EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0366

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012.
Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2000/60/KE — Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma — Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni u notifika lill-Kummissjoni — Assenza — Informazzjoni u konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar — Assenza.
Kawża C-366/11.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:316





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju

(Kawża C-366/11)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2000/60/KE — Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma — Pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni u notifika lill-Kummissjoni — Assenza — Informazzjoni u konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar — Assenza”

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60, Artikoli 13(1) sa (3) u (6), 14(1)(c) u 15(1)) (ara l-punt 30)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-termini previsti, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Nuqqas ta’ preparazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara skont l-Artikoli 13(2), (3) u (6), u 15(1) tad-Direttiva — Proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi ta’ dawn il-pjanijiet — Assenza.

Dispożittiv

1)

Billi ma ppreparax, fit-terminu previst, il-pjanijiet kollha ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara, kemm għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jinsabu kompletament fit-territorju tiegħu kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali, u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni Ewropea, fit-terminu previst, kopja ta’ dawn il-pjanijiet, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 13(2), (3) u (6), u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u, barra minn hekk, billi ma bediex, fit-terminu previst, il-proċeduri kollha ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ distrett ta’ baċin tax-xmara, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(1)(c) ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top