EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001R0539-20110111

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 tal- 15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/539/2011-01-11

2001R0539 — MT — 11.01.2011 — 007.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILLL (KE) Nru 539/2001

tal-15 ta' Marzu 2001

li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa

▼B

(ĠU L 081, 21.3.2001, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2414/2001 tas-7 ta' Diċembru 2001

  L 327

1

12.12.2001

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 453/2003 tas-6 ta' Marzu 2003

  L 69

10

13.3.2003

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 851/2005 tat-2 ta' Ġunju 2005

  L 164M

99

16.6.2006

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006

►M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1932/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006

  L 405

23

30.12.2006

►M6

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1244/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009

  L 336

1

18.12.2009

►M7

REGOLAMENT (UE) Nru 1091/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-24 ta' Novembru 2010

  L 329

1

14.12.2010

►M8

REGOLAMENT (UE) Nru 1211/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Diċembru 2010

  L 339

6

22.12.2010


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 029, 3.2.2007, p. 10  (1932/2006)

►C2

Rettifika, ĠU L 194, 26.7.2011, p. 39  (539/2001)




▼B

▼C2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILLL (KE) Nru 539/2001

tal-15 ta' Marzu 2001

li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa

▼B



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 62, il-punt (2)(b)(i) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Billi:

(1)

Permezz ta' l-Artikolu 62, il-punt (2)(b) tat-Trattat, il-Kunsill għandu jadotta regoli li jirrigwardjaw il-viżi għall-soġġorni ntiżi ta' aktar minn tlett xhur, u f'dak il-kuntest huwa meħtieġ li tkun determinata l-lista ta' dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa. L-Artikolu 61 jelenka dawk il-listi fost il-miżuri laterali li huma direttament marnuta mal-moviment ħieles ta' persuni ġewwa żona ta' libertà, sigurtà u ġustizjs.

(2)

Dan ir-Regolament isegwi mill-acquis Schengen bi qbil mal-Protokoll li jintegraħ fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, minn hawn il-quddiem referuta bħala il-“Protokoll Schengen”, Dan ma jaffetwax l-obbligi tal-Istati Membri li jiriżultaw mill-acquis kif definit fl-Anness A tad-Deċiżjoni 1999/435/KE ta' l-20 ta' Mejju 1999 li tikkonċerna d-definizzjoni tal-acquis Schengen għall-iskop tad-determinazzjoni, b'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea u tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, il-bażi legali għal kull waħda mid-dispożizzjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkostitwixxu l-acquis ( 3 ).

(3)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi aktar żvilupp ta' dawk id-dispożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom koperazzjoni aktar mill-qrib kienet ġiet awtorizzata permezz tal-Protokoll Schengen u jidħol fil-qasam referut fl-Artikolu 1, il-punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika ta' l-Islanda u tar-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-assoċċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma l-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis Schengen ( 4 ).

(4)

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat ta' l-Unjonu Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit m'humiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Konsegwentament u mingħajr preġudizzju ta' l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi qabel, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma japplkaw la għall-Irlanda u anqas għar-Renju Unit.

(5)

Id-determinazzjoni ta' dawk il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, u dawk eżentati minnha, hija rregolata minn kriterja meqjusa, bl-assessjar tal-każ b'każ tal-varjetà tal-kriterja li tirrigwardja, inter alia, l-immigrazzjoni illegali, l-istrateġija u s-sigurtà publika, u tar-relazzjonijiet esterni ta' l-Unjoni Ewropea ma pajjiżi terzi, konsiderazzjoni għandha wkoll tkun mogħtija għall-implikazzjonijiet ta' l-għaqda u r-reċipriċità. Id-dispożizzjoni għandha għalhekk għall-mekkaniżmu tal-Komunità li jiffaċilita dan il-prinċipju ta' reċiproċità li għandu jkun implementat jekk wieħed mill-pajjiżi terzi inklużi fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jiddieċedi li jagħmel liċ-ċittadini ta' wieħed jew aktar Stati Membri li jkunu suġġetti għall-obbligu tal-viża.

(6)

Minħabba li l-Ftehin dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jeżenta ċ-ċittadini ta' l-Islanda, Liechtenstein u tan-Norveġja mill-ħtieġa tal-viża, dawk il-pajjiżi ma humhiex inklużi fil-lista ta' l-Anness II tiegħu.

(7)

F'dak li jirrigwardja persuni mingħajr stat u r-refuġjati rikonoxxuti, mingħajr preġudizzju għall-obbligi permezz tal-ftehim internazzjonali iffermati mill-Istati Membri u partikolarment il-Ftehim Ewropew dwar l-Abolizzjoni tal-Viżi għar-Refuġjatim iffermat fi Strasbourg fl-20 ta' April 1959, id-deċiżjoni rigward il-ħtieġa jew l-eżenzjoni tal-viża għandha tkun ibbażata fuq il-pajjiż terz li fih dawk il-persuni jabitaw u li jkunu ħarġu d-dokumenti tal-ivjaġġar. B'dana kollu, meqjusa d-differenzi fil-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli għall-persuni mingħajr stat u għal refuġjuti rikonoxxuti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk dawn il-kategoriji ta' persuni għandhom ikunu suġġetti għall-ħtieġa tal-viża, meta l-pajjiż terz li fih dawn il-persuni jkunu abitanti u li joħroġ id-dokumenti għall-ivvjaġġar tagħhom ikun pajjiż terz li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża.

(8)

F'każi speċifiċi meta r-regoli speċjali tal-viża huma ġġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw ċerti kategoriji ta' persuni mill-ħtieġa tal-viża jew li jimponuha fuqhom bi qbil mal-liġi jew il-konswetudini internazzjonali pubblika.

(9)

Bil-għan li jkun assigurat li s-sistema tkun amministrata mingħajr ħabi u li l-persuni ikkonċernati jkunu nfurmati, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn l-Istati Membri u lejn il-Kummissjoni il-miżuri li għandhom jittieħdu bis-saħħa ta' dan ir-Regolament. Għall-istess raġunijiet, l-informazzjoni għandha wkoll tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(10)

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul fit-territorju tal-Istati Membri jew li l-ħruġ tal-viżi ma jkunux jaffettwaw ir-regoli li bħal issa jirregolaw ir-rikonoxximent tal-validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar.

(11)

B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità mistqarr fl-Artikolu 5 tat-Trattat, li jiddigrieta Regolament li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom pussess ta' viżi meta jaqsmu l-fruntieri esterni, u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa, huwa kemm meħtieġ u mezz xieraq li jassigura li r-regoli komuni tal-viża ikunu operati b'effiċċjenza.

▼M1

(12)

Dan ir-Regolament jipprovdi għal armonizzazzjoni sħiħa rigward il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma bla ħsara għall-ħtieġa tal-viża meta jaqsmu l-limiti ta' barra ta' l-Istati Membri u li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa.

▼B

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Iċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi elenkati fil-lista ta' l-Anness I għandhom ikunu meħtieġa li jkollhom il-pussess ta' viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri.

▼C1

Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet li joħorġu mill-Ftehim Ewropew dwar it-Tneħħija tal-Viżi għar-Refuġjati ffirmat fi Strasburgu fl-20 ta’April 1959, refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat (apolidi) għandhom ikun meħtieġa li jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati Membri jekk il-pajjiż terz li fih huma residenti u li ħarġilhom id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom huwa pajjiż terz elenkat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

▼B

2.   ►M1  Ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-lista fl-Anness II għandhom jiġu eżentati mill-ħtieġa dikjarata fil-paragrafu1 għal waqfien ta' aktar minn tliet xhur b'kollox. ◄

▼M5

Dawn li ġejjin għandhom ukoll jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-viża:

 iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament li huma deternturi ta’ karta tat-traffiku tal-fruntieri lokali maħruġa mill-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1936/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dwar it-Traffiku tal-Fruntieri Lokali fuq il-fruntieri esterni ta' l-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Schengen ( 5 ) meta dawn id-detenturi jeżerċitaw id-dritt tagħhom fil-kuntest tar-reġim tat-Traffiku tal-Fruntieri Lokali;

 tfal ta’ l-iskola li huma ċittadini ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I u li joqogħdu fi Stat Membru li japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/795/ĠAI tat-30 ta' Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta adottata mill-Kunsill abbażi ta' l-Artikolu K.3.2.b tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea rigward faċilitajiet ta' l-ivvjaġġar għal tfal ta' l-iskola minn pajjiżi terzi li joqogħdu fi Stat Membru ( 6 ) u jkunu qed jivvjaġġaw fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membri ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

 refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat u persuni oħra li m'għandhomx iċ-ċittadinanza ta' kwalunkwe pajjiż li joqogħdu fi Stat Membru u huma detenturi ta' dokument ta' l-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru.

▼B

3.  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ġodda li preċedentament kienu parti mill-pajjiżi fil-listi ta' l-Annessi I u II għandhom ikunu suġġetti rispettivament għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2u sakemm il-Kunsill ma jiddeċiedix mod ieħor permezz tal-proċedura stabbilita fid-dispożizzjoni relevanti tat-Trattat.

▼M3

4.  Fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II jintroduċi ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ Stat Membru, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) fi żmien 90 jum minn tali introduzzjoni, jew mit-tħabbir tagħha, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub; in-notifika għandha tiġi ppubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha tispeċifika d-data ta’ l-implimentazzjoni tal-miżura u t-tip ta’ dokumenti ta’ vjaġġar u l-viżi kkonċernati.

Jekk il-pajjiż terz jiddeċiedi li jneħħi l-obbligu ta’ viża qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu perentorju, in-notifika ssir superfluwa.

(b) il-Kummissjoni għandha minnufih wara l-pubblikazzjoni ta' dik in-notifika u f’konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, tieħu passi ma’ l-awtoritajiet tal-pajjiż terz sabiex jerġa’ jiddaħħal vjaġġar mingħajr viża;

(ċ) fi żmien 90 jum wara l-pubblikazzjoni ta' dik in-notifika, il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni ma’ l-Istat Membru kkonċernat, għandha tirrapporta lill-Kunsill. Ir-rapport jista’ jkun akkumpanjat minn proposta li tipprovdi għad-dħul mill-ġdid temporanju tal-ħtieġa ta’ viża għal ċittadini tal-pajjiż terz in kwistjoni. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tippreżenta din il-proposta wara deliberazzjonijiet fil-Kunsill dwar ir-rapport tagħha. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq tali proposta b’maġġoranza kwalifikata fi żmien tliet xhur;

(d) jekk tqis li dan hu meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposta għad-dħul temporanju mill-ġdid tal-ħtieġa ta’ viża għal ċittadini tal-pajjiż terz imsemmi fis-subparagrafu (ċ) mingħajr rapport minn qabel. Il-proċedura prevista fis-subparagrafu (ċ) għandha tapplika għal dik il-proposta. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddikjara jekk jixtieqx li l-Kummissjoni żżomm lura mid-dħul mill-ġdid temporanju ta’ tali ħtieġa ta’ viża mingħajr rapport minn qabel;

(e) il-proċedura msemmija fis-subparagrafi (ċ) u (d) ma taffettwax id-dritt tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta li temenda dan ir-Regolament sabiex il-pajjiż terz ikkonċernat jiġi trasferit għall-Anness I. Fejn miżura temporanja kif imsemmija fis-subparagrafi (ċ) u (d) tkun ġiet deċiża, il-proposta li temenda dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura temporanja. Tali proposta għandha wkoll tinkludi dispożizzjonijiet għat-tneħħija ta’ miżuri temporanji, li setgħu kienu ġew introdotti bis-saħħatal-proċeduri msemmija fis-subparagrafi (ċ) u (d). Sadattant il-Kummissjoni ser tkompli bl-isforzi tagħha sabiex tagħmel mezz li l-awtoritajiet tal-pajjiż terz in kwistjoni jerġa’ jdaħħal vjaġġar mingħajr viża għaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru kkonċernat;

(f) fejn il-pajjiż terz in kwistjoni jabolixxi l-ħtieġa ta’ viża, l-Istat Membru għandu minnufih jinnotifika lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar dan. In-notifika għandha tiġi ppubblikata fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe miżura temporanja li dwarha ttieħdet deċiżjoni taħt is-subparagrafu (d) għandha tintemm sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali. F’każ li l-pajjiż terz in kwistjoni jkun introduċa ħtieġa ta’ viża għaċ-ċittadini ta’ żewġ Stati Membri jew aktar il-miżura temporanja tintemm biss wara l-aħħar pubblikazzjoni.

▼M3

5.  Sakemm ir-reċiproċità ta’ l-eżenzjoni ta’ viża tibqa’ ma teżistix ma’ kwalunkwe pajjiż terz elenkat fl-Anness II fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena pari dwar is-sitwazzjoni ta’ non-reċiproċità u għandha, jekk ikun meħtieġ, tissottometti proposti adattati.

▼B

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “viża” għandha tfisser l-awtorizzazzjoni maħruġha minn Stat Membru jew b'deċiżjoni meħudha minn tali Stat li tkun meħtieġa bil-għan li:

 tad-dħul għal soġġorn intiż f'dak l-Istat Membru jew f'diversi Stati Membri ta' mhux aktar minn total ta' tlett xhur,

 tad-dħul għal transitu matul it-territorju ta' dak l-Istat Membru jew diversi Stati Membri, aparti milli għat-transitu f'ajruport.

▼M5 —————

▼B

Artikolu 4

1.  Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-ħtieġa tal-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(1) jew mill-eżenzjoni mill-ħtieġa għall-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(2), f'dak li jirrigwardja:

▼C1

(a) id-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, passaporti tas-servizz/uffiċjali jew passaporti speċjali skond waħda mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta' implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi ( 7 );

▼B

(b) l-ekwipaġġ pajżana kemm ta' l-ajru u wkoll tal-baħar;

(ċ) l-ekwipaġġ tat-tirjira u l-attendenti fuq titjiriet ta' emerġenza jew salbataġġ u dawk l-oħrajn li jagħtu l-għajnuna fl-okkorrenza ta' xi disastru jew inċident;

(d) l-ekwipaġġ pajżana ta' vapuri li jbaħħlu f'ibħra internazzjonali;

(e) id-detenturi tal-laissez-passer maħruġ minn uħud mill-organizzazzjonijiet intergornamentali internazzjonali lill-uffiċjali tagħhom.

▼M5

2.  Stat Membru jista’ jeżenta mill-ħtieġa tal-viża:

(a) tifel/tifla ta’ l-iskola li jkollu/ha ċ-ċittadinanza ta’ pajjiż terz elenkat fl-Anness I li hu/hi residenti f’pajjiż terz elenkat fl-Anness II jew fl-Iżvizzera u Liechtenstein u li jkun/tkun qed j/tivvjaġġa fil-kuntest ta’ eskursjoni skolastika bħala membru ta’ grupp ta’ tfal ta’ l-iskola akkumpanjati minn għalliem mill-iskola konċernata;

(b) refuġjati rikonoxxuti u persuni mingħajr stat jekk il-pajjiż terz fejn joqogħdu u li jkun ħareġ id-dokument ta’ l-ivvjaġġar tagħhom ikun wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anneess II;

(ċ) membri tal-forzi armati li jkunu qed jivvjaġġaw fuq xogħol tan-NATO jew tas-Sħubija għall-Paċi u detenturi ta’ ordnijiet ta’ identifikazzjoni u moviment previsti fil-Ftehim tad-19 ta’ Ġunju 1951 bejn il-Partijiet ta' l-Organizzazzjoni tat-Trattat tat-Tramuntana ta’ l-Atlantiku dwar l-istatus tal-forzi tagħhom.

▼B

3.  Stat Membru jista jipprovdi għal eċċezzjonijiet mill-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(2) f'dak li jirrigwardja l-persuni li jwettqu attività bi ħlas matul is-soġġorn tagħhom.

Artikolu 5

1.  Fi żmien 10 t'ijiem utili mid-dħul b'effett ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bill-miżuri meħuda bis-saħħa ta' l-Artikoli 3, it-tieni nċiż u l-Artikolu 4. Aktar tibdiliet għal dawk il-miżuri għandhom l-istess ikunu ikkommunikati fi żmien ħamest ijiet utili.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika il-miżuri ikkommunikati bis-saħħa tal-paragrafu 1 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għal skopijiet ta' l-informazzjoni.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri f'dak li jirrigwardja r-rikonoxximent ta' Stati u unitajiet territorjali u l-passaporti, id-dokumenti ta' l-ivjaġġar u ta' l-identità maħruġa mill-awtoritajiet tagħhom.

Artikolu 7

1.  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 574/1999 ( 8 ) għandu jkun mibdul b'dan ir-Regolament.

2.  Il-verżjonijiet finali tal-Istruzzjoni Konsulari Komuni (CCI) u tal-Manwal Komuni (CM), hekk kif jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tat-28 ta' April 1999 (SCH/Com-ex(99) 13) għandhom ikunu emendati kif ġej:

1. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:

“Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001”

;

2. il-lista fl-Anness 1, il-parti I tal-CCI u l-Anness 5, il-parti I tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

3. l-intestatura ta' l-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha b'dan li ġej:

“Lista Komuni ta' pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati mill-ħtieġa tal-viża imposta bir-Regolament (KE) Nru 539/2001”

;

4. il-lista fl-Anness 1, il-parti II tal-CCI u l-Anness 5, il-parti II tal-CM, għandha tkun mibdulha bil-lista fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

5. il-parti III ta' l-Anness 1 tal-CCI u l-parti III ta' l-Anness 5 tal-CM għandha tkun imħassra.

3.  Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Schengen tal-15 ta' Diċembru 1997 (SCH/Com-ex(97)32) I tas-16 ta' Diċembru 1998 (SCH/Com-ex(98)53, rev.2) għandhom ikunu mħassra.

▼M1

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

▼B

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.




L-ANNESS I

Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1 ( 9 )

1. STATI

L-Afganistan

▼M7 —————

▼B

L-Alġerija

L-Angola

▼M5 —————

▼B

L-Armenja

L-Ażerbajġann

▼M5 —————

▼B

Il-Baħrejn

Il-Bangladexx

▼M5 —————

▼B

Il-Belarus

IL-Beliż

Il-Benin

Il-Butan

▼M5

Il-Bolivja

▼M7 —————

▼B

Il-Botswana

Il-Burkina Faso

Il-Burma/Mjanmar

Il-Burundi

Il-Kambodja

Il-Kamerun

Il-Kap Verde

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

Iċ-Ċadd

Iċ-Ċina

Il-Kolumbja

Il-Kongo

Il-Côte d'Ivoire

Il-Kuba

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Id-Dġjibuti

Domenika

Ir-Repubblika Domenikana

L-Eġittu

▼M2

L-Ekwador

▼M5

It-Timor-Leste

▼B

Il-Gwinea Ekwatorjali

L-Eritrea

L-Etjopja

Il-Fiġi

▼M6 —————

▼B

Il-Gabon

Gambja

Il-Ġeorġja

Il-Gana

Il-Grenada

Il-Gwinea

Gwinea-Bissau

Il-Gujana

Haïti

L-Indja

L-Indoneżja

L-Iran

L-Iraq

Il-Ġamajka

Il-Ġordan

Il-Każakstan

Il-Kenja

Kiribati

Il-Kuwajt

IL-Kriġiżstan

Il-Laos

Il-Lebanon

Il-Lesoto

Il-Liberja

Il-Libja

Il-Madagaskar

Il-Malawi

Il-Maldivi

Il-Mali

Il-Gżejjer Marshall

Il-Mawritanja

▼M5 —————

▼B

Il-Mikroneżja

Il-Moldovja

Il-Mongolja

▼M6 —————

▼B

Il-Marokk

Il-Możambik

In-Namibja

In-Nauru

In-Nepal

In-Niġer

In-Niġerja

Il-Korea ta' fuq

▼M8 —————

▼B

L-Oman

Il-Pakistan

Il-Palaw

Il-Papwa l-Gwinea l-Ġdida

Il-Peru

Il-Filippini

Il-Qatar

Ir-Russja

Ir-Rwanda

▼M5 —————

▼B

Santa Luċija

Saint Vincent u l-Grenadine

São Tomé és Príncipe

L-Arabja Sawdita

Is-Senegal

▼M5 —————

▼M6 —————

▼B

Sierra Leone

Il-Gżejjer Solomon

Is-Somalja

L-Afrika t'Isfel

Is-Sri Lanka

Is-Sudan

Is-Surinam

Sważilandja

Is-Sirja

It-Taġikistan

It-Tanżanija

It-Tajlandja

Il-Komoros

It-Togo

It-Tonga

Trinidad u Tobago

It-Tunisja

It-Turkija

It-Turkmenistan

It-Tuvalu

L-Uganda

L-Ukrajna

L-Emitari Arab Magħquda

L-Użbekistan

Il-Vanwatu

Il-Vjetnam

▼M5

Samoa

▼B

Il-Jemen

Iż-Żambja

Iż-Żimbabwe

2. L-ENTITAJIET U L-AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX TIKONOXXUTI BĦALA STATI B'MILL ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED

▼M2 —————

▼B

L-Awtorità Palestinjana

▼M8 —————

▼M6

il-Kosovo kif definita mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999

▼M5

3. ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:

Ċittadini ta' Territorji Brittaniċi Overseas li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit

Ċittadini Britanniċi Overseas

Suġġetti Brittaniċi li m'għandhomx id-dritt li jabitaw fir-Renju Unit

Persuni Britanniċi Protetti

▼B




L-ANNESS II

Il-lista komuni referuta fl-Artikolu 1(2)

1. STATI

▼M7

L-Albanija ( 10 )

▼B

L-Andorra

▼M5

Antigwa u Barbuda ( 11 )

▼B

L-Arġentina

L-Awstralja

▼M5

Baħamas (11) 

Barbados (11) 

▼M5 —————

▼M7

Bosnja-Ħerzegovina (11) 

▼B

Il-Brażil

▼M5

Brunei Daussalam

▼M4 —————

▼B

Il-Kanada

Iċ-Ċili

Il-Kosta Rika

Il-Kroazja

▼A1

▼M6

dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ( 12 )

▼M2 —————

▼A1

▼B

Il-Gwatemala

Is-Santa Sede

Il-Ħonduras

▼A1

▼B

L-Iżrael

Il-Ġappun

▼A1

▼B

Il-Malażja

▼A1

▼M5

Mawrizju (12) 

▼B

Il-Messiku

Monako

▼M6

il-Montenegro (12) 

▼B

New Zealand

In-Nikaragwa

Il-Panama

Il-Paragwaj

▼A1

▼M4 —————

▼M5

Saint Kitts u Nevis (12) 

▼B

Salvador

▼M6

is-Serbja (esklużi d-detenturi ta’ passaporti Serbi maħruġa mid-Direttorat tal-Koordinazzjoni Serb (bil-lingwa Serba: Koordinaciona uprava)) (12) 

▼M5

Seychelles (12) 

▼B

San Marino

Singapore

▼A1

▼B

Il-Korea t'Isfel

▼M2 —————

▼B

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

L-Urugwaj

Il-Veneżwela

2. IR-REĠJUNI AMMINISTRATTIVI SEP¬JALI TAR-REPUBBLIKA TAL-POPLU

TAĊ-ĊINA, Hong Kong SAR ( 13 )

Makaw SAR ( 14 )

▼M5

3. ĊITTADINI BRITANNIĊI LI MHUMIEX ĊITTADINI TAR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ GĦALL-FINIJIET TAD-DRITT KOMUNITARJU:

Ċittadini Britanniċi (Overseas).

▼M8

4. ENTITAJIET U AWTORITAJIET TERRITORJALI LI MA HUMIEX RIKONOXXUTI BĦALA STATI MINN TAL-ANQAS STAT MEMBRU WIEĦED:

It-Tajwan ( 15 )



( 1 ) ĠU C 177 E, tas-27.6.2000, p. 66.

( 2 ) L-Opinjoni tal-5 ta' Lulju 2000 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 1.

( 4 ) ĠU L 176, ta' l-10.7.1999, p. 31.

( 5 ) ĠU L 405, 30.12.2006, p. 1.

( 6 ) ĠU L 327, 19.12.1994, p. 1.

( 7 ) ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2. Regolament kif emendat bid-Deċiżjoni 2004/927/KE (ĠU L 396, 31.12.2004, p. 45).

( 8 ) ĠU L 72, tat-18.3.1999, p. 2.

( 9 ) Ara l-Artikolu 8(2).

( 10 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta' viża tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti bijometriċi.

( 11 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa tal-viża ser tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim dwar l-eżenzjoni tal-viża li għandu jiġi konkluż mal-Komunità Ewropea.

( 12 ) L-eżenzjoni mir-rekwiżit tapplika biss għad-detenturi ta’ passaporti biometriċi.

( 13 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport “Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong”.

( 14 ) L-eżenzjoni tal-ħtieġa ta' viża hija applikabbli biss għad-detenturi ta' passaport “Região Administrativa Especial de Macau”.

( 15 ) L-eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ viża tapplika biss għad-detenturi tal-passaporti maħruġa mit-Tajwan li jinkludu numru tal-karta ta’ identità.

Top