rifless fl-impenn ta’ 30 % kif ġie approvat mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3
Id-definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“kwota ta’ emissjoni” tfisser id-dritt ta’ emissjoni ta’ tunnellata metrika ta’ l-ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju matul perjodu taż-żmien speċifikat, li għandha tkun valida biss sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din d-Direttiva u għandha tkun trasferibbli skond id-disposizzjonijiet ta’ dan id-Direttiva;
“emissjonijet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra fl-atmosfera minn sorsi ta’ emissjonijiet f’installazzjoni jew ir-rilaxx mill-inġenju tal-ajru waqt li jkun qed iwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I tal-gassijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività;
“gassijiet serra” tfisser dawk il-gassijiet elenkati fl-Anness II u l-kostitwenti oħra forma ta’ gass, kemm naturali kif ukoll antropoġeniċi, li jassorbu u jerġgħu jemettu radjazzjoni infra-red;
“permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra” ifisser il-permess maħruġ skond l-Artikoli 5 u 6;
“stallazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettqu attività jew iktar elenkati fl-Anness I u kull attività oħra assoċjata direttament li jkollha konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa fuq is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet u t-tniġġiż;
“operatur” ifisser kull persuna li tħaddem jew tikkontrolla stallazzjoni jew, meta dan huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, li lilha tkun iddelegata s-saħħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku ta’ l-istallazzjoni;
“persuna” tfisser kull persuna naturali jew legali;
“installazzjoni li daħlet ġdida fis-suq” tfisser kwalunkwe installazzjoni li twettaq waħda, jew aktar, mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, li tkun kisbet permess għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-ewwel darba fil-perijodu li jibda minn tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista taħt l-Artikolu 11(1), u jispiċċa tliet xhur qabel id-data għall-preżentazzjoni tal-lista sussegwenti taħt dak l-Artikolu;
“il-pubbliku” ifisser persuna jew iktar, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi ta’ persuni;
“l-ekwivalenti ta’ tunnellata metrika ta’ dijossiju tal-karbonju” tfisser tunnellata metrika ta’ Ddijossidu tal-Karbonju (CO2) jew ammont ta’ kull gass ieħor tas-serra bil-potenzjal ekwivalenti għaż-żieda tas-sħana globali;
“Parti għall-Anness I” tfisser Parti elenkata fl-Anness I ta’ l-UNFCCC li rratifikat il-Protokoll ta’ Kjoto kif speċifikat fl-Artikolu 1(7) tal-Protokoll ta’ Kjoto;
“attività ta’ proġett” tfisser attività ta’ proġett approvata minn Parti waħda jew aktar għall-Anness I skond l-Artikolu 6 jew l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto;
“unità ta’ tnaqqis ta’ emissjoni” (ERU) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;
“tnaqqis ta’ emissjoni ċċertifikata” (CER) tfisser unità maħruġa skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto u d-deċiżjonijiet adottati skond il-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto;
“operatur tal-inġenji tal-ajru” tfisser il-persuna li topera inġenju tal-ajru fiż-żmien li jwettaq attività marbuta mal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I jew, meta dik il-persuna ma tkunx magħrufa jew ma tkunx identifikata mis-sid tal-inġenju tal-ajru, is-sid tal-inġenju tal-ajru;
“operatur kummerċjali tat-trasport bl-ajru” tfisser operatur li, għal rimunerazzjoni, jipprovdi servizzi ta’ trasport bl-ajru skedati jew mhux skedati lill-pubbliku għall-ġarr ta’ passiġġieri, merkanzija jew posta;
“Stat Membru amministrattiv” tfisser l-Istat Membru responsabbli għall-amministrazzjoni ►M9 tal-EU ETS ◄ fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 18a;
“emissjonijiet attribwiti għall-avjazzjoni” tfisser emissjonijiet mit-titjiriet kollha li jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u dawk li jaslu f’tali ajrudrom minn pajjiż terz;
“emissjonijiet storiċi mill-avjazzjoni” tfisser il-medja tal-emissjonijiet annwali fis-snin kalendarji 2004, 2005 u 2006 mill-inġenji tal-ajru li jwettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I;
“Kombustjoni” tfisser kull ossidazzjoni tal-karburanti irrispettivament mill-mod li bih jintużaw is-sħana, l-enerġija mekkanika jew elettrika prodotti minn dan il-proċess u kwalunkwe attività oħra assoċjati direttament inkluż tindif tal-gass tal-iskart;
“Ġeneratur tal-elettriku” tfisser istallazzjoni li fl-1 ta’ Jannar 2005 jew wara, kienet ipproduċiet elettriku għall-bejgħ lil partijiet terzi u li fiha ma ssir l-ebda attività elenkata fl-Anness I barra dik tal-“kombustjoni tal-karburanti”.
KAPITOLU II
AVJAZZJONI
Artikolu 3a
Kamp ta’ Applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I.
Artikolu 3b
Attivitajiet tal-avjazzjoni
Sat-2 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni għandha, f’konformità ►M9 mal-proċedurta ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2) ◄ , tiżviluppa linji gwida dwar l-interpretazzjoni dettaljata tal-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I;
Artikolu 3c
Kwantità totali ta’ kwoti għall-avjazzjoni
Dan il-persentaġġ jista’ jkun rivedut bħala parti mir-reviżjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 3d
Metodu għall-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz ta’ bejgħ bl-irkant
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar azzjonijiet meħuda skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 3e
Allokazzjoni u ħruġ tal-kwoti lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru
Mill-inqas ħmistax-il xahar qabel il-bidu ta’ kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) jew, f’relazzjoni mal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(1), sat-30 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni għandha tikkalkula u taddotta deċiżjoni li tistabbilixxi:
il-kwantità totali tal-kwoti li għandha tiġi allokata għal dak il-perijodu skond l-Artikolu 3c;
in-numru ta’ kwoti li jrid jiġi rkantat f’dak il-perijodu skond l-Artikolu 3d;
in-numru ta’ kwoti fir-riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru f’dak il-perijodu skond l-Artikolu 3f(1);
in-numru ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas f’dak il-perijodu billi jitnaqqsu n-numru ta’ kwoti msemmija fil-punti (b) u (c) mill-kwantità totali ta’ kwoti deċiżi taħt il-punt (a); u
il-punt ta’ referenza li għandu jintuża sabiex jiġu allokati kwoti mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjonijiet tagħhom kienu ppreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.
Il-punt ta’ referenza msemmi fil-punt (e), espress bħala kwoti kull tunnellata-kilometru, għandu jiġi kkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti msemmija fil-punt (d) bit-total tad-data f’tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2.
Fi żmien tliet xhur mid-data minn meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 3, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:
l-allokazzjoni totali tal-kwoti għall-perijodu lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjoni tiegħu kien ippreżentaha lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 2, ikkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tad-data tat-tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjoni mal-punt ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 3(e); u
l-allokazzjoni tal-kwoti għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull sena, li għandha tiġi determinata permezz tad-diviżjoni tal-allokazzjoni totali tiegħu tal-kwoti għal dak il-perijodu ikkalkulata taħt il-punt (a) bin-numru ta’ snin matul il-perijodu li fiha dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru qed iwettaq attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.
Artikolu 3f
Riżerva speċjali għal ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru
F’kull perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2), 3 % tal-kwantità totali tal-kwoti li jridu jiġu allokati għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru:
li jibdew iwettqu attività ta’ avjazzjoni li taqa’ taħt l-Anness I wara s-sena ta’ monitoraġġ li għaliha kienet ppreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) rigward perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2); jew
li d-data f’tunnellati-kilometru tagħhom tiżdied b’medja ta’ iktar minn 18 % kull sena bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu;
u li l-attività tagħhom taħt il-punt (a), jew attività addizzjonali taħt il-punt (b), m’hijiex fl-intier tagħha jew parzjalment kontinwazzjoni ta’ attività tal-avjazzjoni li qabel kienet imwettqa minn operatur ieħor tal-inġenji tal-ajru.
Allokazzjoni lil operatur ta’ linja tal-ajru taħt il-paragrafu 1(b) m’għandhiex tkun aktar minn 1 000 000 kwota.
Applikazzjoni taħt il-paragrafu 2 għandha:
tinkludi data f’tunnellati-kilometru vverifikata skond l-Anness IV u V għall-attivitajiet ta’ avjazzjoni elenkati fl-Anness I imwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru fit-tieni sena kalendarja tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li għalih tirreferi l-applikazzjoni;
tipprovdi prova li l-kriterji għall-eliġibbiltà taħt il-paragrafu 1 huma sodisfatti; u
fil-każ ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fi ħdan il-paragrafu 1(b), tiddikjara:
iż-żieda fil-persentaġġ f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu;
it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu; u
it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru bejn is-sena ta’ monitoraġġ li għaliha ġiet ippreżentata d-data f’tunnellati-kilometru taħt l-Artikolu 3e(1) fir-rigward ta’ perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) u t-tieni sena kalendarja ta’ dak il-perijodu li teċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b).
Soġġett għall-paragrafu 6, il-punt ta’ referenza għandu jkun ikkalkulat permezz tad-diviżjoni tan-numru tal-kwoti fir-riżerva speċjali bis-somma ta’:
id-data f’tunnellati-kilometru għal operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(a) inkluż fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 3(a) u 4; u
it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru li jeċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b) għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(b) inkluż fl-applikazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni skond il-paragrafi 3(c)(iii) u 4.
Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skond il-paragrafu 5, kull Stat Membru amministrattiv għandu jikkalkula u jippubblika:
l-allokazzjoni ta’ kwoti mir-riżerva speċjali lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru li l-applikazzjoni tiegħu kien ippreżentaha lill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4. Din l-allokazzjoni għandha tiġi kkalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tal-punt ta’ referenza imsemmi fil-paragrafu 5 ma’:
fil-każ ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-paragrafu 1(a), id-data f’tunnellati-kilometru inkluża fl-applikazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 3(a) u 4;
fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fi ħdan il-paragrafu 1(b), it-tkabbir assolut f’tunnellati-kilometru li jeċċedi l-persentaġġ speċifikat fil-paragrafu 1(b) inkluż fl-applikazzjoni ippreżentata lill-Kummissjoni taħt il-paragrafi 3(c)(iii) u 4; u
l-allokazzjoni ta’ kwoti għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull sena, li għandha tkun iddeterminata permezz tad-diviżjoni tal-allokazzjoni tagħha tal-kwoti taħt il-punt (a) bin-numru tas-snin kalendarji sħaħ li jibqa’ fil-perijodu msemmi fl-Artikolu 3c(2) li għalih tirreferi l-allokazzjoni.
▼M9 —————
Artikolu 3g
Pjanijiet ta’ monitoraġġ u rapportar
L-Istat Membru li jkun qed jamministra għandu jiżgura li kull operatur tal-inġenji tal-ajru jippreżenta lill-awtorità kompetenti f’dak l-Istat Membru pjan ta’ monitoraġġ li jistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emmissjonijiet u data f’tunnellati-kilometru għall-fini ta’ applikazzjoni taħt l-Artikolu 3e u li tali pjanijiet ikunu approvati mill-awtorità kompetenti skond ►M4 ►M9 l-atti ◄ msemmija fl-Artikolu 14 ◄ .
KAPITOLU III
INTALLAZZJONIJIET STAZZJONARJI
Artikolu 3h
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-permessi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għall-allokazzjoni u l-ħruġ ta’ kwoti fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I minbarra l-attivitajiet tal-avjazzjoni.
Artikolu 4
Permessi tal-emissjonijiet ta’ gass serra
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta’ Jannar 2005, l-ebda istallazzjoni ma twettaq xi attività mniżżla fl-Anness I li tirriżulta f’emissjonijiet speċifikati fir-rigward ta’ dik l-attività sakemm l-operaturi tagħha ma jkollhomx permess maħruġ minn awtorità kompetenti konformement mal-Artikoli 5 u 6, jew l-istallazzjoni ma tiġix eskluża ►M9 mill-EU ETS ◄ taħt l-Artikolu 27. Din għandha tapplika wkoll għal istallazzjonijiet magħżula taħt l-Artikolu 24.
Artikolu 5
L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra
Applikazzjoni lill-awtorità kompetenti għal permess ta’ l-emissjoni tal-gassijiet serra għandha tinkludi deskrizzjoni dwar:
l-istallazzjoni u l-attivitajiet tagħha inkluża t-teknoloġija wżata;
il-materji prima u awżiljarji, li l-użu tagħhom x’aktarx iwassal għall-emissjonijiet tal-gassijiet elenkati fl-Anness I;
is-sorsi ta’ l-emissjoni tal-gassijiet elenkati fl-Anness I mill-istallazzjoni; u
il-miżuri ppjanati sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet ement ►M9 mal-atti ◄ msemmija fl-Artikolu 14.
L-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll sommarju mhux tekniku tad-dettalji riferiti fl-ewwel sub-paragrafu.
Artikolu 6
Il-kondizzjonijiet u l-kontenut tal-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra
Permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra jista’ jkopri stallazzjoni jew iktar fuq l-istess sit imħaddma mill-istess operatur.
▼M9 —————
Il-permessi għall-emissjoni tal-gassijiet serra għandu jkun fihom dan li ġej:
l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur;
deskrizzjoni ta’ l-attivitajiet u l-emissjonijiet mill-istallazzjoni;
pjan ta’ mmonitorjar li jissodisfa r-rekwiżiti konformement ►M9 mal-atti ◄ msemmija fl-Artikolu 14. L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-operaturi biex jaġġornaw il-pjanijiet ta’ mmonitorjar mingħajr ma jinbidel il-permess. L-operaturi għandhom iressqu kwalunkwe pjan ta’ mmonitorjar aġġornat lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni.
il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ; u
obbligu li ċċedi kwoti, barra minn dawk il-kwoti maħruġa taħt il-Kapitolu II, ekwivalenti ghat-total ta’ emissjonijet tal-installazzjoni f’kull sena kalendarja, kif ivverifikati skond l-Artikolu 15, fi żmien erba’ xhur mill-aħħar ta’ dik is-sena.
Artikolu 7
Bidliet marbuta mal-istallazzjonijiet
L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe bidliet ippjanti fin-natura jew fl-operazzjoni, jew dwar estensjoni, jew tnaqqis sinifikanti fil-kapaċità, tal-istallazzjoni li tista’ tkun teħtieġ aġġornament tal-permess tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta'serra. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess. Fejn hemm bidla fl-identità tal-operatur tal-istallazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess biex tinkludi l-isem u l-indirizz tal-operatur il-ġdid.
Artikolu 8
Koordinazzjoni mad-Direttiva 2010/75/UE
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, f'każijiet fejn l-installazzjonijiet iwettqu attivitajiet li huma inklużi fl-Anness I mad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), il-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-ħruġ ta' permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiġu kkoordinati ma' dawk għall-ħruġ ta' permess previst f'dik id-Direttiva. Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu integrati fil-proċeduri previsti fid-Direttiva 2010/75/UE.
Artikolu 9
Kwantità ta’ kwoti madwar ►M9 l-Unjoni ◄ kollha
Il-kwantità ta’ kwoti madwar ►M9 l-Unjoni ◄ maħruġa kull sena mill-2013 għandha tonqos f’mod lineari min-nofs il-perjodu mill-2008 sal-2012. Il-kwantità għandha tonqos b’fattur lineari ta’ 1,74 % meta mqabbel mal-medja tal-kwanitità totali annwali tal-kwoti maħruġa mill-Istati Membri konformement mad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-pjanijiet nazzjonali tal-allokazzjoni għall-perjodu mill-2008 sal-2012. ►A1 Il-kwantità tal-kwoti ►M9 għall-Unjoni ◄ kollha ser tiżdied bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja biss bil-kwantità tal-kwoti li l-Kroazja għandha tirkanta skont l-Artikolu 10(1). ◄
Mill-2021 'il quddiem, il-fattur lineari għandu jkun ta' 2,2 %.
Artikolu 9a
Aġġustament tal-kwantità ta’ kwoti madwar ►M9 l-Unjoni ◄ kollha
Fir-rigward ta’ istallazzjonijiet li jwettqu attivitajiet imniżżla fl-Anness I, li ddaħħlu biss ►M9 fl-EU ETS ◄ mill-2013 ‘il quddiem, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta’ tali istallazzjonijiet jippreżentaw lill-awtorità kompetenti rilevanti data tal-emissjonijiet verifikata b’mod indipendenti u sostanzjat kif inhu xieraq sabiex tiġi kkunsidrata għall-kwantità tal-kwoti ta’ aġġustament ►M9 tal-Unjoni ◄ kollha li għandha tinħareġ.
Kwalunkwe data għandha tiġi ppreżentata, sat-30 ta’ April 2010, lill-awtorità kompetenti rilevanti konformement mad-dispożizzjonijiet adottati l-Artikolu 14(1).
Jekk id-data ppreżentata tiġi pprovata kif suppost, sat-30 ta’ Ġunju 2010 l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan u l-kwantità tal-kwoti li għandhom jinħarġu, aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9, tiġi aġġustata kif meħtieġ. Fil-każ ta’ istallazzjonijiet li jkollhom emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra oħra barra s-CO2, l-awtorità kompetenti tista’ titlob għal ammont iktar baxx tal-emissjonijiet abbażi tal-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjoni ta’ dawk l-istallazzjonijiet.
Artikolu 10
L-irkant tal-kwoti
Mill-2021 'il quddiem, u mingħajr preġudizzju għal tnaqqis possibbli skont l-Artikolu 10a(5a), is-sehem tal-kwoti li għandu jiġi rkantat għandu jkun ta' 57 %.
2 % tal-kwantità totali tal-kwoti fil-perijodu ta' bejn l-2021 u l-2030 għandhom ikunu rkantati biex jiġi stabbilit fond għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-immodernizzar tas-sistemi tal-enerġija ta' ċerti Stati Membri kif stabbilit fl-Artikolu 10d (“il-Fond għall-Modernizzazzjoni”).
Il-kwantità totali li jifdal tal-kwoti li jridu jiġu rkantati mill-Istati Membri għandha tkun distribwita f'konformità mal-paragrafu 2.
Il-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati minn kull Stat Membru għandha tkun magħmula kif ġej:
►M9 90 % ◄ tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom ikunu rkantati jiġu distribwiti fost l-Istati Membri f’ishma li huma identiċi għas-sehem tal-emissjonijiet verifikati konformement ►M9 mal-EU ETS ◄ għall-2005 jew il-medja tal-perjodu mill-2005 sal-2007, abbażi ta’ liema waħda tkun l-ogħla, tal-Istat Membru kkonċernat;
10 % tal-kwantità totali tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati jiġu distribwiti fost ċerti Stati Membri għal finijiet ta' solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet fl-Unjoni, b'hekk jiżdied l-ammont ta' kwoti li dawk l-Istati Membri jirkantaw taħt il-punt (a) bil-perċentwali speċifikati fl-Anness IIa.
▼M9 —————
Għall-finijiet tal-punt (a) fir-rigward tal-Istati Membri li ma pparteċipawx ►M9 fl-EU ETS ◄ fl-2005, is-sehem tagħhom għandu jiġi kkalkulat billi jintużaw l-emissjonijiet verifikati konformement ►M9 mal-EU ETS ◄ fl-2007.
Jekk meħtieġ, il-perċentwali msemmija fil-punt (b) għandhom jiġu adattati b'mod proporzjonat biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tkun ta' 10 %.
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-użu li għandu jsir minn dħul ġenerat mill-irkant ta’ kwoti. Talanqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, jew l-ekwivalenti fil-valur finanzjarju ta’ dan id-dħul, għandhom jiġu użati għal wieħed jew iżjed minn dan/dawn li ġej/ġejjin:
għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, anke billi jsir kontribut lill-Fond Dinji għall-Effiċjenza fl-Enerġija u għall-Enerġija Rinnovabbli u lill-Fond ta’ Adattament kif sar operattiv mill-Konferenza ta’ Poznan dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14 u COP/MOP 4), għall-adattament għall-impatti tal-bidla fil-klima u għall-finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għall-adattament għall-bidla fil-klima, inkluża l-parteċipazzjoni f’inizjattivi fi ħdan il-qafas tal-Pjan Ewropew Strateġiku dwar it-Teknoloġija tal-Enerġija u l-Pjattaformi għat-Teknoloġija Ewropej;
għall-iżvilupp ta' enerġiji rinnovabbli biex jitwettaq l-impenn tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli, kif ukoll biex jiġu żviluppati teknoloġiji oħra li jikkontribwixxu għat-transizzjoni għal ekonomija sikura u sostenibbli b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u bħala għajnuna fit-twettiq tal-impenn tal-Unjoni li tiżdied l-effiċjenza enerġetika għal-livelli maqbula f'atti leġislattivi rilevanti;
għal miżuri mmirati biex jevitaw id-deforestazzjoni u jiżdiedu l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni f’pajjiżi li qed jiżviluppaw li rratifikaw il-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima biex jiġu trasferiti t-teknoloġiji u jiġi ffaċilitat l-adattament għall-effetti negattivi tal-bidla fil-klima f’dawn il-pajjiżi;
għas-sekwestrazzjoni tal-forestrija ►M9 fl-Unjoni ◄ ;
għall-ġabra u l-ħażna ġeoloġika tas-CO2 b’mod ambjentalment sikur, b’mod partikolari minn impjanti tal-enerġija tal-karburanti mill-fossili solidu u numru ta’ setturi u subsetturi industrijali, anke f’pajjiżi terzi;
biex titħeġġeġ mixja favur l-emissjonijiet baxxi u l-forom pubbliċi tat-trasport;
biex jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-iżvilupp fl-effiċjenza tal-enerġija u teknoloġiji nodfa fis-setturi koperti mill-iskop ta’ din id-Direttiva;
għal miżuri maħsuba biex itejbu l-effiċjenza enerġetika, is-sistemi ta' tisħin urban u l-insulazzjoni, jew biex jipprovdu appoġġ finanzjarju sabiex jiġu indirizzati aspetti soċjali f'familji bi dħul baxx u medju;
biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għall-ġestjoni ►M9 tal-EU ETS ◄ ;
għall-finanzjament ta' azzjonijiet marbutin mal-politika dwar il-klima f'pajjiżi terzi vulnerabbli, inkluż l-adattament għall-impatti tat-tibdil fil-klima;
għall-promozzjoni tal-formazzjoni tal-ħiliet u r-rilokazzjoni tal-ħaddiema sabiex isir kontribut għal transizzjoni ġusta lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, b'mod partikolari fir-reġjuni milquta l-agħar mit-transizzjoni tal-impjiegi, f'koordinazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali.
L-Istati Membri ikunu kunsidrati bħala li ssodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk jistabbilixxu u jimplimentaw politika ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju, inkluż b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew linji politiċi regolatorji domestiċi li jaffettwaw l-appoġġ finanzjarju, stabbiliti għar-raġunijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu u li jkollhom valur ekwivalenti għal mill-inqas 50 % tad-dħul ġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmija fl-paragrafu 2, inkluż id-dħul kollu mill-irkant imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-użu tad-dħul u tal-azzjonijiet meħuda konformement ma’ dan il-paragrafu fir-rapporti tagħhom ippreżentati konformement mad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 23, biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tal-ħinijiet, l-amministrazzjoni u aspetti oħra tal-irkantar, sabiex jiġi żgurat li dan jitwettaq b'mod miftuħ, trasparenti, armonizzat u mhux diskriminatorju. Għal dak il-għan, il-proċess għandu jkun prevedibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħinijiet u s-sekwenzjar tal-irkanti u l-volumi stmati ta' kwoti li jridu jsiru disponibbli.
Dawk l-atti delegati għandhom jiżguraw li l-irkanti jkunu maħsuba biex jiżguraw li:
l-operaturi, u b'mod partikolari kwalunkwe intrapriża żgħira jew ta' daqs medju koperta mill-EU ETS, ikollhom aċċess sħiħ, ġust u ekwu;
il-parteċipanti kollha jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni fl-istess ħin u l-parteċipanti ma jimminawx l-operar tal-irkanti;
l-organizzazzjoni ta', u l-parteċipazzjoni fi, l-irkanti jkunu kosteffiċjenti u l-ispejjeż amministrattivi mhux dovuti jiġu evitati; u
l-emittenti ż-żgħar jingħataw aċċess għall-kwoti.
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tajba tar-regoli tal-irkant għal kull irkant, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess ġust u miftuħ, it-trasparenza, l-iffissar tal-prezzijiet u l-aspetti tekniċi u operazzjonali. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahar mill-irkant u għandhom jiġu ppubblikati fil-websajt tal-Kummissjoni.
Artikolu 10a
Regoli tranżitorji madwar ►M9 l-Unjoni ◄ kollha għal allokazzjoni gratis armonizzata
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward ta' regoli li japplikaw għall-Unjoni kollha u li huma kompletament armonizzati għall-allokazzjoni ta' kwoti msemmija fil-paragrafi 4, 5, 7 u 19 ta' dan l-Artikolu.
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom, safejn ikun fattibbli, jiddeterminaw punti ta’ riferiment ex ante Komunitarji sabiex jiżguraw li l-allokazzjoni sseħħ b’mod li tagħti inċentivi għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gass serra u għal teknika ta’ effiċjenza fl-enerġija, billi tqis it-teknika l-aktar effiċjenti, is-sostituti, il-proċessi alternattivi ta’ produzzjoni, il-koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja, l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, l-użu tal-bijomassa u tal-ġabra u l-ħażna tas-CO2, fejn dawn il-faċilitajiet ikunu disponibbli, u ma għandhiex tipprovdi inċentivi biex jiżdiedu l-emissjonijiet. M’għandha ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku, ħlief għall-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 10c u l-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart.
Fil-prinċipju, għal kull settur u subsettur, il-punt ta’ riferiment għandu jiġi kkalkulat għall-prodotti aktar milli għall-inputs, sabiex jiġu mmassimizzati kemm jista’ jkun it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar mill-effiċjenza enerġetika matul kull proċess ta’ produzzjoni tas-settur jew subsettur ikkonċernat.
Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante f’setturi u subsetturi individwali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.
Mal-approvazzjoni ►M9 mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li jwassal għal tnaqqis mandatorju tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra paragunabbli ma’ dawk ►M9 tal-Unjoni ◄ , il-Kummissjoni għandha tirrivedi dawk il-miżuri li jipprovdu li l-allokazzjoni gratis isseħħ biss meta din tkun ġustifkata kompletament fid-dawl ta’ dak il-ftehim.
Fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment f’setturi jew subsetturi individwali, il-punt ta’ bidu għandu jkun ir-rendiment medju tal-istallazzjonijiet li jiffurmaw l-ogħla 10 % tal-aktar istallazzjonijiet effiċjenti f’settur jew subsettur ►M9 fl-Unjoni ◄ fis-snin 2007-2008. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi u subsetturi kkonċernati.
►M9 L-atti ◄ taħt l-Artikoli 14 u 15 għandhom jipprovdu għal regoli armonizzati dwar il-monitoraġġ, l-irrappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra relatati mal-produzzjoni bil-ħsieb li jiġu ddeterminati punti ta’ riferiment ex ante.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-fini li jiġu determinati l-valuri riveduti tal-punt ta' referenza għall-allokazzjoni mingħajr ħlas. Dawk l-atti għandhom jikkonformaw mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandhom jaderixxu ma' dan li ġej:
Għall-perijodu mill-2021 sal-2025, il-valuri tal-punt ta' referenza għandhom jiġu determinati abbażi tal-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2016 u 2017. Abbażi ta' tqabbil ta' dawk il-valuri tal-punt ta' referenza mal-valuri tal-punt ta' referenza li jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE ( 3 ), kif adottata fis-27 ta' April 2011, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rata tat-tnaqqis annwali għal kull punt ta' referenza, u għandha tapplikah għall-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023 biex tiddetermina l-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025.
Fejn ir-rata ta' tnaqqis annwali taqbeż 1,6 % jew tkun anqas minn 0,2 %, il-valuri tal-punt ta' referenza għall-perijodu mill-2021 sal-2025 għandhom ikunu l-valuri tal-punt ta' referenza applikabbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 imnaqqsa bir-rata minn dawk iż-żewġ rati perċentwali li tkun rilevanti fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2023.
Għall-perijodu mill-2026 sal-2030, il-valuri tal-punt ta' referenza għandhom jiġu determinati bl-istess mod kif stabbilit fil-punti (a) sa (b) abbażi ta' informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 11 għas-snin 2021 u 2022 u abbażi tal-applikazzjoni tar-rata ta' tnaqqis annwali fir-rigward ta' kull sena bejn l-2008 u l-2028.
B'deroga fir-rigward tal-valuri tal-punt ta' referenza għall-aromatiċi, l-idroġenu u l-gass sintetiku, dawn il-valuri tal-punt ta' referenza għandhom ikunu aġġustati bl-istess perċentwal bħall-parametri referenzjarji tar-raffineriji sabiex jinżammu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-produtturi ta' dawk il-prodotti.
L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
Bil-għan li jiġi promoss l-irkupru effiċjenti tal-enerġija mill-gassijiet tal-iskart, għall-perijodu msemmi fil-punt (b) tat-tielet subparagrafu, il-valur tal-punt ta' referenza għal metall jaħraq, li fil-biċċa l-kbira hu marbut ma' gassijiet tal-iskart, għandu jiġi aġġornat b'rata ta' tnaqqis annwali ta' 0,2 %.
Fejn ikun meħtieġ inqas minn 3 % tal-kwantità totali ta' kwoti biex jiżdied l-ammont massimu disponibbli taħt il-paragrafu 5:
L-Istati Membri għandhom ifittxu wkoll li jużaw mhux aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għall-miżuri finanzjarji msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fi żmien tliet xhur mit-tmiem ta' kull sena, l-Istati Membri li jkollhom tali miżuri finanzjarji fis-seħħ għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku, f'forma li tkun faċilment aċċessibbli, l-ammont totali ta' kumpens ipprovdut għal kull settur u subsettur benefiċjarju. Mill-2018 'il quddiem, għal kull sena li fiha Stat Membru juża aktar minn 25 % tad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti għal tali finijiet, huwa għandu jippubblika rapport li jispjega r-raġunijiet għalfejn qabeż dak l-ammont. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni rilevanti dwar il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi industrijali kbar li jibbenefikaw minn tali miżuri finanzjarji, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti li jirrigwardaw il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar jekk ġewx ikkunsidrati kif dovut miżuri oħra biex jitnaqqsu b'mod sostenibbli l-ispejjeż indiretti tal-karbonju fuq perijodu ta' żmien medju sa twil.
Il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport previst fl-Artikolu 10(5), fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-effetti ta' tali miżuri finanzjarji fuq is-suq intern u, fejn ikun adatt, tirrakkomanda kwalunkwe miżura li tista' tkun meħtieġa skont dik il-valutazzjoni.
Dawk il-miżuri għandhom ikunu tali li jiżguraw protezzjoni adegwata kontra r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, abbażi ta' parametri referenzjarji ex ante tal-emissjonijiet indiretti tas-CO2 għal kull unità tal-produzzjoni. Dawk il-parametri referenzjarji ex ante għandhom jiġu kkalkulati għal settur jew subsettur partikolari bħala l-prodott tal-konsum tal-elettriku għal kull unità tal-produzzjoni li jikkorrispondi għall-iktar teknoloġiji effiċjenti disponibbli u tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-taħlita Ewropea rilevanti tal-produzzjoni tal-elettriku.
►M9 Il-kwoti mill-ammont massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu li ma kinux allokati mingħajr ħlas sal-2020 għandhom jitwarrbu għal installazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq, flimkien ma' 200 miljun kwota mqiegħdafir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq skont l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814. Mill-kwoti mwarrba, sa 200 miljun kwota għandhom jerġgħu jitqiegħdu fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq fi tmiem il-perijodu mill-2021 sal-2030 jekk ma jkunux allokati għal dak il-perijodu.
Mill-2021 'il quddiem, il-kwoti li taħt il-paragrafi 19 u 20 mhumiex allokati għal installazzjonijiet għandhom jiżdiedu mal-ammont ta' kwoti mwarrba skont l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. ◄
L-allokazzjonijiet għandhom jiġu aġġustati bil-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9.
Ma tista’ ssir ebda allokazzjoni gratis fir-rigward ta’ kwalunkwe produzzjoni tal-elettriku minn istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.
▼M9 —————
►M9 325 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi allokata mingħajr ħlas skont dan l-Artikolu, u 75 miljun kwota mill-kwantità li altrimenti tista' tiġi rkantata skont l-Artikolu 10, għandhom isiru disponibbli biex jappoġġaw l-innovazzjoni fit-teknoloġiji u l-proċessi b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi elenkati fl-Anness I, inkluż il-ġbir u l-użu tad-dijossidu tal-karbonju (CCU, carbon capture and utilisation) li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif ukoll prodotti li jissostitwixxu dawk li għandhom intensità qawwija ta' karbonju li huma prodotti f'setturi elenkati fl-Anness I, u biex jistimulaw il-bini u t-tħaddim ta' proġetti li jimmiraw għall-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 (CCS, capture and storage of CO2) mingħajr periklu għall-ambjent, kif ukoll ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli u tal-ħżin tal-enerġija; f'siti ġeografikament ibbilanċjati fit-territorju tal-Unjoni (il-“fond għall-innovazzjoni”). Il-proġetti fl-Istati Membri kollha, inklużi proġetti fuq skala żgħira, għandhom ikunu eliġibbli.
Barra minn hekk, 50 miljun kwota, mhux allokati, mir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq għandhom jissupplimentaw kull dħul li jifdal mit-300 miljun kwota disponibbli fil-perijodu mill-2013 sal-2020 taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE ( 5 ), u għandhom jintużaw b'mod f'waqtu għall-appoġġ tal-innovazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
Il-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti, filwaqt li jitqies, fejn ikun rilevanti, kemm il-proġetti jikkontribwixxu biex jinkiseb tnaqqis tal-emissjonijiet sew taħt il-parametri referenzjarji msemmija fil-paragrafu 2. Il-proġetti għandu jkollhom il-potenzjal għal applikazzjoni estensiva jew li jnaqqsu b'mod sinifikanti l-ispejjeż tat-transizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fis-setturi kkonċernati. Proġetti li jinvolvu s-CCU għandhom iwasslu għal tnaqqis nett fl-emissjonijiet u jiżguraw li s-CO2 jiġi evitat jew inkella maħżun b'mod permanenti. It-teknoloġiji li jirċievu appoġġ m'għandhomx ikunu diġà disponibbli fis-suq iżda għandhom jirrappreżentaw soluzzjonijiet rivoluzzjonarji jew ikunu maturi biżżejjed biex ikunu lesti għal dimostrazzjoni fuq skala prekummerċjali. Sa 60 % tal-ispejjeż rilevanti tal-proġetti jistgħu jiġu appoġġati, li minnhom sa 40 % ma jeħtiġux li jkunu dipendenti fuq il-prevenzjoni verifikata tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, dment li jintlaħqu l-istadji importanti predeterminati, filwaqt li titqies it-teknoloġija użata.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tar-regoli dwar l-operat tal-fond għall-innovazzjoni, inklużi l-proċedura u l-kriterji tal-għażla. ◄
Għandhom jiġu allokati kwoti għall-proġetti li jissodisfaw il-kriterji msemmija fit-tielet subparagrafu. L-appoġġ għal dawn il-proġetti għandu jingħata permezz tal-Istati Membri u għandu jikkumplimenta l-kofinanzjament sostanzjali mill-operatur tal-istallazzjoni. Huma jistgħu jiġu kkofinanzjati wkoll mill-Istati Membri kif ukoll minn strumenti oħra. L-ebda proġett m’għandu jirċievi appoġġ permezz tal-mekkaniżmu taħt dan is-subparagrafu li jeċċedi 15 % tal-għadd totali ta’ kwoti disponibbli għal dan l-għan. Dan l-appoġġ għandu jitqies taħt il-paragrafu 7.
▼M9 —————
▼M9 —————
Artikolu 10b
Miżuri transizzjonali li jappoġġaw ċerti industriji intensivi fl-enerġija f'każ ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju
Is-setturi u subsetturi li fir-rigward tagħhom il-prodott li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-intensità tal-kummerċ tagħhom ma' pajjiżi terzi bl-intensità tal-emissjonijiet tagħhom jeċċedi 0,15 jistgħu jkunu inklużi fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1, bl-użu tad-data għas-snin mill-2014 sal-2016, fuq il-bażi ta' valutazzjoni kwalitattiva u tal-kriterji li ġejjin:
il-limitu sa fejn huwa possibbli għal installazzjonijiet individwali fis-settur jew subsetturi kkonċernati li jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet jew il-konsum tal-elettriku;
il-karatteristiċi attwali u previsti tas-suq, inkluż, fejn rilevanti, kwalunkwe prezz ta' referenza komuni;
il-marġni tal-profitti bħala indikatur potenzjali ta' investiment fit-tul jew deċiżjonijiet ta' rilokazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fl-ispejjeż tal-produzzjoni marbuta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet.
Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-setturi u s-subsetturi msemmija f'dak is-subparagrafu jistgħu japplikaw lill-Kummissjoni jew għal valutazzjoni kwalitattiva tal-espożizzjoni tagħhom għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jew għal valutazzjoni abbażi tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti użati għal statistika dwar il-produzzjoni industrijali fl-Unjoni fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom). Għal dak il-għan, is-settur u s-subsettur għandhom jippreżentaw data li tkun debitament sostanzjata, sħiħa u verifikata b'mod indipendenti li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq il-valutazzjoni flimkien mal-applikazzjoni.
Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), dan jista' jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 abbażi tal-kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2. Fejn settur jew subsettur jagħżel li jiġi vvalutat fil-livell ta' 8 figuri (Prodcom), dan għandu jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1 dment li, f'dak il-livell, il-livell limitu ta' 0,2 imsemmi fil-paragrafu 1 jinqabeż.
Is-setturi u subsetturi li għalihom l-allokazzjoni bla ħlas tiġi kkalkulata abbażi tal-valuri tal-punt ta' referenza msemmija fis-subparagrafu 4 tal-Artikolu 10a(2) jistgħu jitolbu wkoll li jiġu vvalutati f'konformità mas-subparagrafu 3 ta' dan il-paragrafu.
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, sat-30 ta' Ġunju 2018 Stat Membru jista' jitlob li settur jew subsettur elenkat fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/746/UE ( 6 ) fir-rigward ta' klassifikazzjonijiet fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom) jitqies li jiġi inkluż fil-grupp imsemmi fil-paragrafu 1. Kwalunkwe tali talba għandha tiġi kkunsidrata biss fejn l-Istat Membru li jagħmel it-talba jistabbilixxi li l-applikazzjoni ta' dik id-deroga hija ġġustifikata fuq il-bażi ta' data debitament sostanzjata, sħiħa, verifikata u awditjata għall-ħames snin l-aktar reċenti pprovduta mis-settur jew is-subsettur ikkonċernat u tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha mat-talba tiegħu. Abbażi ta' dik id-data, is-settur jew is-subsettur ikkonċernat għandu jiġi inkluż fir-rigward ta' dawk il-klassifikazzjonijiet fejn, fi ħdan livell eteroġenu ta' 4 figuri (kodiċi NACE-4), jintwera li jkollu intensità tal-kummerċ u tal-emissjonijiet sostanzjalment ogħla fil-livell ta' 6 figuri jew ta' 8 figuri (Prodcom), li taqbeż il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 1.
Artikolu 10c
Għażla għal allokazzjoni bla ħlas transizzjonali għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija
L-Istat Membru kkonċernat għandu jorganizza proċess kompetittiv ta' offerti, li għandu jsir fi stadju wieħed jew aktar bejn l-2021 u l-2030, għal proġetti li jinvolvu ammont totali ta' investiment li jeċċedi EUR 12,5-il miljun, biex jintgħażlu l-investimenti li għandhom ikunu ffinanzjati b'allokazzjoni bla ħlas. Dak il-proċess kompetittiv ta' offerti għandu:
jikkonforma mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament indaqs u ġestjoni finanzjarja tajba;
jiżgura li jkunu biss dawk il-proġetti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-enerġija u s-sorsi tal-provvista tagħhom, għar-ristrutturar meħtieġ, għall-aġġornament ambjentali u r-rinnovament tal-infrastruttura, għat-teknoloġiji ndaf, bħat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, jew għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-produzzjoni tal-enerġija, bħat-tisħin urban effiċjenti u sostenibbli, u tas-settur tat-trasmissjoni u tad-distribuzzjoni, li jkunu eliġibbli biex iressqu offerta;
jiddefinixxi kriterji tal-għażla ċari, oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji għall-klassifikazzjoni tal-proġetti, sabiex jiżgura li jintgħażlu biss proġetti li:
fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, jiżguraw gwadann nett pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u jirrealizzaw livell sinifikanti determinat minn qabel ta' tnaqqis ta' CO2 filwaqt li jitqies id-daqs tal-proġett;
huma addizzjonali, jwieġbu b'mod ċar għall-ħtiġijiet ta' sostituzzjoni u modernizzazzjoni u ma jipprovdux żieda motivata mis-suq fid-domanda għall-enerġija;
joffru l-aħjar valur għall-flus; u
ma jikkontribwixxux għal, jew itejbu, il-vijabbiltà finanzjarja tal-ġenerazzjoni tal-elettriku b'emissjonijiet intensivi ħafna u lanqas ma jżidu d-dipendenza fuq karburanti fossili b'emissjonijiet intensivi.
B'deroga mill-Artikolu 10(1) u mingħajr preġudizzju għall-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'każ li investiment magħżul permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti jiġi kkanċellat jew il-prestazzjoni prevista ma tintlaħaqx, il-kwoti allokati jistgħu jintużaw permezz ta' ċiklu addizzjonali wieħed tal-proċess kompetittiv ta' offerti mhux aktar kmieni minn sena wara sabiex jiġu ffinanzjati investimenti oħrajn.
Sat-30 ta' Ġunju 2019, kwalunkwe Stat Membru li beħsiebu jagħmel użu minn allokazzjoni bla ħlas, transizzjonali u fakultattiva, għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija għandu jippubblika qafas nazzjonali dettaljat li jiddeskrivi l-proċess kompetittiv ta' offerti, inkluż l-għadd ta' ċikli ppjanati msemmija fl-ewwel subparagrafu, u l-kriterji tal-għażla għall-kummenti tal-pubbliku.
Fejn investimenti b'valur ta' inqas minn EUR 12,5-il miljun għandhom jiġu appoġġati b'allokazzjoni bla ħlas u ma jintgħażlux permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti msemmi f'dan il-paragrafu, l-Istat Membru għandu jagħżel il-proġetti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti. Ir-riżultati ta' dan il-proċess ta' għażla għandhom jiġu ppubblikati għall-kummenti tal-pubbliku. Fuq din il-bażi, l-Istat Membru kkonċernat għandu, sat-30 ta' Ġunju 2019, jistabbilixxi, jippubblika u jissottometti lill-Kummissjoni lista ta' investimenti. Fejn aktar minn investiment wieħed isir fl-istess installazzjoni, huma għandhom jiġu evalwati fit-totalità tagħhom sabiex jiġi stabbilit jekk jinqabiżx il-livell limitu ta' EUR 12,5-il miljun, sakemm dawk l-investimenti ma jkunux teknikament jew finanzjarjament vijabbli b'mod indipendenti.
Kwalunkwe kwota mhux allokata taħt dan l-Artikolu sal-2020 tista' tiġi riportata għall-perijodu mill-2021 sal-2030 għal investimenti magħżula permezz tal-proċess kompetittiv ta' offerti msemmi fil-paragrafu 2, ħlief meta l-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2019 dwar l-intenzjoni tiegħu li ma jallokax dawk il-kwoti, kollha jew parti minnhom, matul il-perijodu mill-2021 sal-2030 u dwar l-ammont ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati minflok fl-2020. Fejn tali kwoti jiġu allokati matul il-perijodu mill-2021 sal-2030, ammont korrispondenti ta' kwoti għandu jitqies għall-applikazzjoni tal-limitu ta' 60 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.
Artikolu 10d
Fond għall-Modernizzazzjoni
L-investimenti appoġġati għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Direttiva, kif ukoll l-objettivi tal-qafas politiku tal-Unjoni għall-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettivi fit-tul kif espressi fil-Ftehim ta' Pariġi. L-ebda appoġġ mill-Fond għall-Modernizzazzjoni ma għandu jingħata lil faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw karburanti fossili solidi għajr it-tisħin urban effiċjenti u sostenibbli fl-Istati Membri li għandhom PDG per capita bil-prezzijiet tas-suq taħt it-30 % tal-medja tal-Unjoni fl-2013, sakemm jkun qed jintuża ammont ta' kwoti mill-inqas ta' valur ekwivalenti għal investimenti taħt l-Artikolu 10c li ma jinvolvux karburanti fossili solidi.
Il-kumitat tal-investimenti għandu jopera b'mod trasparenti. Il-kompożizzjoni tal-kumitat tal-investimenti u l-curricula vitae u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tiegħu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u, fejn meħtieġ, jiġu aġġornati.
Fejn investiment fil-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija, li jkun propost li jiġi ffinanzjat mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, ma jaqax fl-oqsma elenkati fil-paragrafu 2, il-kumitat tal-investimenti għandu jevalwa l-vijabbiltà teknika u finanzjarja ta' dak l-investiment, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jinkiseb minnu, u joħroġ rakkomandazzjoni dwar il-finanzjament tal-investiment mill-Fond għall-Modernizzazzjoni. Il-kumitat tal-investimenti għandu jiżgura li kwalunkwe investiment relatat mat-tisħin urban jikseb titjib sostanzjali fl-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis fl-emissjonijiet. Dik ir-rakkomandazzjoni tista' tinkludi suġġerimenti dwar l-istrumenti ta' finanzjament adatti. Sa 70 % tal-ispejjeż rilevanti ta' investiment li ma jaqax fl-oqsma elenkati fil-paragrafu 2 jista' jiġi appoġġat mir-riżorsi tal-Fond għall-Modernizzazzjoni sakemm l-ispejjeż li jkun fadal jiġu ffinanzjati minn entitajiet legali privati.
Jekk ir-rappreżentant tal-BEI ma japprovax il-finanzjament ta' investiment, għandha tiġi adottata rakkomandazzjoni biss jekk maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha jivvotaw favur tagħha. Ir-rappreżentant tal-Istat Membru li fih ikun ser jitwettaq l-investiment u r-rappreżentant tal-BEI ma għandhomx ikunu intitolati li jivvotaw f'dan il-każ. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika għal proġetti fuq skala żgħira ffinanzjati permezz ta' self ipprovdut minn bank promozzjonali nazzjonali jew permezz ta' għotjiet li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' programm nazzjonali li jaqdi objettivi speċifiċi f'konformità mal-objettivi tal-Fond għall-Modernizzazzjoni, sakemm taħt il-programm ma jintużax iżjed minn 10 % tas-sehem tal-Istati Membri stabbilit fl-Anness IIb.
L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-investimenti ffinanzjati mill-Fond għall-Modernizzazzjoni. Ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandu jinkludi:
informazzjoni dwar l-investimenti ffinanzjati għal kull Stat Membru benefiċjarju;
valutazzjoni tal-valur miżjud f'termini ta' effiċjenza enerġetika jew modernizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, miksuba permezz tal-investiment.
Artikolu 11
Miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni
Sat-30 ta' Settembru 2019, għandha tiġi sottomessa lista ta' installazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva għall-ħames snin li jibdew fl-1 ta' Jannar 2021, u listi għal kull perjodu sussegwenti ta' ħames snin sussegwenti għandhom ikunu sottomessi kull ħames snin minn hemm 'il quddiem. Kull lista għandha tinkludi informazzjoni dwar l-attività ta' produzzjoni, it-trasferimenti tas-sħana u l-gassijiet, il-produzzjoni tal-elettriku u l-emissjonijiet fil-livell ta' subinstallazzjoni tul il-ħames snin kalendarji li jippreċedu s-sottomissjoni tagħha. L-allokazzjonijiet bla ħlas għandhom jingħataw biss lil installazzjonijiet fejn tiġi pprovduta tali informazzjoni.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW GĦALL-INSTALLAZZJONIJIET TAL-AVJAZZJONI U DAWK STAZZJONARJI
Artikolu 11a
L-użu tas-CERs u l-ERUs minn attivitajiet ta’ proġetti ►M9 fl-EU ETS ◄ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima
Sakemm il-livelli ta’ użu tas-CERs u ERUs permessi lill-operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 li ma nkunux ntużaw jew li tingħata awtorizzazzjoni li jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-operaturi jistgħu jitolbu lill-awtorità kompetenti biex dawn joħorġulhom kwoti li jkunu validi mill-2013 ‘il quddiem bi skambju għal CERs u ERUs maħruġa fir-rigward ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet sal-2012 minn tipi ta’ proġetti li kienu eliġibbli għall-użu ►M9 fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.
Sal-31 ta’ Marzu 2015, għandu jsir skambju bħal dan mat-talba għalih mill-awtorità kompetenti.
Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs u l-ERUs minn proġetti li ġew stabbiliti qabel l-2013 maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti validi mill-2013 ‘il quddiem.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal CERs u ERUs għal kull tip ta’ proġett li kien eliġibbli għall-użu ►M9 fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012.
Safejn ma jkunux ntużaw il-livelli tal-użu tas-CERs u ERUs permessi lil operaturi jew operaturi tal-ajruplani minn Stati Membri għall-perjodu mill-2008 sal-2012 jew li tingħata awtorizzazzjoni biex jintużaw il-krediti taħt il-paragrafu 8, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iħallu l-operaturi jiskambjaw is-CERs maħruġin fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-2013 ‘il quddiem għal kwoti minn proġetti ġodda li jkunu nbdew mill-2013 ‘il quddiem fil-PLŻ.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika għas-CERs fir-rigward tat-tipi kollha ta’ proġetti eliġibbli għall-użu ►M9 fl-EU ETS ◄ matul il-perjodu mill-2008 sal-2012, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu ratifikaw ftehim rilevanti ►M9 mal-Unjoni ◄ jew sal-2020, abbażi ta’ liema data tiġi l-ewwel.
▼M9 —————
Artikolu 11b
L-attivitajiet tal-proġett
►M9 L-Unjoni ◄ u l-Istati Membri tagħha għandhom jawtorizzaw biss attivitajiet ta’ proġetti fejn il-parteċipanti kollha ta’ proġetti jkollhom il-kwartieri tagħhom jew f’pajjiż li kkonkluda l-ftehim internazzjonali relatat ma’ proġetti bħal dawn jew f’pajjiż jew entità subfederali jew reġjonali marbutin ►M9 mal-EU ETS ◄ taħt l-Artikolu 25.
▼M9 —————
Artikolu 12
It-trasferiment, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni tal-kwoti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-kwoti jistgħu jiġu ttrasferiti bejn:
persuni ġewwa ►M9 l-Unjoni ◄ ;
persuni ġewwa ►M9 l-Unjoni ◄ u persuni f’pajjiżi terzi, meta dawn il-kwoti jiġu konoxxuti skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 25 mingħajr restrizzjonijiet oħra għajr li jkunu jinsabu, jew jiġu adottati skond din id-Direttiva.
Artikolu 13
Validità tal-kwoti
Il-kwoti maħruġa mill-1 ta' Jannar 2013 'il quddiem għandhom ikunu validi għal perijodu indefinit. Il-kwoti maħruġa mill-1 ta' Jannar 2021 'il quddiem għandhom jinkludu indikazzjoni li turi f'liema perijodu ta' għaxar snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2021 inħarġu, u jkunu validi għall-emissjonijiet mill-ewwel sena ta' dak il-perijodu 'l quddiem.
Artikolu 14
Monitoraġġ u rappurtar ta’ emissjonijiet
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
►M9 L-atti ◄ msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-evidenza xjentifika l-aktar preċiża u aġġornata li tkun disponibbli, b’mod partikolari mill-IPCC, u jista’ ukoll jispeċifika rekwiżiti biex operaturi jirrapportaw dwar emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni ta’ oġġetti prodotti minn industriji intensivi fl-enerġija li jistgħu jkunu suġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali. Dak ir-Regolament jista’ wkoll jispeċifika r-rekwiżit li, din l-informazzjoni tiġi verifkata indipendentement.
Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jinkludu r-rappurtar dwar livelli ta’ emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku koperta ►M9 bl-EU ETS ◄ assoċjata mal-produzzjoni ta’ tali oġġetti.
Artikolu 15
Verifika u Akkreditament
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rapporti ppreżentati mill-operaturi jew l-operaturi tal-inġenji tal-ajru skond l-Artikolu 14(3) jiġu vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu, u li l-awtorità kompetenti tkun infurmata b’dan.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru li r-rapport tiegħu ma jkunx ġie vverifikati skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness V u kwalunkwe dispożizzjoni dettaljata addottata mill-Kummissjoni skond dan l-Artikolu sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena ghall-emissjonijiet matul is-sena preċedenti ma jistax jagħmel trasferimenti ulterjuri ta’ kwoti sakemm ir-rapport ta’ dak l-operatur jew operatur tal-inġenji tal-ajru jiġi vverifikat bħala sodisfaċenti.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward il-verifika ta' rapporti dwar l-emissjonijiet ibbażati fuq il-prinċipji stipulati fl-Anness V, u għall-akkreditazzjoni u s-superviżjoni tal-verifikaturi. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll atti ta' implimentazzjoni għall-verifika tar-rapporti sottomessi minn operaturi tal-inġenji tal-ajru skont l-Artikolu 14(3) u l-applikazzjonijiet taħt l-Artikoli 3e u 3f, inklużi l-proċeduri ta' verifika li għandhom jintużaw mill-verifikaturi. Hija għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet għall-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni, għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-entitajiet tal-akkreditazzjoni, kif ikun adatt.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 22a(2).
Artikolu 15a
L-iżvelar ta’ informazzjoni u s-sigriet professjonali
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u r-rapporti kollha relatati mal-kwantità u mal-allokazzjoni ta’ kwoti u mal-monitoraġġ, rappurtar u verifika tal-emissjonijiet jiġu żvelati immedjatament b’mod ordnat li jiżgura aċċess mingħajr diskriminazzjoni.
L-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali ma tistax tiġi żvelata lil kwalunkwe persuna jew awtorità oħra ħlief permezz tal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu applikabbli.
Artikolu 16
Il-Penali
Kwalunkwe talba minn Stat Membru amministrattiv taħt il-paragrafu 5 għandha tinkludi:
evidenza li l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma kkonformax mal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva;
dettalji tal-azzjoni ta’ infurzar li ttieħdet minn dak l-Istat Membru;
ġustifikazzjoni għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell ►M9 ta' Unjoni ◄ ; u
rakkomandazzjoni għall-ambitu ta’ projbizzjoni ta’ operar fil-livell ►M9 ta' Unjoni ◄ u kwalunkwe kondizzjoni li għandha tiġi applikata.
Artikolu 17
L-aċċess għall-informazzjoni
Id-Deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti, l-informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ proġetti fejn Stat Membru jipparteċipa jew jawtorizza lill-entitajiet privati jew pubbliċi biex jipparteċipaw, u r-rapporti dwar l-emissjonijiet meħtieġa fil-permess dwar l-emissjoni ta’ gass serra u li jinżamm mill-awtorità kompetenti, għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku skond id-Direttiva 2003/4/KE.
Artikolu 18
L-awtorità kompetenti
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti amministrattivi xieraq, inkluża n-nomina ta’ l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti xierqa, sabiex jimplimentaw ir-regoli ta’ din id-Direttiva. Meta jiġu nnominati awtorità kompetenti jew iktar, irid jiġi kkordinat ix-xogħol midħul għalih minn dawn l-awtoritajiet skond din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom b’mod partikulari jiżguraw li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-punt fokali tagħhom sabiex jiġu approvati attivitajiet ta’ proġetti skond l-Artikolu 6(1)(a) tal-Protokoll ta’ Kjoto u l-awtorità nazzjonali nominata tagħhom għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 12 tal-Protokoll ta’ Kjoto rispettivament nominati skond deċiżjonijiet sussegwentement adottati taħt l-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kjoto.
Artikolu 18a
Stat Membru Amministrattiv
L-Istat Membru amministrattiv fir-rigward ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun:
fil-każ ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru b’liċenzja operattiva valida maħruġa minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers ( 9 ), l-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja operattiva fir-rigward ta’ dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u
fil-każijiet kollha l-oħra, l-Istat Membru bl-akbar ammont ta’ emissjonijiet stmati u dovuti lill-avjazzjoni minn titjiriet mwettqa minn dak l-operatur tal-inġenji tal-ajru fis-sena ta’ bażi.
Abbażi tal-aqwa informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni għandha:
qabel l-1 ta’ Frar 2009, tippubblika lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li wettqu attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2006 li tispeċifika l-Istat Membru amministrattiv għal kull operatur tal-inġenji tal-ajru skond il-paragrafu 1; u
qabel l-1 ta’ Frar ta’ kull sena sussegwenti, taġġorna l-lista biex tinkludi l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li sussegwentement wettqu attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I.
Artikolu 18b
Assistenza mill-Eurocontrol
Għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi tagħha skond l-Artikoli 3c(4) u 18a, il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza tal-Eurocontrol jew ta’ organizzazzjoni rilevanti oħra u tista’ tikkonkludi għal dak l-għan kwalunkwe ftehim xieraq ma’ dawk l-organizzazzjonijiet.
Artikolu 19
L-Uffiċċji tar-Reġistrazzjonijiet
Kwoti maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2012 ‘il quddiem għandhom jinżammu fir-reġistru ►M9 tal-Unjoni ◄ għall-eżekuzzjoni ta’ proċessi relatati mal-ġestjoni ta’ kontijiet ta’ depożitu miftuħa fl-Istat Membru u l-allokazzjoni, iċ-ċediment u l-kanċellazzjoni ta’ kwoti konformement ►M9 mal-atti ◄ tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3.
Kull Stat Membru għandu jkun jista’ jwettaq l-eżekuzzjoni ta’ operazzjonijiet awtorizzati konformement mal-UNFCCC jew il-Protokoll ta’ Kyoto.
Artikolu 20
L-Amminstratur Ċentrali
Artikolu 21
Ir-rappurtaġġ mill-Istati Membri
Artikolu 21a
L-appoġġ ta’ attivitajiet ta’ żvilupp ta' kapaċità
Skond il-UNFCCC, il-Protokoll ta’ Kjoto u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti adottata għall-implimentazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jappoġġaw attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’pajjiżi fejn l-ekonomija tkun fi transizzjoni sabiex jgħinuhom jagħmlu użu sħiħ tal-JI u tal-CDM b’mod ta’ appoġġ ma’ l-istrateġiji tagħhom ta’ żvilupp sostenibbli u sabiex jiffaċilitaw it-tqabbid ta’ entitajiet fl-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ proġett ta’ JI u CDM.
Artikolu 22
Emendi għall-Annessi
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda, fejn meħtieġ, l-Annessi ma' din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Annessi I, IIa u IIb, fid-dawl tar-rapporti previsti fl-Artikolu 21 u tal-esperjenza tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Annessi IV u V jistgħu jiġu emendati sabiex jittejbu l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet.
Artikolu 22a
Proċedura ta' kumitat
Fejn il-kumitat ma jagħtix opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 23
L-eżerċitar tad-delega
Artikolu 24
Proċeduri għall-inklużjoni unilaterali ta’ attivitajiet addizzjonali u gassijiet
Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru, jistgħu jiġu adottati ►M9 atti ◄ dwar il-monitoraġġ ta’, u r-rappurtar dwar, emissjonijiet li jikkonċernaw attivitajiet, istallazzjonijiet u gassijiet serra li ma humiex elenkati fi grupp wieħed fl-Anness I, jekk dak il-monitoraġġ u rappurtar jistgħu jitwettqu bi preċiżjoni suffiċjenti.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva għal dan il-għan.
Artikolu 24a
Regoli armonizzati għal proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet
Minbarra l-inklużjonijiet previsti fl-Artikolu 24, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-ħruġ ta' kwoti jew krediti fir-rigward ta' proġetti amministrati minn Stati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li ma jkunux koperti mill-EU ETS.
Tali miżuri għandhom ikunu konsistenti mal-atti adottati skont dak li qabel kien l-Artikolu 11b(7) kif kien fis-seħħ qabel it-8 ta' April 2018. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistipula l-proċedura li għandha tiġi segwita.
Kwalunkwe miżura bħal din ma għandhiex tirriżulta fl-għadd doppju ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet u lanqas timpedixxi l-impenn ta’ miżuri ta’ politika oħra għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux koperti ►M9 bl-EU ETS ◄ . Għandhom jiġu adottati miżuri biss meta l-inklużjoni ma tkunx possibbli taħt l-Artikolu 24, u r-reviżjoni li jmiss ►M9 tal-EU ETS ◄ għandha tikkunsidra tarmonizza l-kopertura ta’ dawk l-emissjonijiet madwar ►M9 l-Unjoni ◄ kollha.
▼M9 —————
Stat Membru jista’ jirrifjuta li joħroġ kwoti jew krediti fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fuq it-territorju tiegħu stess.
Dawn il-proġetti għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-ftehim tal-Istat Membru fejn jitwettaq il-proġett.
Artikolu 25
Ir-rabtiet ma’ skemi oħra ta’ skambju ta’ emissjoni tal-gassijiet serra
▼M9 —————
Artikolu 25a
Miżuri ta’ pajjiżi terzi biex jitnaqqas l-impatt tal-avjazzjoni fuq it-tibdil fil-klima
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex temenda l-Anness I ma' din id-Direttiva biex ikun previst li titjiriet li jaslu mill-pajjiż terz ikkonċernat jiġu esklużi mill-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I jew biex tkun prevista kull emenda oħra għall-attivitajiet tal-avjazzjoni elenkati fl-Anness I, ħlief b'rabta mal-kamp ta' applikazzjoni, li huma meħtieġa minn ftehim konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. ◄
Il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill emendi oħra għal din id-Direttiva.
Il-Kummissjoni tista’ wkoll, fejn xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 300(1) tat-Trattat biex tiftaħ negozjati bil-ħsieb tal-konklużjoni ta’ ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat.
Artikolu 26
L-emenda għad-Direttiva 96/61/KE
Fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/61/KE għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:
“Meta l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-dinja minn stallazzjoni jiġu speċifikati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti għall-emissjoni tal-gassijiet serra dinjia u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ( *1 ) fejn tidħol attività mwettqa f’din l-istallazzjoni, il-permess ma għandux jinkludi valur tal-limitu ta’ l-emissjonijiet għall-emissjonijiet diretti ta’ dan il-gass għajr jekk meħtieġ sabiex jiġi żgurat illi ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġiż lokali sinifikanti.
Għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I mad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jimponux ħtiġiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-effiċjenza ta’ l-emerġija rigward l-unitajiet tal-kombustjoni jew emissjonijiet oħra li jitfgħu id-dijossidu tal-karbonju fuq is-sit.
Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jemendaw il-permess kif appoprjat.
It-tliet sub-paragrafi preċedenti ma għandhomx japplikaw għall-istallazzionijiet esklużi temporanjament mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni tal-gassijiet serra ġewa l-Komunità skond l-Artikolu 27 td-Direttiva 2003/87/KE.
Artikolu 27
Esklużjoni ta’ istallazzjonijiet żgħar suġġetti għal miżuri ekwivalenti
Wara li jikkonsultaw lill-operatur, l-Istati Membri jistgħu jeskludu, ►M9 mill-EU ETS ◄ , istallazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti emissjonijiet ta’ anqas minn 25 000 tunnellata ekwivalenti ta’ dijossidju tal-karbonju u, meta jwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, ikollhom kapaċità termika nominali ta’ anqas minn 35 MW, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa f’kull waħda mit- 3 snin li jippreċedu n-notifika msemmija f’punt (a), u li huma suġġetti għal miżuri li jiksbu kontribut ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet, jekk l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
jinnotifika l-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawn l-istallazzjonijiet, filwaqt li jispeċifika l-miżuri ekwivalenti li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li qegħdin fis-seħħ, qabel ma l-lista ta’ istallazzjonijiet taħt l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata u mhux aktar tard minn meta din il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;
jikkonferma li hemm arranġamenti ta’ monitoraġġ fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja; L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jkun hemm miżuri simplifikati ta’ monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-istallazzjonijiet b’emissjonijiet annwali vverifikati bejn l-2008 u l-2010 li jkunu anqas minn 5 000 tunnellata fis-sena, taħt l-Artikolu 14;
jikkonferma li jekk xi istallazzjoni tkun sors ta’ 25 000 tunnellata ta’ emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti tad-dijossidju tal-karbonju, esklużi l-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunwe sena kalendarja jew li l- miżuri li japplikaw għal dik l-istallazzjoni li se tikseb kontribut ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ma għadhomx fis-seħħ, l-istallazzjoni tiġi introdotta mill-ġdid ►M9 fl-EU ETS ◄ ;
jippubblika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) għall-kummenti mill-pubbliku.
L-isptarijiet jistgħu ikunu esklużi jekk jieħdu miżuri ekwivalenti.
Jekk, wara perjodu ta’ tliet xhur mid-data tan-notifika għall-pubbliku biex jikkumenta, il-Kummissjoni ma toġġezzjonax fi żmien perjodu ieħor ta’ sitt xhur, l-esklużjoni għandha titqies bħala approvata.
Wara ċ-ċessjoni ta’ kwoti fir-rigward tal-perjodu li matulu l-istallazzjoni tkun imdaħħla ►M9 fl-EU ETS ◄ , l-istallazzjoni għandha tiġi eskluża u l-Istat Membru m’għandux joħroġ kwoti iżjed gratis għall-istallazzjoni taħt l-Artikolu 10a.
Meta istallazzjoni terġa’ tiddaħħal ►M9 fl-EU ETS ◄ taħt il-paragrafu 1(c), kwalunkwe kwoti maħruġa taħt l-Artikolu 10a għandhom jingħataw b’bidu fis-sena ta’ meta terġa tiddaħħal. Il-Kwoti maħruġa lil dawn l-istallazzjonijiet għandhom jitnaqqsu mill-ammont li jkun se jiġi rkantat taħt l-Artikolu 10(2) mill-Istat Membru li fih tkun qiegħda l-istallazzjoni.
Kwalunkwe tali installazzjoni għandha tibqa' fl-EU ETS għall-bqija tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 11(1) li matulu kienet iddaħħlet mill-ġdid fiha.
Artikolu 27a
L-esklużjoni fakultattiva ta' installazzjonijiet b'emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 tunnellata
L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-EU ETS installazzjonijiet li rrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat emissjonijiet ta' inqas minn 2 500 tunnellata ta' ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, f'kull sena mit-tliet snin qabel in-notifika taħt il-punt (a), dment li l-Istat Membru kkonċernat:
jinnotifika lill-Kummissjoni dwar kull waħda minn dawk l-installazzjonijiet qabel ma l-lista ta' installazzjonijiet skont l-Artikolu 11(1) tkun trid tiġi ppreżentata jew mhux aktar tard minn meta dik il-lista tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;
jikkonferma li hemm arranġamenti ta' monitoraġġ simplifikati fis-seħħ li jivvalutaw jekk kwalunkwe istallazzjoni tkunx is-sors ta' 2 500 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja;
jikkonferma li jekk kwalunkwe installazzjoni tkun is-sors ta' 2 500 tunnellata ta' emissjonijiet jew aktar tal-ekwivalenti għad-dijossidu tal-karbonju, bl-esklużjoni tal-emissjonijiet mill-bijomassa, fi kwalunkwe sena kalendarja, l-installazzjoni tiddaħħal mill-ġdid fl-EU ETS; u
jagħmel l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) (b) u (c) disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 28
Aġġustamenti applikabbli mal-approvazzjoni ►M9 mill-Unjoni ◄ ta’ ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima
Fi żmien tliet xhur wara li ►M9 l-Unjoni ◄ tiffirma ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima, li jwassal, sal-2020, għal livelli mandatorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaqbżu l-20 % meta mqabbla mal-livelli fl-1990, kif rifless fl-impenn għal tnaqqis ta’ 30 % approvat mill-Kunsill Ewropej ta’ Marzu 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jevalwa, b’mod partikulari, l-elementi li ġejjin:
in-natura tal-miżuri miftiehma fil-qafas tan-negozjati internazzjonali kif ukoll l-impenji magħmula minn pajjiżi żviluppati oħra dwar tnaqqis tal-emissjonijiet komparabbli ma’ dawk tal-UE u l-impenji magħmula minn pajjiżi bi żvilupp ekonomiku aktar avvanzat biex jikkontribwixxu b’mod xieraq abbażi tar-responsabilitajiet u l-kapaċitajiet rispettivi tagħhom;
l-implikazzjonijiet tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima u konsegwentement l-għażliet mitluba fil-livell ►M9 ta' Unjoni ◄ sabiex isir tqarrib għall-mira ta’ tnaqqis aktar ambizzjuża ta’ 30 % b’mod bilanċjat, trasparenti u ġust, waqt li jitqies ix-xogħol tal-ewwel perjodu ta’ impenn tal-Protokoll ta’ Kyoto;
il-kompetittività tal-industriji ►M9 tal-Unjoni ◄ tal-manifattura fil-kuntest tar-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
l-impatt tal-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima fuq setturi ekonomiċi ►M9 oħra tal-Unjoni ◄ ;
l-impatt fuq il-qasam agrikolu ►M9 tal-Unjoni ◄ , inklużi r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
il-modalitajiet xierqa biex ikunu inklużi emissjonijiet u assorbimenti relatati ma’ użu tal-art, bdil fl-użu tal-art u forestrija ►M9 fl-Unjoni ◄ ;
l-afforestazzjoni, il-forestazzjoni mill-ġdid, l-evitar tad-deforestazzjoni u tad- degradazzjoni tal-foresta f’pajjiżi terzi, f’każ li tiġi stabbilita xi sistema internazzjonali rikonoxxuta f’dan il-kuntest;
Fuq il-bażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun il-każ, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li temenda din id-Direttiva taħt il-paragrafu 1, bil-għan li d-Direttiva emendatorja tidħol fis-seħħ wara li l-ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima jiġi approvat ►M9 mill-Unjoni ◄ u fid-dawl tal-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jrid jiġi implimentat taħt dak il-ftehim.
Il-proposta għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ effiċjenza ekonomika u ta’ effettività mill-att ta’ spejjeż, kif ukoll ta’ ekwità u ta’ solidarjetà fid-distribuzzjoni tal-impenji bejn l-Istati Membri.
Artikolu 28a
Derogi applikabbli minn qabel l-implimentazzjoni tal-miżura globali bbażata fuq is-suq tal-ICAO
B'deroga mill-Artikoli 12(2a), 14(3) u l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet li huma sodisfatti u ma għandhomx jieħdu azzjoni kontra operaturi tal-inġenji tal-ajru fir-rigward ta':
l-emissjonijiet kollha minn titjiriet minn u lejn l-ajrudromi li jinsabu f'pajjiżi li mhumiex fiż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-1 ta' Jannar 2013 sal-31 ta' Diċembru 2023, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b;
l-emissjonijiet kollha minn titjiriet bejn ajrudromu li jinsab f'reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u ajrudromu li jinsab f'reġjun ieħor taż-ŻEE f'kull sena kalendarja mill-31 ta' Jannar 2013 sal-1 ta' Diċembru 2023, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.
▼M8 —————
Għall-finijiet tal-Artikoli 11a, 12 u 14, l-emissjonijiet ivverifikati minn titjiriet għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu li huma l-emissjonijiet ivverifikati tal-operatur tal-inġenju tal-ajru.
B'deroga mill-Artikolu 3f(8), kwoti li mhumiex allokati mir-riżerva speċjali għandhom jiġu kkanċellati.
Mill-1 ta' Jannar 2021, l-għadd ta' kwoti allokati lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tal-fattur lineari msemmi fl-Artikolu 9, soġġett għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 28b.
Fir-rigward tal-attività fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2023, l-Istati Membri għandhom, qabel l-1 ta' Settembru 2018, jippubblikaw l-għadd ta' kwoti tal-avjazzjoni allokati lil kull operatur tal-inġenji tal-ajru.
▼M8 —————
Artikolu 28b
Ir-rappurtar u r-reviżjoni mill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq
F'konformità mar-rendikont globali tal-UNFCCC, il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar l-isforzi sabiex jinkiseb l-għan fit-tul mixtieq ta' tnaqqis ta' emissjonijiet tas-settur tal-avjazzjoni li sal-2050 l-emissjonijiet tas-CO2 mill-avjazzjoni jitnaqqsu bin-nofs meta mqabbla mal-livelli tal-2005.
Artikolu 28c
Dispożizzjonijiet għal monitoraġġ, rappurtar u verifika għall-fini tal-miżura globali bbażata fuq is-suq
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta din id-Direttiva fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika adegwati tal-emissjonijiet biex tiġi implimentata l-miżura globali tal-ICAO bbażata fuq is-suq fir-rotot kollha koperti minnha. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq l-istrumenti rilevanti adottati fl-ICAO, għandhom jevitaw kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u jkunu konsistenti mal-prinċipji fl-atti msemmija fl-Artikolu 14(1), u għandhom jiżguraw li r-rapporti dwar l-emissjonijiet li jitressqu jkunu verifikati skont il-prinċipji u l-kriterji ta' verifika stabbiliti fl-Artikolu 15.
Artikolu 29
Rapport biex jiżgura li s-suq tal-karbonju jiffunzjona aħjar
Jekk, fuq il-bażi tar-rapporti regolari dwar is-suq tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni jkollha prova li s-suq tal-karbonju mhux qed jiffunzjona sewwa, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti li jkollhom l-objettiv li tiżdied it-trasparenza tas-suq tal-karbonju u miżuri biex jittejjeb il-funzjonament tiegħu.
Artikolu 29a
Miżuri f’każ li jkun hemm oxxillazzjonijiet kbar fil-prezzijiet
Jekk l-evoluzzjoni tal-prezz msemmija fil-paragrafu 1 ma tikkorrispondix għar-regoli fundamentali tas-suq, tista’ tiġi adottati waħda mill-miżuri li ġejjin, filwaqt li jitqies il-grad tal-evoluzzjoni tal-prezz:
Miżura li tippermetti lill-Istati Membri li jantiċipaw l-irkantar bħala parti minn kwantità li trid tiġi rkantata.
Miżura li tippermetti lill-Istati Membri li jirkantaw sa 25 % tal-kwoti li jifdal fir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq.
Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura amministrattiva msemmija fl-Artikolu 23(4).
Artikolu 30
Reviżjoni fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-iżvilupp tas-swieq tal-karbonju f'ekonomiji ewlenin oħra
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJO NIJIET FINALI
Artikolu 31
L-implimentazzjoni
Il-Kummisjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra b’dawn il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 32
Id-Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 33
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
KATEGORIJI TA’ ATTIVITAJIET LI GĦALIHOM TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA
1. |
L-istallazzjonijiet jew il-partijiet tal-istallazzjonijiet użati għar-riċerka, l-iżvilupp u t-testjar ta’ prodotti u proċessi ġodda u istallazzjonijiet li jużaw biss il-bijomassa mhumiex koperti b’din id-Direttiva. |
2. |
Il-valuri tal-limitu minimu t’hawn taħt ġeneralment jirriferu għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni jew għall-produzzjoni. Meta diversi attivitajiet li jaqghu taht l-istess kategorija jithaddmu fl-istess istallazzjoni, il-kapacitajiet ta’ dawn l-attivitajiet jinghaddu flimkien. |
3. |
Meta l-input termiku nominali totali ta’ istallazzjoni jiġi kkalkulat sabiex jiġi deċiż jekk tiddaħħalx ►M9 fl-EU ETS ◄ , l-inputs termiċi nominali tal-junits tekniċi kollha li jagħmlu parti minnha u li fihom jinħarqu karburanti fi ħdan l-istallazzjoni, jingħaddu flimkien. Dawn il-junits jistgħu jinkludu kull tip ta’ bojlers, berners, turbini, ħiters, fran tal-funderiji, inċineraturi, kalkari tal-ġir, kalkari, fran, impjanti nixxiefa (dryers), magni, ċelluli tal-karburanti, junits tal-kombustjoni “chemical looping”, torċi (flares), u impjanti termiċi jew katalitiċi tal-post-kombustjoni. Junits b’input termiku nominali taħt it-3 MW u junits li jużaw biss il-bijomassa ma jitqisux għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu. “Junits li jużaw biss il-bijomassa” jinkludu impjanti li jużaw il-karburanti fossili meta jitqabbdu jew meta jintfew biss. |
4. |
Jekk unità taqdi attività li għaliha l-limitu minimu mhux espress bħala input termiku nominali totali, il-limitu minimu ta’ din l-attività għandu jieħu preċedenza għad-deċiżjoni dwar l-inklużjoni ►M9 fl-EU ETS ◄ . |
5. |
Meta l-limitu minimu ta’ kapacita ta’ kull attivita f’dan l-Anness jinstab li jkun inqabeż f’xi istallazzjoni, il-junits kollha li fihom jinħaraq karburanti, ħlief għall-impjanti għall-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż jew muniċipali, għandhom jiddaħħlu fil-permess għall-emissjoni tal-gassijiet serra. |
6. |
Mill-1 ta’ Jannar 2012 it-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajruport sitwat fit-territorju ta’ Stat Membru li għalih japplika t-Trattat għandu jkun inkluż.
|
ANNESS II
IL-GASSIJIET SERRA DINJIA RIFERITI FL-ARTIKOLI 3 U 30
Id-Dijossidu tal-karbonju (CO2)
Il-Metan (CH4)
L-Ossidu nitriku (N2O)
L-Idrofluworokarboni (HFCs)
Il-Perfluworokarboni (PFCs)
L-Essafluworur tal-kubrit (SF6)
ANNESS IIa
Żidiet fil-perċentwali ta’ kwoti li jistgħu jinbiegħu bl-irkant mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 10(2)(a), għall-finijiet tas-solidarjetà u t-tkabbir Komunitarju, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u għall-adattament għall-effetti tal-bidla fil-klima
|
Sehem tal-Istat Membru |
▼M9 ————— |
|
Il-Bulgarija |
53 % |
Ir-Repubblika Ċeka |
31 % |
L-Estonja |
42 % |
Il-Greċja |
17 % |
Spanja |
13 % |
Il-Kroazja |
26 % |
▼M9 ————— |
|
Ċipru |
20 % |
Il-Latvja |
56 % |
Il-Litwanja |
46 % |
▼M9 ————— |
|
L-Ungerija |
28 % |
Malta |
23 % |
Il-Polonja |
39 % |
Il-Portugall |
16 % |
Ir-Rumanija |
53 % |
Is-Slovenja |
20 % |
Is-Slovakkja |
41 % |
▼M9 ————— |
ANNESS IIb
DISTRIBUZZJONI TA' FONDI MILL-FOND GĦALL-MODERNIZZAZZJONI SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2030
|
Sehem mill-Fond għall-Modernizzazzjoni |
Il-Bulgarija |
5,84 % |
Ir-Repubblika Ċeka |
15,59 % |
L-Estonja |
2,78 % |
Il-Kroazja |
3,14 % |
Il-Latvja |
1,44 % |
Il-Litwanja |
2,57 % |
L-Ungerija |
7,12 % |
Il-Polonja |
43,41 % |
Ir-Rumanija |
11,98 % |
Is-Slovakkja |
6,13 % |
▼M4 —————
ANNESS IV
IL-PRINĊIPJI GĦALL-MONITORAĠĠ U R-RAPPURTAĠĠ RIFERITI FL-ARTIKOLU 14(1)
PARTI A – Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji
Il-monitoraġġ ta' l-emissjonijiet tad-dijossisdu tal-karbonju
L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati jew bil-kalkolu jew fuq il-bażi tal-kejl.
Il-kalkolu
Il-kalkoli ta' l-emissjonijiet għandhom jitwettqu bl-użu tal-formola:
L-informazzjoni dwar l-attività (il-karburant użat, ir-rata tal-produzzjoni, eċċ) għandhom jiġu mmonitorjati fuq il-bażi ta' l-informazzjoni dwar il-provvista jew tal-kejl.
Għandhom jintużaw fatturi aċċettati ta' l-emissjonijiet. Huma aċċettabbli l-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet rigward il-karburanti kollha. Huma aċċettabbli l-fatturi tan-nuqqas għall-karburanti kollha minbarra dawk mhux kummerċjali (karburanti ta' l-iskart bħalma huma t-tyres u l-gassijiet tal-proċessi industrijali). Nuqqasijiet li huma speċifiċi għas-saff rigward il-faħam, u nuqqasijiet speċifiċi għall-UE jew speċifiċi għall-pajjiż rigward il-produttur għall-gass naturali għandhom jiġu elaborati iktar. Il-valuri IPCC tan-nuqqas huma aċċettabbli għall-prodotti tar-raffineriji. Il-valur ta' l-emissjonijiet għall-bijomassa għandu jkun żero.
Jekk il-fattur ta' l-emissjonijiet ma jqisx il-fatt illi wħud mill-karbonji ma jkunux ossidizzati, allura għandu jintuża fattiu addizzjonali għall-ossidazzjoni. Jekk il-fatturi speċifiċi għall-attività ta' l-emissjonijiet ikunu ġew ikkalkolati u diġà jieħdu l-ossidazzjoni f'konsiderazzjoni, allura l-fattur ta' l-ossidazzjoni ma għandux għalfejn jiġi applikat.
Għandhom jintużaw il-fatturi tan-nuqqas rigward l-ossidazzjoni żviluppati skond id-Direttiva 96/61/KE, għajr jekk l-operatur jista' juri illi l-fatturi speċifiċi għall-attività huma iktar eżatti.
Għandu jsir kalkolu separat għal kull attività, stallazzjoni u għal kull karburant.
Il-kejl
Il-kejl ta' l-emissjonijiet għandu juża metodi standardizzati jew aċċettati, u għandhom jiġu kkorroborati minn kalkolu ta' appoġġ ta' l-emissjonijiet.
Il-monitoraġġ ta' l-emissonijiet ta' gassijiet oħra tas-serra.
Għandhom jintużaw metodi standardizzati jew metodi aċċettati, żviluppati mill-Kummissjoni b'kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, u adottati skont l-Artikolu 14(1).
Ir-Rappurtaġġ ta' l-emissjonijiet
Kull wieħed mill-operaturi għandu jinkludi t-tagħrif li ġej fir-rapport dwar stallazzjoni:
L-informazzjoni dwar l-istallazzjoni, li tinkludi:
Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu kkalkolati l-emissjonjiet:
Għal kull attività ta' l-Anness I imwettqa fuq is-sit li għaliha jiġu mkejla l-emissjonjiet:
Għall-emissjonijiet mill-kombustjoni, ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-fattur ta' l-ossidazzjoni, għajr jekk l-ossidazzjoni tkun diġà tqieset fl-iżvilupp ta' fattur speċifiku għall-attività ta' l-emissjoni.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkordinaw il-ħtiġiet tar-rappurtaġġ ma' kull ħtieġa eżistenti tar-rappurtaġġ sabiex jimminimizaw it-toqol tar-rappurtaġġ fuq in-negozji.
PARTI B – Il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni
Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju
L-emissjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati permezz ta’ kalkolu. L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-formola:
Konsum tal-karburant × fattur ta’ emissjoni
Il-konsum tal-karburant għandu jinkludi l-karburant ikkunsmat mill-ġeneratur awżiljarju. Il-konsum attwali tal-karburant għal kull titjira għandu jintuża kull fejn hu possibbli u għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formola:
Ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru ladarba jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira – ammont ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet tal-inġenju tal-ajru wara li jkun sar il-mili tal-karburant għat-titjira sussegwenti + mili tal-karburant għal dik it-titjira sussegwenti.
Jekk id-data tal-konsum attwali tal-karburant ma tkunx disponibbli, għandu jintuża metodu standardizzat imqassam f’livelli għall-istima tad-data tal-konsum tal-karburant ibbażat fuq l-aqwa informazzjoni disponibbli.
Għandhom jintużaw il-fatturi ta’ bażi għall-emissjonijiet IPCC, meħudin mil-Linji Gwida tal-Inventarju tal-IPCC 2006 jew minn aġġornamenti sussegwenti ta’ dawn il-Linji Gwida, sakemm ma jkunux aktar preċiżi l-fatturi għall-emissjonijiet marbutin speċifikament mal-attività li waslu għalihom laboratorji indipendenti akkreditati permezz ta’ metodi ta’ analiżi aċċettati. Il-fattur tal-emissjoni għall-bijomassa għandu jkun żero.
Għandu jsir kalkolu separat għal kull titjira u għal kull karburant.
Ir-rappurtaġġ tal-emissjonijiet
Taħt l-Artikolu 14(3) kull operatur tal-inġenji tal-ajru, fir-rapport tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
Data li tiddentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:
Għal kull tip ta’ karburant li għalih jiġu kkalkulati l-emissjonijiet:
Il-monitoraġġ tad-data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f
Għall-fini tal-applikazzjoni għal allokazzjoni ta’ kwoti skond l-Artikolu 3e(1) jew l-Artikolu 3f(2), l-ammont tal-attività tal-avjazzjoni għandu jiġi kkalkulat f’tunnellati-kilometru permezz tal-formola li ġejja:
tunnellati-kilometru = distanza x tagħbija li tinġarr bi ħlas
fejn:
“distanza” tfisser id-distanza fiċ-ċirku kbir bejn l-ajrudrom tat-tluq u l-ajrudrom tal-wasla b’żieda ta’ fattur fiss addizzjonali ta’ 95 km; u
“tagħbija li tinġarr bi ħlas” tfisser il-massa totali tal-merkanzija, il-posta u l-passiġġieri li nġarru.
Għall-finijiet tal-kalkolu tat-tagħbija li tinġarr bi ħlas:
Ir-rappurtaġġ ta’ data f’tunnellati-kilometru għall-fini tal-Artikoli 3e u 3f
Kull operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja fl-applikazzjoni tiegħu skond l-Artikolu 3e(1) jew Artikolu 3f(2):
Data li tidentifika l-operatur tal-inġenji tal-ajru, inkluż:
Data f’tunnellati-kilometru:
ANNESS V
IL-KRITERJI GĦALL-VERIFIKA RIFERITI FL-ARIKOLU 15
PARTI A – Il-verifika tal-emissjonijiet minn installazzjonijiet stazzjonarji
Il-Prinċipji ġenerali
1. L-emissjonijiet minn kull waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu bla ħsara għal verifika.
2. Il-proċess tal-verifika għandu jinkludi l-konsiderazzjoni tar-rapport skond l-Artikolu 14(3) u tal-monitoraġġ matul is-sena ta’ qabel. Għandu jindirizza l-fiduċja, il-kredibbiltà u l-eżattezza tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-informazzjoni u t-tagħrif irrappurtati fejn jidħlu l-emissjonijiet, b’mod partikolari:
l-informazzjoni dwar l-attività rrappurtata u l-kejlijiet u l-kalkoli rrelatati;
il-għażla u l-użu tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet;
il-kalkoli li jwasslu sabiex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali; u
jekk jintuża l-kejl, l-approprjatezza tal-għażla u l-użu tal-metodi tal-kejl.
3. L-emissjonijiet irrappurtati jistgħu jiġu vvalidati biss jekk l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ fiduċja u kredibbli jippermettu li l-emissjonijiet jiġu stabbiliti b’livell għoli ta’ ċertezza. Livell għoli ta’ ċertezza jeħtieġ li l-operatur juri illi:
l-informazzjoni rrappurtata tkun ħielsa mill-inkonsistenzi;
il-kollezzjoni ta’ l-informazzjoni tkun twettqet skond l-i standards xjentifiċi li japplikaw; u
ir-registri rilevanti ta’ l-istallazzjoni jkunu kompleti u konsistenti.
4. Il-verifikatur għandu jingħata aċċess għas-siti kollha u t-tagħrif fejn jidħol is-suġġett tal-verifika.
5. Il-verifikatur għandu jqis jekk l-istallazzjoni tkunx irreġistrata skond l-iskema Komunitarja ta’ l-eko-ġestjoni u l-verifika (EMAS).
Il-metodoloġija
L-analiżi strateġiku
6. Il-verifika għandha tkun imsejsa fuq analiżi strateġiku dwar l-attivitajiet kollha mwettqa fl-istallazzjoni. Dan ifisser illi l-verifikatur ikollu veduta ġenerali ta’ l-attivitajiet kollhau s-sinifikat tagħhom għall-emissjonijiet.
L-analiżi tal-proċess
7. Il-verifika tat-tagħrif issottomess għandha, meta xieraq, titwettaq fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni. Il-verifikatur għandu juża kontrolli fuq il-post sabiex jistabbilixxi l-fiduċja ta’ l-informazzjoni u tat-tagħrif irrappurtati.
L-anliżi tar-riskju
8. Il-verifikatur għandu jissottometti s-sorsi kollha ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni għal valutazzjoni rigward il-fiduċja ta’ l-informazzjoni dwar kull sors li jikkontribwixxi għall-emissjonijiet ġenerali ta’ l-istallazzjoni.
9. Fuq il-bażi ta’ dan l-analiżi, il-verifikatur għandu jidentifika b’mod espliċitu dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti l-oħra tal-proċedura tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ li x’aktarx jikkontribwixxu għall-iżbalji meta jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ġenerali. Dan jinvolvi b’mod speċjali l-għażla tal-fatturi ta’ l-emissjonijiet u l-kalkoli meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-livell ta’ l-emissjonijiet minn sorsi individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk is-sorsi b’riskju għoli ta’ żball u l-aspetti msemmija hawn fuq dwar il-proċedura tal-monitoraġġ.
10. Il-verifikatur għandu jieħu f’konsiderazzjoni kull metodu effettiv tal-kontroll tar-riskju applikat mill-operatur bil-ħsieb li jiġi mminimizzat il-grad ta’ l-inċertezza.
Ir-rapport
11. Il-veifikatur għandu jħejji rapport dwar il-proċess tal-validazzjoni fejn jiddikjara jekk ikunx sodisfaċenti r-rapport skond l-Artikolu 14(3). Dan ir-rapport għandu jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għax-xogħol imwettaq. Tista’ ssir dikjarazzjoni illi r-rapport skond l-Artikolu 14(3) huwa sodisfaċenti jekk, fl-opinjoni tal-verifikatur, l-emissjonijiet ma jkunux iddikjarati ħażin materjalment.
Il-ħtiġiet tal-kompetenza minima għall-verifikatur
12. Il-verifikatur għandu jkun indipendenti mill-operatur, iwettaq l-attivitajiet tiegħu f’manjiera soda u professjonalment oġġettiva, u jifhem:
id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva kif ukoll ta’ l-i standards rilevanti u l-gwida adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(1);
il-ħtiġiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi rilevanti għall-attivitajiet li jkunu qegħdin jiġu vverifikati; u
il-ġenerazzjoni tat-tagħrif kollu li għandu x’jaqsam ma’ kull wieħed mis-sorsi ta’ l-emissjonijiet fl-istallazzjoni, b’mod partikolari, fejn jidħlu l-ġbir, il-kejl, il-kalkolu u r-rappurtaġġ ta’ l-informazzjoni.
PARTI B – Il-verifika tal-emissjonijiet minn attivitajiet tal-avjazzjoni
13. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija stabbiliti f’dan l-Anness għandhom japplikaw għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet minn titjiriet li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I.
Għal dan il-għan:
fil-paragrafu 3, ir-referenza għal operatur għandha tinftiehem bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru, u fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu r-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li ntuża għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;
fil-paragrafu 5, ir-referenza għal installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-operatur tal-inġenji tal-ajru;
fil-paragrafu 6, ir-referenza għal attivitajiet imwettqin fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għal attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport u mwettqin mill-operatur tal-inġenji tal-ajru;
fil-paragrafu 7, ir-referenza għas-sit tal-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għas-siti użati mill-operatur tal-inġenji tal-ajru għat-twettiq tal-attivitajiet tal-avjazzjoni koperti bir-rapport;
fil-paragrafi 8 u 9 r-referenzi għas-sorsi tal-emissjonijiet fl-installazzjoni għandha tinftiehem bħala referenza għall-inġenju tal-ajru li għalih huwa responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru; u
fil-paragrafi 10 u 12 ir-referenzi għal operatur għandhom jinftiehmu bħala referenza għal operatur tal-inġenji tal-ajru.
Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijet tal-avjazzjoni
14. Il-verifikatur b’mod partikolari għandu jaċċerta li:
it-titjiriet kollha li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni elenkata fl-Anness I ittieħdu f’konsiderazzjoni. F’din il-ħidma il-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar l-iskedi ta’ żmien u ta’ data oħra dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża d-data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur;
hemm konsistenza ġenerali bejn id-data dwar il-konsum aggregat tal-karburant u d-data dwar il-karburant mixtri jew inkella fornut lill-inġenju tal-ajru li jwettaq l-attività tal-avjazzjoni.
Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru ppreżentata għall-finijiet tal-Artikoli 3e u 3f
15. Il-prinċipji ġenerali u l-metodoloġija għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet skond l-Artikolu 14(3) stabbiliti f’dan l-Anness għandhom, fejn applikabbli, japplikaw ukoll b’mod korrispondenti għall-verifika tad-data f’tunnellati-kilometru tal-avjazzjoni.
16. Il-verifikatur għandu b’mod partikolari jiżgura li dawk it-titjiriet biss li verament twettqu u li jaqgħu fi ħdan attività tal-avjazzjoni kif elenkata fl-Anness I li għaliha hu responsabbli l-operatur tal-inġenji tal-ajru ttieħdu f’konsiderazzjoni fl-applikazzjoni ta’ dak l-operatur skond l-Artikoli 3e(1) u 3f(2). F’din il-ħidma l-verifikatur għandu jiġi assistit permezz ta’ data dwar it-traffiku tal-operatur tal-inġenji tal-ajru inkluża data mill-Eurocontrol mitluba minn dak l-operatur. Minbarra dan, il-verifikatur għandu jiżgura li t-tagħbija li tinġarr bi ħlas irrappurtat mill-operatur tikkorrispondi għar-reġistri dwar it-tagħbija li tinġarr bi ħlasb miżmuma minn dak l-operatur għall-finijiet ta’ sikurezza.
( 1 ) Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
( 2 ) Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).
( 3 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta' April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, 17.5.2011, p. 1).
( 4 ) Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id- Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
( 5 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE tat-3 ta' Novembru 2010 li tistabbilixxi l-kriterji u l-miżuri għall-finanzjament ta' proġetti kummerċjali ta' dimostrazzjoni li l-għan tagħhom huwa l-qbid u l-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, f'kundizzjonijiet ta' sigurtà għall-ambjent, kif ukoll ta' proġetti ta' dimostrazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi ta' enerġija rinnovabbli, fl- ambitu tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l- Komunità, stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, 6.11.2010, p. 39).
( 6 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/746/UE tas-27 ta' Ottubru 2014 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta' setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu mill-2015 sal-2019 (ĠU L 308, 29.10.2014, p. 114).
( 7 ) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
( 8 ) ĠU L 140, 5.6.2009, 114
( 9 ) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.
( 10 ) Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rappurtar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).
( 11 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
( 12 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
( *1 ) ĠU L 275, tal-25.10.2003, pġ. 32.”
( 13 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 606/2010 tad- 9 ta' Lulju 2010 dwar l-approvazzjoni ta' għodda simplifikata żviluppata mill-organizzazzjoni Ewropea għas-sigurtà tan-navigazzjoni bl-ajru (Eurocontrol) sabiex tistima l-konsum tal-fjuwil ta' ċerti operaturi tal-inġenji tal-ajru b'emissjonijiet baxxi (ĠU L 175, 10.7.2010, p. 25).