EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0114

Id-Direttiva 2003/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva 95/2/EC dwar addittivi ta’ l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet

ĠU L 24, 29.1.2004, p. 58–64 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32008R1333

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/114/oj

32003L0114



Official Journal L 024 , 29/01/2004 P. 0058 - 0064


Id-Direttiva 2003/114/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-22 ta' Diċembru 2003

li temenda d-Direttiva 95/2/EC dwar addittivi ta' l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Tratta li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu

Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) L-addittivi ta' l-ikel jistgħu jiġu approvati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel biss jekk ikunu jikkonformaw ma' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar adittvi ta' l-ikel awtorizzati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [3].

(2) Id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar addittivi ta' l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet [4] tippreskrivi lista ta' addittivi ta' l-ikel li jistgħu jintużaw fil-Komunità u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(3) Kien hemm żviluppi tekniċi fil-qasam ta' l-addittivi ta' l-ikel mill-adozzjoni tad-Direttiva 95/2/KE. Dik id-Direttiva għandha tiġi adattata biex tagħti kont ta' dawk l-iżviluppi.

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta' Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar togħmiet għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel u s-sors ta' materjali għall-produzzjoni tagħhom [5] tipprovdi għall-adozzjoni tal-lista ta' addittivi meħtieġa għall-ħażna u l-użu ta' togħmiet, u l-adozzjoni ta' xi kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta' dawk l-addittivi li jistgħu ikunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u biex jiġi żgurat kummerċ ġust.

(5) Huwa mixtieq li jiġu inkorporati fid-Direttiva 95/2/KE dawk il-miżuri dwar addittivi meħtieġa għall-ħażna u l-użu ta' togħmiet, sabiex jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-konsistenza tal-leħislazzjoni tal-Komunità, u biex jiffaċilitaw il-konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar addittivi ta' l-ikel minn manifatturi ta' l-ikel, speċjalment minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. B'żieda, skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jippreskrivi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikeL, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta' l-Ikel u li jippreskrivi l-proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurezza ta' l-ikel [6], togħmiet jaqgħu fid-definizzjoni ta' "ikel".

(6) Waqt li l-użu ta' addittivi li huma meħtieġa biex jassiguraw is-sigurezza u l-kwalità tat-togħmiet u biex tiġi faċilitata l-ħażna u l-użu tagħhom għandu ikun awtorizzat, il-livelli ta' addittivi presenti f'dawk it-togħmiet għandhom ikunu il-minimi meħtieġa biex jinkiseb l-għan maħsub. B'żieda, il-konsumaturi għandhom ikunu garantiti l-informazzjoni korretta, adegwata u li ma tqarraqx dwar l-użu ta' l-addittivi.

(7) Il-presenza ta' addittiv f'oġġett ta' l-ikel, minħabba l-użu ta' togħma, hija ġeneralment baxxa u l-addittiv ma jkollux funzjoni teknoloġika fl-oġġett ta' l-ikel. Iżda, jekk taħt ċerti ċirkostanzi, l-addittiv ikollu funzjoni tekonoloġika f'oġġett ta' l-ikel kompost, huwa għandu jiġi kunsidrat bħala addittiv fl-oġġett ta' l-ikel kompost u mhux bħala addittiv ta' togħma, u r-regoli relevanti li jirrelataw ma' l-addittiv f'dak l-oġġett partikolari ta' l-ikel għandhom japplikaw, inklużi r-regoli ta' tikkettjar preskritti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' l-ittekkettjar, il-presentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [7].

(8) Skond id-Direttiva 88/388/KEE, il-manifattura ta' oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu informati dwar il-konċentrazzjonijiet ta' l-addittivi kollha fit-togħmiet sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-Komunità. Din id-Direttiva teħtieġ ukoll tikkettjar kwantitattiv ta' kull komponent suġġett għall-limitazzjoni kwantitattiva f'oġġett ta' l-ikel. Limitazzjoni kwantitattiva hija espressa jew numerikament jew permezz tal-prinċipju "quantum satis".

(9) Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq li sabiex jinkiseb l-għan bażiku li tiġi żgurata l-unità tas-suq u livell għoli ta' adittvi fit-togħmiet. Din id-Direttiva ma tmurx "l hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet imfittxija skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5 tat-Tratta."

(10) Skond talba minn Stat Membru u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE tat-23 ta' Lulju 1997 li jistabblixxi l-Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur u s-sigurezza ta' l-ikel [8], hydrogenated poly-1-decene, li kien awtorizzat taħt fil-livell nazzjonali taħt id-Direttiva 89/107/KEE, għandu ikun awtorizzat fil-livell tal-Komunità.

(11) Biphenyl (E 230), orthophenyl phenol (E 231) u sodium orthophenyl phenol (E 232) huma elenkati bħala preservattivi fi u fuq frott taċ-ċitru fid-Direttiva 95/2/KE. Iżda, dawn jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' "prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti" fid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [9]. Għalhekk, dawn ma għandhomx jidħlu aktar fil-kamp ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 95/2/KE. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħu l-passi kollha possibbli biex jiżguraw li ma ikun hemm ebda vojt legali fir-rigward ta' dawn is-sustanzi. L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' dawn is-sustanza bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandha tiġi ttrattata kemm jista' ikun malajr.

(12) Fl-4 ta' April 2003, il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel iddikjara li d-doża temporanja aċċettabbli ta' kull jum għall-E 214 to E 219 p-hydroxybenzoic acid alkyl esters u melħ tas-sodju tagħhom għandha tiġi rtirata jekk ma jintbagħat ebda tagħrif aktar fir-rigward tad-doża u t-tossiċità.

(13) Id-Direttiva 95/2/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata.

(14) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/427/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-użu ta' ċerti priservattivi għat-trattament tal-wiċċ ta' frott taċ-ċitru u l-miżuri ta' kontroll li għandhom jintużaw għall-analżi kwalitattiv u kwantitattiv ta' priservattivi fi u fuq frott taċ-ċitru [10] tippreskrivi l-miżuri tal-kontroll fuq priservattivi fi u fuq frott taċ-ċitru. Minħabba li dawk il-priservattivi ma għandhomx aktar awtorizzati għall-użu fi frott taċ-ċitru bid-Direttiva 95/2/KE, huwa meħtieġ li d-Direttiva 67/427/KEE tiġi revokata.

(15) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ġie konsultat dwar l-adozzjoni ta' disposizzjonijiet li jista' ikollhom effett fuq is-saħħa pubblika, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/107/KEE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 95/2/EC hija b'dan emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 1(3)(v) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"(v) stabilizzaturi' huma sustanzi li jagħmluha possibbli li jinżamm stat fiżiko-kimiku ta' oġġett ta' l-ikel; l-istabilizzaturi jinkludu sustanzi li jippermettu ż-żamma ta' dispersjoni omoġeneja ta' żewġ sustanzi jew aktar li ma jistgħux jitħalltu f'oġġett ta' l-ikel, sustanzi li jistabbilizzaw, li iżommu jew jintensifikaw kulur eżistenti ta' oġġett ta' l-ikel u sustanzi li iżidu il-kapaċità ta' taqgħid ta' l-ikel, inkluża l-formazzjoni ta' rabtiet bejn proteini li jippermettu it-taqgħid ta' bċejjeċ ta' ikel f'ikel rikostitwit;"

2. L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"1. Il-presenza ta' addittiv ta' l-ikel hija permissibbli:

(a) f'ikel kompost minbarra minn wieħed imsemmi fl-Artikolu 2(3), sal-limitu li għalih l-addittiv ta' l-ikel ikun permess f'wieħed mill-ingredjenti ta' l-oġġett ta' l-ikel kompost;

(b) f'oġġett ta' l-ikel fejn togħma tkun miżjuda, sal-limitu li fih l-addittiv ikun permess fit-togħma b'konformità ma' din id-Direttiva u ikun inġarr fl-oġġett ta' l-ikel permezz tat-togħma, kemm-il darba l-addittiv ta' l-ikel ma ikollu ebda funzjoni teknoloġika fl-oġġett ta' l-ikel finali; jew

(ċ) jekk l-oġġett ta' l-ikel ikun destinat biex jintuża unikament fit-tħejjija ta' oġġett ta' l-ikel kompost u sal-limitu li dak l-oġġett ta' l-ikel kompost ikun jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.";

(b) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

"3. Il-livell ta' addittivi f'togħmiet għandu ikun limitat għall-minimu meħtieġ biex jiggarantixxi s-sigurezza u l-kwalità tat-togħmiet u biex jiffaċilita l-ħażna tagħhom. B'żieda, il-presenza ta' addittivi f'togħmiet ma għandhiex tqarraq bil-konsumaturi jew tippresenta perokolu għas-saħħa tagħhom. Jekk il-presenza ta' addittiv f'oġġett ta' l-ikel, bħala konsegwenza ta' togħmiet miżjuda, ikollha funzjoni teknoloġika fl-oġġett ta' l-ikel, hija għandha titqies bħala addittiv fl-oġġett ta' l-ikel u mhux bħala addittiv ta' togħma.";

3. l-Annessi għandhom jiġu emendati kif stipulat fl-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Qabel l-1 ta' Lulju 2004, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta' l-Ikel għandhom jirrevedu l-użu ta' l-addittivi E 214 sa E 219.

2. Qabel is-27 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress tar-rivalwazzjoni ta' addittivi. Din ir-rivalwazzjoni għandha b'mod partikolari tiffoka fuq E 432 sa E 436 (polysorbates) kif ukoll E 251 u E 252 (nitrati) u E 249 u E 250 (nitrati).

Artikolu 3

Id-Direttiva 67/427/KEE għandha tiġi revokata.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sabiex:

- jawtorizzaw il-kummerċ fi u l-użu ta' prodotti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-aktar tard sas-27 ta' Lulju 2005,

- jipprojbixxu l-kummerċ fi u l-użu ta' prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva l-aktar sas-27 ta' Jannar 2006; iżda prodotti imqegħda fis-suq jew tikkettjati qabel dik id-data li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva jistgħu jiġu marketed sakemm jintemmu l-ħażniet.

Huma għandhom jinformaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandu ikunu preskritti mill-Istati Membri.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] ĠU C 208, 03.09.03, p. 30.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2003 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-1 ta' Diċembru 2003.

[3] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 1).

[4] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva2003/52/KE (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 23).

[5] ĠU L 184, tal-15.7.1988, p. 61. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/71/KEE (ĠU L 42, tal-15.2.1991, p. 25).

[6] ĠU L 184, tal-15.7.1988, p. 61. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/71/KEE (ĠU L 42, tal-15.2.1991, p. 25).

[7] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata bid-Direttiva2003/89/KE (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 15).

[8] ĠU L 237, tat-28.8.1997, p. 18. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/443/KE (ĠU L 179, tat-18.7.2000, p. 13).

[9] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[10] ĠU C 148, tal-11.7.1967, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi li jinsabu mad-Direttiva 95/2/EC għandhom jiġu emendati kif ġej:

1. fl-Anness I:

(a) In-Nota 2 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

"2. Is-sustanzi elenkati taħt in-numri E 407, E 407a u E 440 jistgħu jiġu standardised ma' zokkor, bil-kondizzjoni li dan jiġi dikjarat b'żieda man-numru u t-tismija.'";

(b) fil-lista ta' l-addittivi:

- id-daħla sħiħa għall-E 170 għandha tiġi sostitwita bi "E 170 Karbonat tal-kalċju",

- fid-daħla sħiħa għall-E 466, l-isem "Gomma taċ-ċellulożi" għandu jiżdied,

- fid-daħla għall-E 469, l-isem "Gomma taċ-ċellulożi enzymatically hydrolysed" għandu jiżdied;

2. fl-Anness II:

(a) l-isem "E 170 Karbonati tal-Kalċju" għandu jiġi sostitwit kull fejn iseħħ bi "E 170 Karbonat tal-kalċju";

(b) dan li ġej għandu jiżdied fil-lista ta' l-addittivi u l-livelli massimi li jikkonċernaw

"Il-prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata kif definiti fid-Direttiva 2000/36/KE"

:

| "E 472cEsteri ta' aċidu ċitriku ta' mono-u diglycerides ta' aċidi xaħmija | quantum satis" |

(ċ) dan li ġej għandu jiddaħħal fil-lista ta' l-addittivi u l-livell massimu għall-

"Frott u ħxejjex mhux ipproċessati ffriżati u ffriżati ħafna; frott u ħxejjex mhux ipproċessati, ppakkjati minn qabel lesti tajbin għall-konsum immedjat u patata mhux ipproċessata u mqaxxra, ppakkjata minn qabel"

:

| "E 296Malic acid | quantum satis (biss għall-patata mqaxxra)" |

(d) dan li ġej għandu jiżdied fil-lista ta' l-addittivi u l-livell massimu għal

"Frott ippriservat"

:

| "E 440PectinE 509Kloridu tal-kalċju | quantum satis (biss għal frott ippriservat minbarra tuffiegħ)" |

(e) dan li ġej għandu jiddaħħal fil-lista ta' l-addittivi u l-livell massimu għall-

"Mozzarella u ġobon tax-xorrox"

:

| "E 460iiċellulożi f'forma ta' trab | quantum satis (biss għal ġobon maħkuk u imfettet)" |

(f) ir-ringieli li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar ta' l-Anness:

"UHT ħalib tal-mogħża | E 331Ċitrati tas-sodju | 4 g/l |

Qastan f'likwidu | E 410Gomma tal-ħarrubE 412Gomma tal-gwarE 415Gomma tax-xanthane | quantum satis" |

3. fl-Anness III:

A. it-taqsima A għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) it-tismija "Moħmi parzjalment, oġġetti tal-furnara ippakkjati minn qabel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut" għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: "Moħmi parzjalment, oġġetti tal-furnara ippakkjati minn qabel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut u ħobż bl-enerġija mnaqqsa maħsub għall-bejgħ bl-imnut";

(b) fl-aħħar ta' din it-taqsima għandhom jiżdiedu r-rinġieli li ġejjin:

"Dnub tal-awwist, imsajjra u molluski msajjra marinati ppakkjati minn qabel | 2 000 | | | | | |

Togħmiet | | | | 1500" | | |

B. it-taqsima Ċ għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) ir-ringieli li ġejjin għandhom jitħassru:It-tħassir ta' E 231

orthophenyl phenol

uE 232 sodium

orthophenyl phenol

għandu jidħol fis-seħħ malli l-ħtiġiet għall-ittekkettjar ta'l-oġġetti ta' l-ikel ittrattati b'dawn is-sustanzi isiru applikabbli bis-saħħa ta' leħislazzjoni tal-Komunità dwar limiti massimi residwi għall-pestiċidi.'

"E 230 | Biphenyl, diphenyl | Trattament tal-wiċċ ta' frott taċ-ċitru | 70 mg/kg |

E 231 | Orthophenyl phenol | Trattament tal-wiċċ ta' frott taċ-ċitru | 12 mg/kg individwalment jew f'kombinazzjoni espressi bħala orthophenyl phenol |

E 232 | Sodium orthophenyl phenol |

(b) l-oġġett ta' l-ikel li ġej għandu jiżdied ma' E 1105:

| | "Inbid skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u r-Regolament tiegħu ta' implimentazzjoni (KE) Nru 1622/2000 | Pro memoria |

Ċ. it-taqsima D għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimi għandhom jiżdiedu fl-aħħar ta' din it-taqsima:

"E 310 | Propyl gallate | Żjut essenzali | 1000 mg/kg (gallates u BHA, individwalment jew f'kombinazzjoni) |

E 311 | Octyl gallate |

E 312 | Dodecyl gallate |

E 320 | Butylated hydroxyanisole (BHA) | Togħmiet oħra minbarra żjut essenzali | 100 mg/kg (gallates, individwalment jew f' kombinazzjoni) jew 200 mg/kg (BHA)'" |

(b) fil-lista ta' l-oġġetti ta' l-ikel li tikkonċerna l-E 315 u E 316, it-tismija "Prodotti tal-laħam semi-priservati u priservati" għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: "Prodotti tal-laħam iffumigati u prodotti tal-laħam ippriservati";

4. fl-Anness IV:

(a) l-oġġett ta' l-ikel li ġej u l-livell massimu li jikkonċerna l-E 338 sa E 452 għandu jiżdied:

| | "Togħmiet | 40 g/kg" |

(b) l-oġġett ta' l-ikel li ġej u l-livell massimu li jikkonċerna l-E 338 sa E 452 għandu jitħassar:

| | "Sidru u meraq imħemmer tal-lanġas | 2 g/l" |

(ċ) l-oġġett ta' l-ikel li ġej u l-livell massimu għandu jiżdied mal-E 416:

| | "Togħmiet | 50 g/kg" |

(d) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimi li jikkonċernaw E 432 sa E 436 għandhom jiżdiedu:

| | "Togħmiet, minbarra togħmiet ta' duħħan likwidu u togħmiet ibbażati fuq ħwawar ta' l-oleoraża | 10 g/kg |

| | Oġġetti ta' ikel li ikun fihom togħmiet ta' duħħan likwidu u togħmiet ibbażati fuq ħwawar ta' l-oleoraża | 1 g/kg |

(e) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimi li jikkonċernaw l-E 444 għandhom jiżdiedu:

| | "Xorb spirituż imċajpar b'togħma li ikun fih anqas minn 15 % ta' alkoħol skond il-volum | 300 mg/l" |

(f) id-daħla li ġejja li tikkonċerna l-E 551 għandha tiddaħħal wara l-lista ta' l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi għall-E 535 sa E 538:

"E 551 | Diossidu tas-silikonju | Togħmiet | 50 g/kg" |

(g) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimi għandhom jiżdiedu ma' l-E 900:

| | "Togħmiet | 10 mg/kg" |

(h) fil-lista ta' l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi għall-E 901 saE 904, id-daħla:

"E 903 Xama' tal-karnawba"

għandha titħassar u d-daħla li ġejja li tikkonċerna l-E 903 għandha tiżdied wara d-daħla

"E 904 xellak"

:

"E 903 | Xama' tal-karnawba | Biss bħala aġenti għall-ippriservar biz-zokkor: | |

—oġġetti tal-ħelu (inkluża ċikkulata) | 500 mg/kg |

1200 mg/kg (biss għaċ-ċjuwing gumm) |

—prodotti żgħar fini tal-furnara miksija biċ-ċikkulata | 200 mg/kg |

—ikliet ħfief | 200 mg/kg |

—ġewż | 200 mg/kg |

—kafeni | 200 mg/kg |

—supplimenti ta' ikel dietetiku | 200 mg/kg |

—frott frisk taċ-ċitru, bettiegħ, tuffiegħ, lanġas, ħawħ u ananas (trattament tal-wiċċ biss) | 200 mg/kg" |

(i) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimu għandhom jiżdiedu ma' l-E 459:

| | "Togħmiet inkapsulati f' | |

| | —ta' bit-togħma u xorb ta' malajr bit-togħma f'forma ta' trab | 500 mg/l |

| | —ikliet ħfief bit-togħma | 1 g/kg f'oġġetti ta' l-ikel ikkunsmati jew bħala rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur" |

(j) ir-rinġieli li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar ta' l-Anness:

"E 907 | Hydrogenated poly-1-decene | Bħala aġent għall-ippriservar biz-zokkor | |

—ħelu | 2 g/kg |

—frott imnixxef | 2 g/kg |

E 1505 | Triethyl citrate | Togħmiet | 3 g/kg mis-sorsi kollha ta' oġġetti ta' l-ikel kif kunsmati jew kif rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur; individwalment jew f'kombinazzjoni. Fil-każ ta' xorb, il-livell massimu ta' E 1520 għandu ikun 1 g/l. |

E 1517 | Glyceryl diacetate (diacetin) |

E 1518 | Glyceryl triacetate (triacetin) |

E 1520 | Propan-1,2-diol (propylene glycol) |

E 1519 | Benzyl alcohol | Togħmiet għall | |

—likuri, inbejjed aromatizzati, xorb aromatizzat ibbażat fuq l-inbid u koktejls aromatizzati prodotti mill-inbid | 100 mg/l |

—ħelu inkluż ċikkulata u oġġetti fini tal-furnara | 250 mg/kg mis-sorsi kollha ta' oġġetti ta' l-ikel kif kunsmati jew kif rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur" |

5. fl-Anness V:

(a) ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' l-Anness:

"E 555 | Potassium aluminium silicate | Fl-E 171 titanium dioxide u E 172 ossidi tal-ħadid u idorssidi (mass 90 % relattiv għall-pigment)" |

(b) għall-E 468, l-isem "Cross-linked cellulose gum" għandu jiżdied;

6. fl-Anness VI:

(a) fin-nota ta' introduzzjoni, is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

"Il-formoli u ikel tal-ftim tat-trabi u tfal żgħar jista' ikun fihom l-E 1450 lamtu tas-sodju octenyl succinate li jirriżulta minn preparazzjonijiet tal-vitamini jew preparazzjonijiet ta' aċidu mxaħħah polyunsaturated. Iż-żejjed ta' E 1450 fil-prodott lest għall-konsum ma għandux ikun aktar minn 100 mg/kg minn preparazzjonijiet tal-vitamini u 1000 mg/kg minn preparazzjonijiet ta' aċidu mxaħħam polyunsaturated.";

(b) fit-taqsima 4

- it-titolu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"ADDITTIVI TA' IKEL PERMESSI F'IKEL DIJETETIKU GĦAT-TRABI U TFAL ŻGĦAR GĦALL-FINIJIET SPEĊJALI MEDIĊINALI KIF DEFINITI FID-DIRETTIVA 1999/21/KE [5]

- dan li ġej għandu jiżdied mat-tabella:

"E 472c | Esteri ta' aċidu ċitriku u mono-u diglycerides ta' aċidi mxaħħma | 7,5 g/l mibjugħ bħala trab | Mit-twelid ‘l quddiem |

9 g/l mibjugħ bħala likwidu" |

[5] Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar ikel dijetetiku għall-finijiet speċjali mediċinali, (ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 29)."

--------------------------------------------------

Top