EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0211

Kawża C-211/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

ĠU C 193, 15.8.2009, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 193/13


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-211/09)

2009/C 193/17

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Karanasou-Apostolopoulou u L. Balta)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi m’adottatx, jew fi kwalunkwe każ, ma nnotifikatx lill-Kummissjoni, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/24/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-Direttiva,

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/24/KE fid-dritt nazzjonali skada fil-15 ta’ Settembru 2007.


(1)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.


Top