EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12005SAN07/09/B

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness VII:Lista msemmija fl-Artikolu 23 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: disposizzjonijiet transitorji, Rumanija - 9.L-ambjent - B.L-immaniġġar ta' l-iskart

ĠU L 157, 21.6.2005, p. 331–339 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12005SAN07/09/B

Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness VII:Lista msemmija fl-Artikolu 23 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: disposizzjonijiet transitorji, Rumanija - 9.L-ambjent - B.L-immaniġġar ta' l-iskart

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0331 - 0339


B. L-IMMANIĠĠAR TA' L-ISKART

1. 31993 R 0259: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 ta' l- 1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' kunsinni ta' skart fi ħdan, fi u 'l barra mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30,6.2.1993, p. 1), kif emendat l-aħħar bi:

- 32001 R 2557: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 tat- 28.12.2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

(a) Sal- 31 ta' Diċembru 2015, il-kunsinni kollha lejn il-Rumanija ta' skart biex jiġu rkuprati elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru. 259/93 għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti u proċessati f'konformità ma' l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament.

(b) B'deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93, l-awtoritajiet kompetenti tar-Rumanija jistgħu joġġezzjonaw sal- 31 ta' Diċembru 2007 għal kunsinni lejn ir-Rumanija sabiex jiġu rkuprati l-iskartijiet li ġejjin elenkati fl-Anness III b'konformità mar-raġunijiet li għalihom tista' ssir oġġezzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament. Tali kunsinni għandhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 10 tar-Regolament.

AA. SKART LI FIH IL-METALL

- AA 060 Residwi u rmied tal-vanadju

- AA 080 Skart, ruttam u residwi tat-tallju

- AA 090 Skart, ruttam u residwi ta' l-arseniku

- AA 100 Skart u residwi tal-merkurju

- AA 130 Soluzzjonijiet li joħorġu mill-ħasil tal-metall bl-aċidu

AB. SKART LI FIH PRINĊIPALMENT KOSTITWENTI INORGANIĊI, LI JISTA' JKUN FIH METALLI U MATERJALI ORGANIĊI

- AB 010 Gagazza, rmied u residwi, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor

- AB 020 Residwi li jirriżultaw mill-kombustjoni ta' skart muniċipali/tad- dar

- AB 030 Skart minn sistemi mhux ibbażati fuq iċ-ċjanur li jirriżulta mit- trattament tal-wiċċ ta' metalli

- AB 040 Skart tal-ħġieġ minn tubi tal-katodu u ħġieġ attivat ieħor

- AB 050 Ħama ta' fluworidu tal-kalċju

- AB 060 Komposti oħra inorganiċi ta' fluworin fil-forma ta' likwidi jew tajn

- AB 080 Katalisti wżati li m'humiex fuq il-lista ekoloġika

- AB 090 Idrati ta' skart ta' l-aluminju

- AB 110 Soluzzjonijiet bażiċi

- AB 120 Komposti inorganiċi ta' l-alid, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor

AC. SKART LI FIH PRINĊIPALMENT KOSTITWENTI ORGANIĊI, LI JISTA' JKUN FIH METALLI U MATERJALI INORGANIĊI

- AĊ 040 Ħama tal-petrol biċ-ċomb (gażolina)

- AĊ 050 Fluwidi termali (ta' trasferiment tas-sħana)

- AĊ 060 Fluwidi idroliċi

- AĊ 070 Fluwidi tal-brakes

- AĊ 080 Fluwidi kontra l-iffriżar

- AĊ 090 Skart mill-produzzjoni, il-formulazzjoni u l-użu ta' reżini, latex, plastiċizzanti, kolla u adeżivi

- AĊ 100 Nitrocellulose

- AĊ 110 Fenoli, komposti fenoliċi inkluż il-klorofenol f'forma ta' likwidi jew ħama

- AĊ 120 Polychlorinated naphthalenes

- AĊ 140 Katalist tat-triethylamine għall-istabbiliment ta' ramel tal-funderija

- AĊ 150 Chlorofluorocarbons

- AĊ 160 Halons

- AĊ 190 Frazzjoni tad-dawl fluff mill-qtugħ f'biċċiet tal-karozzi

- AĊ 200 Komposti orġaniċi tal-fosfru

- AĊ 210 Solventi mhux aloġinati

- AĊ 220 Solventi aloġinati

- AĊ 230 Residwi aloġinati jew mhux aloġinati ta' distillazzjoni li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta' rkuprar ta' solventi organiċi

- AĊ 240 Skart li ġej mill-produzzjoni ta' idrokarboni alifatiċi aloġinati (bħal ma huma l-klorometani, id-dikloro-etanu, il-klorur tal-vinil, il-klorur tal-vinilidene, il-klorur ta' l-allile u l-epikloridrina)

- AĊ 260 Demel tal-ħnieżer likwidu, feċi

- AĊ 270 Ħama tad-dranaġġ

AD. SKART LI JISTA' JKUN FIH KOSTITWENTI JEW INORGANIĊI JEW ORGANIĊI

- AD 010 Skart mill-produzzjoni u mill-preparazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi

- AD 020 Skart mill-produzzjoni, il-formulazzjoni jew l-użu ta' bijoċidi u fitofarmaċewtiċi

- AD 030 Skart mill-manifattura, il-formulazzjoni jew l-użu ta' kimiċi li jippreservaw l-injam

Skart li fih, jew li ġie kontaminat bi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

- AD 040 Ċjanuri inorganiċi, minbarra residwi ta' metalli prezzjuzi f'forma solida li jkun fihom traċċi ta' ċjanuri inorganiċi

- AD 050 Ċjanuri organiċi

- AD 080 Skart ta' natura splossiva, meta ma jkunx suġġett għal leġislazzjoni speċifika oħra

- AD 110 Soluzzjonijiet aċidużi

- AD 120 Reżini ta' skambju joniku

- AD 130 Kameras għal użu ta' darba bil-batteriji

- AD 140 Skart minn tagħmir għall-kontroll ta' tniġġiż industrijali għat-tnaddif ta' off-gases industrijali, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor

- AD 150 Materjal organiku naturali wżat bħala mezz ta' filtrazzjoni (bħal per eżempju bio-filtri)

- AD 160 Skart muniċipali/tad-dar

- AD 170 Karbonju attivat użat li għandu karatteristiċi perikolużi u li jirriżulta mill-użu tiegħu fl-industriji kimiċi inorganiċi, kimiċi organiċi u farmaċewtiċi, trattament ta' ilma tas-skart, proċessi għat-tindif tal-gass/arja u applikazzjonijiet simili

Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill- 31 ta' Diċembru 2015 taħt il-proċedura definita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal- 15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [16] kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE [17].

(ċ) B'deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93, l-awtoritajiet kompetenti tar-Rumanija jistgħu joġġezzjonaw sal- 31 ta' Diċembru 2011 għal kunsinni lejn ir-Rumanija ta' skart biex jiġi rkuprat elenkati fl-Anness IV għar-Regolament kif ukoll għal kunsinni ta' skart biex jiġi rkuprat li m'humiex elenkati fl-Annessi għar-Regolament b'konformita mar-raġunijiet li għalihom tista' ssir oġġezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament. Dan il-perijodu jista' jiġi estiż sa mhux aktar tard mill- 31 ta' Diċembru 2015 taħt il-proċedura definita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-kunsill 75/442/KEE tal- 15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [16] kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE [18].

(d) B'deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93, l-awtoritajiet kompetenti tar-Rumanija għandhom joġġezzjonaw għal kunsinni ta' skart għall-irkuprar elenkati fl-Annessi II, III u IV għar-Regolament kif ukoll għal kunsinni ta' skart għall-irkuprar li m'humiex elenkati f'dawk l-Annessi destinati għal faċilità li tgawdi minn deroga temporanja minn ċerti disposizzjoniet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l- 24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis integrati [19], id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' l-iskart [20], jew id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni [21], matul il-perijodu li fih id-deroga temporanja tkun applikata fir-rigward tal-faċilità ta' destinazzjoni.

2. 31994 L 0062: Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta' l- 20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10), kif emendata l-aħħar bi:

- 32004 L 0012: Direttiva 2004/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11.2.2004 (ĠU L 47, 18.2.2004, p. 26).

(a) B'deroga mill-Artikolu 6, (1)(a) tad-Direttiva 94/62/KE, ir-Rumanija għandha tikseb ir-rata ġlobali għall-irkupru jew l-inċinerazzjoni fi pjanti għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart b'irkupru ta' enerġija sal- 31 ta' Diċembru 2011 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 32 % bil-piż sal- 31 ta' Diċembru 2006, 34 % għall-2007, 40 % għall-2008, 45 % għall-2009 u 48 % għall-2010.

(b) B'deroga mill-Artikolu 6 (1)(b) tad-Direttiva 94/62/KE, ir-Rumanija għandha tikseb ir-rata globali għall-irkupru jew l-inċinerazzjoni fi pjanti għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart b'irkupru ta' enerġija sal- 31 ta' Diċembru 2013 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 53 % bil-piż għall-2011 u 57 % għall-2012.

(ċ) B'deroga mill-Artikolu 6 (1)(ċ) tad-Direttiva 94/62/KE, ir-Rumanija għandha tikseb il-mira ta' riċiklaġġ għall-plastik sal- 31 ta' Diċembru 2011 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 8 % bil-piż sal- 31 ta' Diċembru 2006, 10 % għall-2007, 11 % għall-2008, 12 % għall-2009 u 14 % għall-2010.

(d) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva 94/62/KE, ir-Rumanija għandha tikseb il-mira globali ta' riċiklaġġ sal- 31 ta' Diċembru 2013 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 26 % bil-piż sal- 31 ta' Diċembru 2006, 28 % għall-2007, 33 % għall-2008, 38 % għall-2009, 42 % għall-2010, 46 % għall-2011 u 50 % għall-2012.

(e) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(e)(i) tad-Direttiva 94/62/KE, ir-Rumanija għandha tikseb il-mira ta' riċiklaġġ għall-ħġieġ sal- 31 ta' Diċembru 2013 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 21 % bil-piż sal- 31 ta' Diċembru 2006, 22 % għall-2007, 32 % għall-2008, 38 % għall-2009, 44 % għall-2010, 48 % għall-2011 u 54 % għall-2012.

(f) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(e)(iv) tad-Direttiva 94/62/KE, ir-Rumanija għandha tikseb il-mira ta' riċiklaġġ għall-plastik, li tgħodd esklussivament il-materjal li hu riċiklat lura fi plastik, sal- 31 ta' Diċembru 2013 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 16 % bil-piż għall-2011 u 18 % għall-2012.

(g) B'deroga mill-Artikolu 6(1)(e)(v) tad-Direttiva 94/62/KE, ir-Rumanija għandha tikseb il-mira ta' riċiklaġġ għall-injam sal- 31 ta' Diċembru 2011 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- 4 % bil-piż sal- 31 ta' Diċembru 2006, 5 % għall-2007, 7 % għall-2008, 9 % għall-2009 u 12 % għall-2010.

3. 31999 L 0031: Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas- 26 ta' April 1999 dwar l-irdim ta' l-iskart (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1), kif emendati bi:

- 32003 R 1882: Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill KE tad- 29.9.2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(a) B'deroga mill-Artikolu 14(ċ) u l-punti 2, 3, 4 u 6 ta' l-Anness I għad-Direttiva 1999/31/KE u bla ħsara għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal- 15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [22] u d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat- 12 ta' Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż [23], il-ħtiġijiet dwar il-kontroll ta' l-ilma u il-maniġġjar tal-'leachate', il-protezzjoni tal-ħamrija u ta' l-ilma, il-kontroll u l-istabbilità tal-gass ma japplikawx għall-irdim eżistenti ta' l-iskart muniċipali fir-Rumanija sas- 16 ta' Lulju 2017.

Ir-Rumanija għandha tiżgura tnaqqis gradwali ta' skart fl-irdim f'dawn il-101 irdim eżistenti ta' l-iskart muniċipali li ma jikkonformawx skond il-kwantitajiet massimi annwali li ġejjin:

- sal- 31 ta' Diċembru 2006: 3470000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2007: 3240000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2008: 2920000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2009: 2920000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2010: 2900000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2011: 2740000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2012: 2460000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2013: 2200000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2014: 1580000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2015: 1420000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2016: 1210000 tunnellata.

(b) B'deroga mill-Artikolu 5(3)(a) u (b) u l-Anness 1, punt 2, it-tieni inċiż għad-Direttiva 1999/31/KE u bla ħsara għall-Artikolu 6(ċ)(ii) ta' dik id-Direttiva u d-Direttiva 75/442/KEE, il-ħtiġijiet għall-iskart likwidu, korrużiv u ossidanti, u fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tniġġiż ta' l-ilma tal-wiċċ li jidħol fl-irdiem ta' l-iskart m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija għat-23 faċilità eżistenti sad-data indikata għal kull faċilità:

Sal- 31 ta' Diċembru 2007:

1. S.C. BEGA UPSOM Ocna Mureş, Ocna Mureş, Kontea ta' Alba

Sal- 31 ta' Diċembru 2008:

2. S.C. TERMOELECTRICA SA - SE Doiceşti, Doiceşti, Kontea ta' Dâmboviţa

3. S.C. COMPLEXUL ENERGETIC ROVINARI SA, Cicani-Beterega, Kontea ta' Gorj

4. RAAN Drobeta-Turnu Severin - Sucursala ROMAG — TERMO, Drobeta -Turnu obeta-Turnu Severin, Kontea ta' Mehedinti

Sal- 31 ta' Diċembru 2009:

5. COMPLEXUL ENERGETIC CRAIOVA - SE Craiova, Valea Mănăstirii, Kontea ta' Dolj

6. COMPLEXUL ENERGETIC CRAIOVA - SE Işalniţa, Işalniţa II, Kontea ta' Dolj

7. COMPLEXUL ENERGETIC CRAIOVA - SE Işalniţa, Işalniţa I, Kontea ta' Dolj

8. S.C. ELECTROCENTRALE DEVA SA - SE Paroşeni, Căprişoara, Kontea ta' Hunedoara

9. S.C. TERMICA SA Suceava, Suceava, Kontea ta' Suceava

Sal- 31 ta' Diċembru 2010:

10. S.C. ELECTROCENTRALE DEVA SA, Bejan, Kontea ta' Hunedoara

11. S.C. ALUM Tulcea, Tulcea, Kontea ta' Tulcea

Sal- 31 ta' Diċembru 2011

12. S.C. UZINA TERMOELECTRICĂ GIURGIU SA, Giurgiu, Kontea ta' Giurgiu

Sal- 31 ta' Diċembru 2012

13. CET Bacău, Furnicari — Bacău, Bacău

14. S.C. COMPLEXUL ENERGETIC TURCENI, Valea Ceplea, Kontea ta' Gorj

15. S.C. COMPLEXUL ENERGETIC TURCENI, Valea Ceplea, Kontea ta' Gorj

16. S.C. UZINELE SODICE Govora, Govora, Kontea ta' Vâlcea

17. S.C. CET Govora SA, Govora, Kontea ta' Vâlcea

Sal- 31 ta' Diċembru 2013:

18. S.C. CET Arad, Arad, Kontea ta' Arad

19. S.C. ELECTROCENTRALE ORADEA SA, Sântaul Mic, Kontea ta' Bihor

20. S.C. ELECTROCENTRALE ORADEA SA, Sântaul Mic, Kontea ta' Bihor

21. S.C. ELECTROCENTRALE ORADEA SA, Sântaul Mic, Kontea ta' Bihor

22. CET II Iaşi, Holboca, Kontea ta' Iaşi

23. S.C. Uzina Electrică Zalău, Hereclean — Panic, Kontea ta' Sălaj

Ir-Rumanija għandha tiżgura tnaqqis gradwali ta' skart likwidu fl-irdim f'dawn it-23 faċilità eżistenti li ma jikkonformawx skond il-kwantitajiet massimi annwali li ġejjin:

- sal- 31 ta' Diċembru 2006: 11286000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2007: 11286000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2008: 11120000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2009: 7753000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2010: 4803000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2011: 3492000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2012: 3478000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2013: 520000 tunnellata.

(ċ) B'deroga mill-Artikolu 5(3)(a) u (b) u l-Anness 1, punt 2, it-tieni inċiż, mad-Direttiva 1999/31/KE u bla ħsara għall-Artikolu 6(ċ)(ii) ta' dik id-Direttiva u d-Direttiva 75/442/KEE, il-ħtiġijiet għall-iskart likwidu, korrużiv u ossidanti, u fir-rigward tal-prevenzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ milli jidħol fl-iskart ta' l-irdim m'għandhomx japplikaw fir-Rumanija għall-5 għadajjar ta' tailing eżistenti sad-data indikata għal kull għadira ta' tailing:

Sal- 31 ta' Diċembru 2009:

1. BĂITA Ştei, Fânaţe, kontea ta' Bihor

Sal- 31 ta' Diċembru 2010:

2. TRANSGOLD Baia Mare, Aurul-Recea, Kontea ta' Maramureş

3. MINBUCOVINA Vatra Dornei, Ostra-Valea Straja, Kontea ta' Suceava

Sal- 31 ta' Diċembru 2011:

4. CUPRUMIN Abrud, Valea Şesei, Kontea ta' Alba

5. CUPRUMIN Abrud, Valea Ştefancei, Kontea ta' Alba.

Ir-Rumanija għandha tiżgura tnaqqis gradwali ta' skart likwidu ta' l-irdim f'dawn il-5 għadajjar ta' tailing eżistenti li ma jikkonformawx skond il-kwantitajiet annwali massimi li ġejjin:

- sal- 31 ta' Diċembru 2006: 6370000 tunnellata;

- sal- 31 ta' Diċembru 2007: 5920000 tunnellata (li minnhom 2100000 tunnellata huma perikolużi, 3820000 tunnellata mhumiex perikolużi);

- sal- 31 December 2008: 4720000 tunnellata (li minnhom 2100000 tunnellata huma perikolużi, 2620000 mhumiex perikolużi);

- sal- 31 ta' Diċembru 2009: 4720000 tunnellata (li minnhom 2100000 tunnellata huma perikolużi, 2620000 mhumiex perikolużi);

- sal- 31 ta' Diċembru 2010: 4640000 tunnellata (li minnhom 2100000 tunnellata huma perikolużi, 2540000 mhumiex perikolużi);

- sal- 31 ta' Diċembru 2011: 2470000 tunnellata (kollha kemm huma mhumiex perikolużi).

(d) B'deroga mit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2(g) tad-Direttiva 1993/31/KE, u bla ħsara għad-Direttiva 75/442/KEE u d-Direttiva 91/689/KEE, sit permanenti li jintuża għall-ħażna temporanja ta' skart perikoluż iġġenerat ġewwa r-Rumanija mhux se jiġi meqjus bħala radam fir-Rumanija sal- 31 ta' Diċembru 2009.

Ir-Rumanija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena li tibda fit- 30 ta' Ġunju 2007, rapport dwar l-implimentazzjoni gradwali tad-Direttiva u l-konformità ma' dawn il-miri intermedji.

4. 32002 L 0096: Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta' Jannar 2003 dwar l-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24), kif emendat bi:

- 32003 L 0108: Direttiva 2003/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8.12.2003 (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106).

B'deroga mill-Artikoli 5(5) u 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE, ir-Rumanija għandha tilħaq ir-rata ta' ġbir separat ta' mill-inqas medja ta' erba' kilogrammi għal kull abitant fis-sena tal-WEEE minn djar privati, ir-rata ta' rkupru u r-rata ta' użu mill-ġdid u reċiklaġġ ta' komponenti, materjal u sustanzi sal- 31 ta' Diċembru 2008.

[16] ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[17] ĠU L 78, 26.3.1991, p. 32.

[18] ĠU L 78, 26.3.1991, p. 32.

[19] ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[20] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

[21] ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

[22] ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE, u kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[23] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28).

--------------------------------------------------

Top