EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 62014TA0061

Kawża T-61/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI – Balaguer (icexpresso + energy coffee) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva icexpresso + energy coffee — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti X-PRESSO MONSTER, HAMMER M X-PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY u MIDNIGHT M X-PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni” — Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 398, 30.11.2015, blz. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI – Balaguer (icexpresso + energy coffee)

(Kawża T-61/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva icexpresso + energy coffee - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti X-PRESSO MONSTER, HAMMER M X-PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY u MIDNIGHT M X-PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni” - Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 398/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Luis Yus Balaguer (Movera, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Novembru 2013 (Każ R 821/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Luis Yus Balaguer

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monster Energy Company hija kkundannata li tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


Naar boven