EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0015

Id-Direttiva 2003/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċiTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 66, 11.3.2003, p. 26–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/15/oj

32003L0015



Official Journal L 066 , 11/03/2003 P. 0026 - 0035


Id-Direttiva 2003/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-27 ta’ Frar 2003

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fit-3 ta’ Diċembru 2002 [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE [4] armonizzat b’mod komprensiv il-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi u għandha bħala l-għan ewlieni tagħha l-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Għal dan il-għan, jissokta jkun indispensabbli li jitwettqu ċerti testijiet tossikoloġiċi sabiex tiġi vvalutata s-sigurtà tal-prodotti kosmetiċi.

(2) Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benesseri ta’ l-annimali anness bit-Trattat ta’ Amsterdan mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jipprovdi illi l-Komunità u l-Istati Membri għandhom iqisu sewwa l-ħtiġiet tal-benesseri ta’ l-annimali fl-implimentazzjoni tal-politiki Komunitarji, b’mod partikolari rigward is-suq intern.

(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta’ l-24 ta’ Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Mewmbri li jirrigwrdaw il-protezzjoni ta’ l-annimali wżati għal skopijiet sperimentali u skopijiet xjentifiċi oħra [5] stabbiliet regoli komuni rigward l-użu ta’ l-annimali għal skopijiet sperimentali ġewwa l-Komunità u stabbiliet il-kondizzjonijiewt li fuqhom dawn l-esperimenti jistgħu jitwettqu fit-territorju ta’ l-Istati Membri. B’mod partikolari, l-Artikolu 7 ta’ din id-Direttiva jeħtieġ illi l-esperimenti fuq l-annimali jiġu mibdula b’metodi alternattivi, meta jeżistu dawn il-metodi u jkunu xjentifikament sodisfaċenti. Sabiex jiġu ffaċilitati l-iżvilupp u l-użu tal-metodi alternattivi fis-settur tal-kosmetika li ma jużawx annimali ħajjin, iddaħħlu disposizzjoijiet speċifiċi bid-Direttiva tal-Kunsill 93/35/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 li temenda għas-sitt darba d-Direttiva 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi [6].

Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw biss il-metodi alternattivi li ma jużawx annimali u ma jqisux il-metodi alternattivi żviluppati sabiex inaqqsu n-numru ta’ l-annimali wżati għall-esperimenti u sabiex inaqqsu s-sofferenza tagħhom. Għalhekk, sabiex joffru l-protezzjoni ottimali lill-annimali wżati sabiex jiġu ttestjati l-prodotti kosmetiċi sakemm jiġu implimentati l-projbizzjoni tat-testijiet fuq l-annimali għall-prodotti kosmetiċi u l-marketing tal-prodotti kosmetiċi minn annimali ttestjati fil-Komunità, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu emndati sabiex jipprovdu l-użu sistematiku tal-metodi alternattivi, li jnaqqsu n-numru ta’ l-annimali wżati jew inaqqsu s-sofferenza kkaġunata, f’dawk il-każijiet fejn għadhom mhux disponibbli alternattivi ta’ bdil fis-sħiħ, kif ipprovvdut bl-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 86/609/KEE, meta dawn il-metodi joffru lill-konsumaturi livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għal dak tal-metodi konvenzjonali li jkunu maħsuba sabiex jeħdulhom post dawn ta’ l-aħħar.

(4) Skond id-Direttiva 86/609/KEE u d-Direttiva 9/35/KEE, huwa essenzjali li jiġi segwit il-għan li jiġu aboliti l-esperimenti bl-annimali sabiex jittestjaw il-prodotti kosmetiċi u li l-projbizzjoni ta’ dawn l-esperimenri ssir effettiva fit-territorju ta’ l-Istati Membri. Sabiex jiġi żgurat illi din il-projbizzjoni tiġi implimentata fis-sħiħ, jista’ jkun meħtieġ li l-Kummisjoni tressaq iktar proposti sabiex tiġi emendata d-Direttiva 86/609/KEE.

(5) Korrentement, il-metodi alternattivi biss li huma vvalidati xjentifikament miċ-Ċentru Ewropew tal-Validazzjoni tal-Metodi Alternattivi (ECVAM) jew l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) u li japplikaw għas-settur kollu tal-kosmetika li huma adottati b’mod sistematiku fil-livell Komunitarju. Madankollu, is-sigurtà tal-prodotrti kosmetiċi u ta’ l-ingredjenti tagħhom tista’ tiġi żgurata permez ta’ l-użu ta’ metodi alternattivi li ma japplikawx bi ħtieġa għall-użi kollha ta’ l-ingredjenti kimiċi. Għalhekk, għandu jitmexxa ’l quddiem l-użu ta’ dawn il-metodi mill-industrija kosmetika kollha u għandha tiġi żgurata l-adozzjoni tagħhom fil-livell Komunitarju, meta dawn il-metodi joffru livell ekwivalenti għall-protezzjoni tal-konsumaturi.

(6) Is-sigurtà tal-prodotti kosmetiċi mlestija tista’ diġà tiġi żgurata fuq il-bażi tal-għerf dwar is-sigurtà ta’ l-ingredjenti li jkun fihom. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet li jipprojbixxu t-testijiet bl-annimali tal-prodotti kosmetiċi mlestija jistgħu jiġu inkorporati fid-Direttiva 76/768/KEE. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni, b’mod partikolari mill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, tal-metodi li ma jinvolvux l-użu ta’ l-annimali sabiex jistmaw is-sigurtà tal-prodotti kosmetiċi mlestija.

(7) Għandu isir bil-mod il-mod possibbli li tiġi żgurata s-sigutà ta’ l-ingredjenti wżati fil-prodotti kosmetiċi bl-użu tal-metodi alternattivi li ma jużawx l-annimali, ivvalidati fil-livell Komunitarju, jew approvati bħala vvalidati xjentifikament, miċ-ECVAM u b’rigward mistħoqq għall-iżvilupp tal-validazzjoni ġewwa l-OECD. Wara li tikkonsulta l-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Kosmetiċi u tal-Prodotti Mhux ta’ l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi (SCCNFP) rigward kif jistgħu jiġu applikati l-metodi alternattivi vvalidati fil-kamp tal-prodotti kosmetiċi, il-Kummissjoni għandha minnufih tippubblika l-metodi vvalidati jew approvati kkonoxxuti bħala li japplikaw għal dawn l-ingredjenti. Sabiex jinkiseb l-ogħla grad possibbli tal-protezzjoni ta’ l-annimali, għandha tiġi ffissata temma taż-żmien għad-dħul ta’ projbizzjoni definittiva.

(8) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-iskedi taż-żmien tat-temmiet taż-żmien għall-projbizzjoni tal-marketing tal-prodotti kosmetiċi, tal-formolazzjoni finali, ta’ l-ingredjenti jew tal-għaqdiet ta’ l-ingredjenti li jkunu ġew ittestjati fuq l-annimali, u għall-projbizzjoni ta’ kull test korrentment imwettaq bl-użu ta’ l-annimali, sa massimu ta’ sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Madankollu, bil-ħsieb tal-fatt illi għad ma jeżistu l-ebda alternattivi taħt konsidrazzjoni għat-testijiet li jirrigwardaw it-tossiċità tad-doża mtennija, tat-tossiċità riproduttiva u tat-tossikokinetika, huwa approprjat illi t-temma massima taż-żmien għall-projbizzjoni tal-marketing tal-prodotti kosmetiċi li għalihom jintużaw dawn it-testijiet tkun ta’ 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Fuq il-bażi tar-rapporti annwali, il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata li taddatta l-iskedi taż-żmien ġewwa l-limiti taż-żmien massimi rispettivi msemmija hawn fuq.

(9) Il-kordinament aħjar tar-riżorsi fil-livell Komunitarju għandu jikkontribwixxi għaż-żieda fil-għerf xjentifiku indispensabbli għall-iżvilupp tal-metodi alternattivi. Għal dan il-għan, huwa essenzjali illi l-Komunità tissoka u żżid l-isforzi tagħha u tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tippromwovi r-riċerka u l-iżvilupp ta’ metodi alternattivi ġodda li ma jużawx l-annimali. b’mod partikolari fis-Sitt Programm Qafas kif iddikjarat fid-Deċiżjoni Nru 1513/KE/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [7].

(10) Għandu jiġi inkoraġġit il-konoxximent minn pajjiżi mhux membri tal-metodi alternattivi żviluppati fil-Komunità. Sabiex jiksbu dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi approprjati kollha sabiex jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni ta’ dawn il-metodi mill-OECD. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħiltha wkoll, fil-kwadru tal-ftehimijiet ta’ kooperazzjoni tal-Komunità Ewropea, li tikseb il-konoxximent tar-riżultati tat-testijiet tas-sigurtà mwettqa fil-Komunità bl-użu ta’ metodi alternattivi sabiex tiżgura illi l-esportazzjoni tal-prodotti kosmetiċi li għalihom kienu ntużaw dawn il-metodi ma tiġix imfixkla u li tipprevjieni jew tevita lill-pajjiżi mhux membri milli jeħtieġu t-tennija ta’ dawn it-testijiet li jużaw l-annimali.

(11) Għandu jkun possibbli li ssir pretensjoni dwar prodott kosmetiku li ma ġie mwettaq l-ebda test fuq l-annimali fejn jidħol l-iżvilupp tal-prodott. Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tiżviluppa linji gwida sabiex tiżura illi jiġu applikati kriterji komuni fl-użu tal-pretensjonijiet u li jintlaħaq ftehim allineat tal-pretensjonijiet, u b’mod partikolari illi dawn il-pretensjonijiet ma jqarrqux bil-konsumatur. Fl-iżvilupp ta’ dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-veduti tal-ħafna intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li jagħmlu l-maġġoranza tal-produtturi tat-"testijiet mingħajr annimali", l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, u l-ħtieġa li l-konsumaturi jkunu kapaċi jagħmlu distinzjonijiet prattiċi bejn il-podotti fuq il-bażi tal-kriterji tat-testijiet fuq l-annimali.

(12) L-SCCNFP iddikjara fl-opinjoni tiegħu tal-25 ta’ Settembru 2001 illi s-sustanzi kklassifikati skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifika, l-imballaġġ u l-għoti tat-tikketti tas-sustanzi perikolużi [8] bħala karċinoġeniċi (għajr għas-sustanzi karċinoġeniċi biss mat-teħid tan-nifs), mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-kategoriji 1 jew 2, u s-sustanzi b’potenzjal simili, ma għandhomx jiġu miżjuda intenzjonalment mal-prodotti kosmetiċi, u li s-sustanzi kklassifikati skond id-Direttiva 67/548/KEE bħala karċinoġeniċi, murtġniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-kategorija 3, u s-sustanzi b’potenzjal simili, ma għandhomx jiġu miżjuda intenzjonalmenr mal-prodotti kosmetiċi għajr jekk jista’ jiġi muri illi l-livelli tagħhom ma joħolqu l-ebda tehdida għas-saħħa tal-konsumatur.

(13) Tenut kont tar-riskji speċjali illi s-sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjon, tal-kategoriji 1, 2 u 3, skond id-Direttiva 67/548/KEE jistgħu jinvolvu għas-saħħa tal-bniedem, għandu jiġi pprojbit l-użu tagħhom fil-prodotti kosmetiċi. Sustanza kklassifikata fil-kategorija 3 tista’ tintuża fil-kosmetiċi jekk is-sustanza tkun ġiet ivvalutata mill-SCCNFP u misjuba aċċettabbli għall-użu fil-prodotti kosmetiċi.

(14) Sabiex jiġi mtejjeb it-tagħrif ipprovvdut lill-konsumaturi, il-prodotti kosmetiċi għandhom iġorru indikazzjonijiet iktar preċiżi li jirrigwardaw it-tul taż-żmien ta’ l-użu tagħhom.

(15) Ċerti sustanzi ġew identifikati bħala kawża importanti tar-reazzjonijiet ta’ l-allerġija bil-kuntatt fil-konsumaturi sensittivi għall-fwieħa. Sabiex jiġi żgurat illi dawn il-konsumaturi jiġu mgħarrfa adegwatament, huwa għalhekk meħtieġ li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/768/KEE sabiex jeħtieġu illi l-preżenza ta’ dawn is-sustanzi tissemma’ fil-lista ta’ l-ingredjenti. Dan it-tagħrif għandu jtejjeb id-dijanjosi ta’ l-allerġiji bil-kuntatt fost dawn il-konsumaturi u għandu jgħinhom li jevitaw l-użu tal-prodotti kosmetiċi li ma jifilhux jittolleraw.

(16) L-SCCNFP identifikat numru ta’ sustanzi bħala li x’aktarx jikkaġunaw reazzjonijiet allerġeniċi u jkun meħtieġ illi jiġi ristrett l-użu tagħhom u/jew li jiġu imposti ċerti kondizzjonijiet li jirrigwardawhom.

(17) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [9].

(18) Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/35/KEE li jipprojbixxu l-marketing tal-prodotti kosmetiċi li jkun fihom l-ingredjenti jew il-għaqdiet ta’ ingredjenti ttestjati fuq l-annimali għandhom jeħdulhom posthom id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Fl-interessi taċ-ċarezza legali għalhekk huwa approprjat li jiġi applikat l-Arikolu 1(1) ta’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ Lulju 2002, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ l-aspettazzjonijiet leġittimi,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/768/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 4 għandu jiġi mħassar;

2. għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"L-Artikolu 4a

1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali li jidderivaw mill-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu:

(a) il-marketing tal-prodotti kosmetiċi meta l-formolazzjoni finali, sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, kienet is-suġġett li l-annimali jiġu ttestjati bl-użu ta’ metodu ieħor għajr il-metodu alternattiv wara li dan il-metodu alternattiv kien ġie vvalidat u adottat fil-livell Komunitarju b’rigward xieraq għall-iżvilupp tal-validazzjoni ġewwa l-OECD;

(b) il-marketing tal-prodotti kosmetiċi li jkun fihom l-ingredjenti jew il-għaqdiet ta’ l-ingredjenti li, sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, kienu s-suġġett li l-annimali jiġu ttestjati bl-użu ta’ metodu ieħor għajr il-metodu alternattiv wara li dan il-metodu alternattiv kien ġie vvalidat u adottat fil-livell Komunitarju b’rigward xieraq għall-iżvilupp tal-validazzjoni ġewwa l-OECD;

(ċ) it-twettieq fuq it-territorju tagħhom ta’ testijiet fuq l-annimali tal-prodotti kosmetiċi mlestija sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva;

(d) it-twettieq fuq it-territorju tagħhom ta’ testijiet fuq l-annimali ta’ l-ingredjenti jew it-tagħqidiet ta’ l-ingredjenti sabiex jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, mhux iktar tard mid-data li dawn it-testijiet jinħtieġu li jinbidlu minn metodu alternattiv jew metodi alternattivi vvalidati elenkatifl-Annes V tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi [10] jew fl-Anness IX ma’ din id-Direttiva.

Mhux iktar tard mill-11 ta’ Settembru 2004, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura riferita fl-Artkolu 10(2) u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Kosmetiċi u tal-Prodotti Mhux ta’ l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi (SCCNFP) tistabbilixxi l-kontenut ta’ l-Anness IX.

2. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-SCCNFP u ċ-Ċentru Ewropw tal-Validazzjoni tal-Metodi Alternattivi (ECVAM), għandha tistabbilixxi l-iskedi taż-żmien sabiex jiġu implimentati d-disposizjonijiet skond il-paragrafu 1 (a), (b) u (d), inklużi t-temmiet taż-żmien sabiex it-testijiet varji ma jibqgħux jintużaw. L-iskedi taż-żmien għandhom jiġu magħmula disponibbli lill-pubbliku mhux iktar tard mill-11 ta’ Settembru 2004 u jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-perjodu taż-żmien ta’ l-implimentazzjoni għandu jkun limitat għal massimu ta’ sitt snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/15/KE fejn jidħol il-paragrafu 1(a), (b) u (d).

(2.1) Fejn jidħlu t-testijiet li jirrigwadaw it-tossiċit tad-doża mtennija, it-tossiċit tar-riproduzzjoni u t-tossikokinetika, li għalihom għadhom ma jeżistu l-ebda alternattivi taħt konsiderazzjoni, il-perjodi taż-żmien sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1 (a) u (b) għandhom ikunu limitati għal massimu ta’ 10 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2003/15/KE.

(2.2) Il-Kummissjoni għandha tistudja d-diffikutajiet tekniċi possibbli sabiex titħares il-projbizzjoni fejn għandhom x’jaqsmu t-testijiet, u b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw it-tossiċit tad-doża mtennija, it-tossiċit tar-riproduzzjoni u t-tossikokinetika, li għalihom għad ma jeżistu l-ebda alternattivi taħt konsiderazzjoni. It-tagħrif dwar ir-riżultati proviżorji u finali ta’ dawn l-istudji għandhom jiffurmaw parti mir-rapporti ta’ kull sena ppreżentati skond l-Artikolu 9.

Fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti annwali, l-iskedi taż-żmien stabbiliti skond il-paragrafu 2 jistgħu jiġu addattati fil-limiti massimi taż-żmien ta’ sitt snin kif riferit fil-paragrafu 2 jew ta’ 10 snin kif riferit fil-paragrafu 2.1 u wara konsultazzjoni ma’ l-entitajiet riferiti fil-paragrafu 2.

(2.3) Il-Kummissjoni għandha tistudja l-progress u t-tħaris tat-termini taż-żmien kif ukoll id-diffikutajiet tekniċi possibbli sabiex titħares il-projbizzjoni. It-tagħrif dwar ir-riżultati proviżorji u finali ta’ l-istudji tal-Kummissjoni għandhom jiffurmaw parti mir-rapporti ta’ kull sena ppreżentati skond l-Artikolu 9. Jekk dawn l-istudji jikkonkludu, l-iktar tard sa sentejn qabel it-tmiem tal-perjodu massimu taż-żmien riferit fil-paragrafu 2.1, illi għal raġunijiet tekniċi test jew iktar riferiti fil-paragrafu 2.1 ma jiġux żviluppati u vvalidati qabel ma jiskadi l-perjodu taż-żmien riferit fil-paragrafu 2.1, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha tressaq proposta leġislattiva skond l-Artikolu 51 tat-Trattat.

(2.4) F’ċirkostanzi eċċezzjonali meta jinħoloq tħassib gravi rigward is-sigurtà ta’ ingredjent kosmetiku eżistenti, Stat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni li tikkonċedi deroga mill-paragrafu 1. It-talba għandu jkun fiha valutazzjoni tas-sitwazzjoni u tindika l-miżuri meħtieġa. Fuq dan il-bażi, il-Kummisjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-SCCNFP u permezz ta’ deċiżjoni rraġjonata, tawtorizza d-deroga skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 10(2). Din l-awtrorizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet assoċjati ma’ din id-deroga f’termini ta’ għanijiet speċifiċi, it-tul taż-żmien u r-rappurtaġġ tar-riżultati.

Deroga tista’ tiġi konċessa biss jekk:

(a) l-ingredjent ikun jintuża ħafna u ma jistax jiġi mibdul b’ingredjent ieħor kapaċi li jwettaq funzjoni simili;

(b) tiġi ssostanzjata l-problema speċifika tas-saħħa tal-bniedem u tiġi ġġustifikata l-ħtieġa li jiġu kondotti t-testijiet fuq l-annimali u tkun appoġġjata bi Protokoll iddettaljat ta’ riċerka propost bħala bażi għall-valutazzjoni.

Id-deċiżjoni dwar l-awrtorizzazzjoni, il-kondizzjonijiet assoċjati magħha u r-riżultat finali miksub għandhom jagġmlu parti mir-rapport annwali li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9.

3. Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu:

(a) "prodott kosmetiku mlesti" jfisser il-prodott kosmetiku fil-formolazzjoni finali tiegħu, kif imqiegħed fis-suq u magħmul disponibbli lill-konsumatur finali, jew il-prototip tiegħu.

(b) "prototip" ifisser l-ewwel mudell jew disinn li ma jkunux ġew prodotti f’lottijiet u li minnhom jiġi kkopjat il-prodott kosmetiku mlesti jew żviluppat finalment.

Artikolu 4b

L-użu fil-prodotti kosmetiċi tas-sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni, tal-kategoriji 1, 2 u 3, fl-Anness I mad-Direttiva 67/548/KEE għandu jiġi pprojbbit. Għal dan il-fini, il-Kummissjoni għandha tadotta l-proċeduri meħtieġa skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 10(2). Sustanza kklassifikata fil-kategorija 3 tista’ tintuża fil-kosmetiċi jekk is-sustanza tkun ġiet ivvalutata mill-SCCNFP u misjuba aċċettabbli għall-użu fil-prodotti kosmetiċi."

3. l-Artikolu 6(1)(ċ) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(ċ) Id-data tat-tul taż-żmien minimu għandha tkun indikata bil-kliem: "l-aħjar użat qabel it-tmiem ta’"; segwit jew:

- bid-data nfisha, jew

- bid-dettalji ta’ fejn tidher fuq l-imballaġġ.

Id-data għandha tkun espressa biċ-ċar u għandu jkun fiha jew ix-xahar u s-sena jew il-jum, ix-xahar u s-sena f’din l-ordni. Jekk meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jkun issupplimentat b’indikazzjoni tal-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssoddisfatti sabiex jiggarantixxu t-tul taż-żmieb iddikjarat.

L-indikazzjoni tad-data tat-tul taż-żmien ma għandhiex tkun mandatorja għall-prodotti kosmetiċi b’tul taż-żmien minimu ta’ iktar minn 30 xahar. Għal dawn il-prodotti, għandu jkun hemm indikazzjoni tal-perjodu taż-żmien għal wara l-ftuħ li fih il-prodott ikun jista’ jiġi wżat mingħajr ebda ħsara għall-konsumatur. Dan it-tagħrif għandu jiġi indikat bis-simbolu mogħti fl-Anness VIIIa segwit bil-perjodu taż-żmien (f’xhur u/jew snin).";

4. l-Artikolu 1 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(g) lista ta’ l-ingredjenti fl-ordni dixxendenti tal-piż fiż-żmien meta jiġu miżjuda. Din il-lista għandha ġġib qabilha l-kelma "ingredjenti". Meta dan ikun impossibbli għal raġunijiet prattiċi, fuljett, tikketta, żigarella jew biljett imdaħħla ġewwa għandu ikun fihom l-ingredjenti li għalihom jiġi riferit il-konsumatur b’tagħrif abbrevjat jew bis-simbolu mogħti fl-Anness VIII, li għandu jidher fuq l-imballaġġ.

Dawn li ġejjin ma għandhomx, madankollu, jitqiesu bħala ingredjenti:

- l-impuritajiet fil-materji prima wżati,

- il-materjali tekniċi sussidjarji wżati fit-tħejjija imma mhux preżenti fil-prodott finali,

- il-materjali wżati fi kwantitajiet strettament meħtieġa bħala solventi jew bħala trasportaturi għall-kompożizzjoniet tal-fwieħa u aromatiċi.

Il-kompożizzjonijiet tal-fwieħa u aromatiċi u l-materji prima tagħhom għandhom jiġu riferiti bil-kliem "fwieħa" jew "aroma". Madankollu, il-preżenza tas-sustanzi, li s-semmija tagħhom tinħtieġ taħt il-kolonna "limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra" fl-Anness III, għandha tiġi indikata fil-lista irrispettivament mill-funzjoni tal-prodott.

L-ingredjenti f’konċentrazzjonijiet ta’ inqas minn 1 % jistgħu jiġu elenkati f’kull ordni wara dawk ta’ konċentrazzjonijiet ta’ iktar minn 1 %.

L-aġenti li jagħtu l-kulur jistgħu jiġu elenkati f’kull ordni wara l-ingredjenti l-oħra, skond in-numru ta’ l-indiċi tal-kulur jew id-denominazzjoni adottata fl-Anness IV. Għall-prodotti kosmetiċi dekorattivi mqiegħda fis-suq f’numru ta’ skali tal-kulur, jistgħu jiġu elenkati l-aġenti kollha li jagħtu l-kulur fil-filliera, sakemm jiġu miżjuda l-kliem "jista’ jkun fih" jew is-simbolu "+/-"

Ingredjent għandu jiġi identifikat bl-isem komuni riferit fl-Artikolu 7(2) jew, fin-nuqqas ta’ dan, b’wieħed mill-ismijiet riferiti fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 5a(2).

Skond il-proċedura riferita fl-Arikolu 10(2), il-Kummissjoni tista’ taddatta l-kriterji u l-kondizzjonijiet iddikjarati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/17/KE tad-19 ta’ Ġunju 1995 rigward in-nuqqas ta’ l-inklużjoni ta’ ingredjent jew iktar fil-lista wżata għall-għoti tat-tikketti lill-prodotti kosmetiċi [11] li taħthom fabbrikant jista, għar-raġunijiet tas-segretezza kummerċjali, japplika sabiex ma jinkludix ingredjent jew iktar fil-lista msemmija hawn fuq."

5. l-aħħar sentenza ta’ l-Atikolu 6(3) għandha tiġi miżjuda u għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Iktar minn hekk, il-fabbrikant jew il-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-prodott fis-suq Komunitarju jistgħu jieħdu l-vantaġġ, fuq l-imballaġġ tal-prodott jew f’kull dokument, avviż, tikketta, ċirku jew kullar li jakkumpanjaw il-prodott jew jirreferu għalih, mill-fatt illi ma jkunu twettqu l-ebda testijiet fuq l-annimali biss jekk il-fabbrikant jew il-fornituri tiegħu ma jkunu wettqu jew ikkommissjonaw l-ebda testijiet fuq l-annimali fuq il-prodott lest, jew il-protip tiegħu, jew f’ebda ingredjent fih, jew ma wżaw l-ebda ingredjent li jkun ġie ttestjat fuq l-annimali minn oħrajn bil-għan li jiġu żviluppati prodotti kosmetiċi ġodda. Għandhom jiġu adottat linji gwida skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 10(2) u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Parlament Ewropew għandu jirċievi kopji tal-miżuri abbozzati ssottomessi lill-Kumitat."

6. l-Artikolu 7a(1)(d) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(d) l-istima tas-sigurt għas-saħħa tal-bniedem tal-prodott lest. Għal dan il-fini, il-fabbrikant għandu jieħu f’konsiderazzjoni l-profil ġenerali tossikoloġiku ta’ l-ingredjenti, il-binja kimika tagħhom u l-livell tagħhom ta’ espożizzjoni. Għandhom jitqiesu b’mod partikolari l-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-espożizzjoni taż-żoni li fuqhom għandu jiġi applikat il-prodott jew il-popolazzjoni li għaliha hu maħsub. Għandu jkun hemm fost ħwejjeġ oħra stima tal-prodotti kosmetiċi maħsuba għall-użu fuq it-tfal taħt l-et ta’ tliet snin u tal-prodotti kosmetiċi maħsuba b’mod esklussiv sabiex jintużaw fl-iġjene intima esterna.

Jekk l-istess prodott ikun iffabbrikat f’numru ta’ postiiet ġewwa t-territorju tal-Komunit, fabbrikant jista’ jagħżel post waħdieni tal-fabbrikazzjoni fejn ikun disponibbli dan it-tagħrif. F’konnessjoni ma’ dan, u meta hekk mitlub għall-għanijiet tal-monitoraġġ, għandu jkun obbligat li jindika l-post hekk magħżul lill-awtorit jew lill-awroritajiet tal-monitoaġġ interessati. F’dan il-każ, it-tagħrif għandu jkun aċċessibbli mingħajr xkiel;"

7. il-punt li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 7a(1):

"(h) l-informazzjoni dwar kull test fuq l-annimali mwettaq mill-fabbrikant, l-aġenti jew il-fornituri tiegħu, li jkollha x’taqsam mal-valutazzjoni ta’ l-iżvilupp jew is-sigurt tal-prodott jew l-ingredjenti tiegħu, inkluż kull test fuq l-annimali mwettaq sabiex jissodisfa l-ħtiġiet leġislattivi jew regolatorji tal-pajjiżi mhux membri.

Mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni, b’mod partikolari, tas-segretezza kummerċjali u tal-proprjet intellettwali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-tagħrif meħtieġ taħt il-(a) u l-(f) għandu jingħamel aċċesibbli bla xkiel lill-pubbiku b’kull mezz approprjat, inklużi l-mezzi elettroniċi. It-tagħrif kwantitattiv meħtieġ taħt il-(a) li għandu jintgħamel aċċessibbli għall-pubbliku għandu jkun limitat għas-sustanzi perikolużi koperti bid-Direttiva 67/548/KEE."

8. fl-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8a(3), it-titolu "il-Kumitat Xjentifiku tal-Kosmetoloġija" għandu jinbidel fi "il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Xjentifiċi u tal-Prokoddti Mhux ta’ l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi";

9. l-Artikoli 9 u 10 għandhom jiġu mibdula b’li ġej:

"L-Artikolu 9

Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

(a) il-progress magħmul fl-iżvilupp, il-validazzjoni u l-aċċettazzjoni legali tal-metodi alternattivi. Ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni preċiża dwar in-numru u t-tip ta’ l-esperimenti li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi mwettqa fuq l-annimali. L-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jiġbru dan it-tagħrif b’żieda mal-ġbir ta’ l-istatistika stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta’ l-24 ta’ Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw il-protezzjoni ta’ l-annimali wżati għall-għanijiet sperimentali u xjentifiċi oħra [12]. Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tiżgura l-iżvilupp, il-validazzjoni u l-aċċettazzjoni legali tal-metodi alternattivi tat-testijiet li ma jużawx annimali ħajjin.

(b) il-progress magħmul mill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha sabiex tikseb l-aċċettazjoni mill-OECD tal-metodi alternattivi vvalidatoi fil-livell Komunitarju u l-konoxximent mill-pajjiżi mhux membri tar-riżultati tat-testijiet tas-sigurt mwettqa fil-Komunit bl-użu tal-metodi alternattivi, b’mod partikolari, fil-kwadru tal-ftehimijiet ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunit u dawn il-pajjiżi;

(ċ) il-manjiera li fiha jkunu tqiesu l-ħtiġiet speċifiċi ta’ l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.

Artikolu 10

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Kosmetiċi.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu ġew ikkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura."

10. għandu jiżdied dan li ġej mal-Part I ta’ l-Anness III:In-Numru tar-referenza

"Is-Sustanza | Ir-Restrizzjonijiet | Il-Kondizzjonijiet ta’ l-użu u t-twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta | Il-Kondizzjonijiet ta’ l-użu u t-twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta |

Il-Kamp ta’ l-applikazzjoni u/jew ta’ l-użu | Il-konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kosmetiku lest | Limitazzjonijiet u ħtiġiet oħra |

A | B | C | D | E | F |

67 | L-Amil ċinnamal (Nru tas-SAK 122–40–7) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

68 | L-alkol benżil: (Nru tas-SAK 100–51–6) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

69 | L-Alkol taċ-ċinnamil (Nru tas-SAK 104–54–1) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

70 | Iċ-Ċitral (Nru tas-SAK 5392–40–5) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

71 | L-Ewġenol (Nru tas-SAK 97–53–0) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

72 | L-Idrossi-ċitronellal (Nru tas-SAK 107–75–5) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

73 | L-Isoewġenol (Nru tas-SAK 97–54–1) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

74 | L-Alkol amilċin namil (Nu tas-Nru tas-SAK 101–85–9) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

75 | Is-Saliċilat tal-benżil (Nru tas-SAK 118–58–1) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

76 | Iċ-Ċinnamal (Nru tas-SAK 104–55–2) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

77 | Il-Kumarin (Nru tas-SAK 91–64–5) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

78 | Il-Ġeranjol (Nru tas-SAK 106–24–1) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

79 | L-Idrossi-metilpentil–ċikloeksenekarbossaldeid (Nru tas-SAK 31906–4–5) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

80 | L-Alkol anisil (Nru tas-SAK 105–13–5) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

81 | Iċ-Ċinnamat tal-benżil (Nru tas-SAK 103–41–3) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

82 | Il-Farnesol (Nru tas-SAK 4602–84–0) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

83 | It-2-(4-tert-Butilbenżil) propjonaldeid (Nru tas-SAK 80–54–6) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

84 | Il-Linalool (Nru tas-SAK 78–70–6) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

85 | Il-Benżoat tal-benżil (Nru tas-SAK 120–51–4) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

86 | Iċ-Ċitronellol (Nru tas-SAK 106–22–9) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

87 | L-eksil ċinnamaldeid (Nru tas-SAK 101–86–0) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

88 | Id-d-Limonene (Nru tas-SAK 5989–27–5) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

89 | Il-Metil eptin karbonat (Nru tas-SAK 111–12–6) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

90 | It-3-Metil-4-(2,6,6-trimetil–metil-2-ċ1ikloeksen-lil)-3-buten-2-one (Nru tas-SAK 127–51–5) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

91 | L-Estratt tal-ħażiż tal-ballut (Nru tas-SAK 90028–68–5) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu | |

92 | l-Estratt tal-ħażiż tas-siġar (Nru tas-SAK 90028–67–4) | | | Il-preżenza tas-sustanza għandha tiġi indikata fil-lista ta’ l-ingredjenti riferita fl-Artikolu 6(1)(g) meta l-konċentrazzjoni tagħha taqbeż: 0,001 % fil-prodotti mħollija0,01 % fil-prodotti li jitlaħalħu" | |

11. għandu jiżdied l-Anness VIIIa, li jikkonsisti f’simbolu li jirrappreżenta vażett tal-krema miftuħ. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 10(2) tistabbilixxi dan is-simbolu l-iktar tard sal-11 ta’ Settembru 2003.

Artikolu 2

Sabiex jiġu applikati l-punt 3 ta’ l-Artikolu 1 rigward it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1)(ċ) tad-Direttiva 76/768/KEE kif ukoll il-punt 4 ta’ l-Artikolu 1 rigward it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1)(g) tad-Direttiva 76/768/KEE:

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi mill-11 ta’ Marzu 2005 la l-fabbrikanti u lanqas l-importaturi stabbiliti ġewwa l-Komunit ma jqiegħdu fis-suq il-prodotti kosmetiċi li jonqsu milli jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membru għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel is-16 ta’ Settembru 2004. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif isir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.

Bħala deroga mill-Artikolu 3, il-punt (1) ta’ l-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2002.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Frar 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. Chrisochoïdis

[1] ĠU C 311 E, tal-31.10.2000, p. 134 u ĠU C 51 E, tas-26.2.2002, p. 385.

[2] ĠU C 367, tal-20.12.2000, p. 1.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ April 2001 (ĠU C 21 E, ta’l-24.1.2002, p. 24), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Fraru 2002 (ĠU C 113 E, ta’ l-14.5.2002, p. 109) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).96 Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2003 u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003.

[4] ĠU L 262, tas-27.7.1976, p. 169. 95Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/34/KE (ĠU L 102, tat-18.4.2002, p. 19).

[5] ĠU L 358, tat-18.12.1986, p. 1.

[6] ĠU L 151, tat-23.6.1993, p. 32.

[7] ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1.

[8] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1. 96 Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE (ĠU L. 225, tal-21.8.2001, p. 1).

[9] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[10] ĠU L 196, tas-16.8.1967, p. 1.Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE (ĠU L. 225, tal-21.8.2001, p. 1).

[11] ĠU L 140, tat-23.6.1995, p. 26.

[12] ĠU L 358, tat-18.12.1986, p. 1.

--------------------------------------------------

Top