EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0132

Kawża C-132/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 10 KE — Is-Sitt Direttiva tal-VAT — Obbligi taħt is-sistema legali interna — Verifika tat-tranżazzjonijiet taxxabbli — Amnestija)

ĠU C 223, 30.8.2008, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-132/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 10 KE - Is-Sitt Direttiva tal-VAT - Obbligi taħt is-sistema legali interna - Verifika tat-tranżazzjonijiet taxxabbli - Amnestija)

(2008/C 223/05)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Traversa u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: I. Braguglia, aġent u G. De Bellis, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 2, u 22, tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Obbligi taħt is-sistema legali interna — Liġi nazzjonali li tirrinunzja għall-kontroll ta' tranżazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul numru ta' perijodi fiskali.

Dispożittiv

1)

Billi pprovdiet fl-Artikoli 8 u 9 tal-Liġi Nru 289 tas-27 ta' Diċembru 2002, dwar dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali ta' l-Istat (liġi tal-finanzi għall-2003) [legge n. 289, disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato (legge finanziaria 2003)], tas-27 ta' Diċembru 2002, għar-rinunzja ġenerali u mingħajr distinzjoni għall-verifika tat-tranżazzjonijiet taxxabbli li saru matul ċertu perijodi ta' tassazzjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, kif ukoll taħt l-Artikolu 10 KE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 6.5.2006.


Top