EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1099
Commission Regulation (EU) 2021/1099 of 5 July 2021 amending Annexes II and III to Regulation (EC) No 1223/2009 of the European Parliament and of the Council on cosmetic products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1099 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1099 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/4836
ĠU L 238, 6.7.2021, p. 29–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1099
tal-5 ta’ Lulju 2021
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanza 4-[(tetraidro-2H-piran-2-il)ossi]fenol (isem komuni: deossiarbutin, isem INCI: Tetraidropiranilossi Fenol), attwalment mhux irregolata fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tirriżulta fir-rilaxx ta’ 1,4-Diidrossibenżen (isem INCI: Idrokinon). L-idrokinon huwa inkluż fost is-sustanzi pprojbiti għall-użu fil-prodotti kożmetiċi, elenkati fl-entrata 1339 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, bl-eċċezzjoni tal-entrata 14 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
L-użu tad-deossiarbutin fil-prodotti kożmetiċi ġie vvalutat mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (SCCS). Fl-opinjoni tiegħu adottata fit-25 ta’ Ġunju 2015 (2), l-SCCS ikkonkluda li minħabba tħassib dwar is-sikurezza li tqajjem fir-rigward taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti li fihom dik is-sustanza, l-użu tad-deossiarbutin sa 3 % fil-kremi tal-wiċċ ma jistax jitqies bħala sikur (3). |
(3) |
Abbażi ta’ dik l-opinjoni, jenħtieġ li d-deossiarbutin jiġi pprojbit għall-użu fil-prodotti kożmetiċi u jiżdied mal-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(4) |
Is-sustanza 1,3-Diidrossi-2-propanon (isem INCI: Diidrossiaċeton) hija ingredjent kożmetiku bil-funzjonijiet irrapportati tal-kundizzjunar u s-smurija tal-ġilda. Id-diidrossiaċeton attwalment mhuwiex irregolat skont ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(5) |
Fl-opinjoni tiegħu adottata fit-3-4 ta’ Marzu 2020 (4), l-SCCS qies id-diidrossiaċeton bħala sikur meta jintuża bħala ingredjent taż-żebgħa tax-xagħar fl-applikazzjonijiet li ma jitlaħalħux (mhux ossidattivi) sa konċentrazzjoni massima ta’ 6,25 %. Barra minn hekk, f’dik l-opinjoni l-SCCS ikkonkluda li l-użu tad-diidrossiaċeton bħala ingredjent taż-żebgħa tax-xagħar fl-applikazzjonijiet li ma jitlaħalħux (mhux ossidattivi) sa konċentrazzjoni massima ta’ 6,25 % flimkien mal-użu ta’ lozjonijiet biex tismar mingħajr ix-xemx u krema tal-wiċċ li fihom sa konċentrazzjoni massima ta’ 10 % diidrossiaċeton huwa wkoll meqjus sikur. |
(6) |
Abbażi ta’ dawk il-konklużjonijiet, huwa meħtieġ li tiżdied entrata ġdida fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 li se tippermetti użu ristrett tad-diidrossiaċeton fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidattivi u fi prodotti u fi prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx biss, f’konċentrazzjoni massima sa 6,25 % u 10 % rispettivament. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Huwa xieraq li jiġu previsti perjodi raġonevoli ta’ żmien sabiex l-industrija tadatta għar-rekwiżiti l-ġodda dwar l-użu tad-diidrossiaċeton fil-prodotti kożmetiċi u biex jitwaqqfu gradwalment it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti kożmetiċi li ma jikkonformawx ma’ dawk ir-rekwiżiti. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS (il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinion on deoxyarbutin - Tetrahydropyranyloxy Phenol, il-25 ta’ Ġunju 2015, SCCS/1554/15.
(3) Ara l-punt 4 tal-opinjoni.
(4) SCCS (il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur), Opinion on Dihydroxyacetone - DHA, it-3-4 ta’ Marzu 2020, SCCS/1612/19.
ANNESS
Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II tiżdied l-entrata li ġejja:
|
(2) |
Fl-Anness III tiżdied l-entrata li ġejja:
|
(*1) Mis-26 ta’ Jannar 2022 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx li jkun fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Mit-22 ta’ April 2022 il-prodotti taż-żebgħa tax-xagħar u l-prodotti biex tismar mingħajr ix-xemx li jkun fihom dik is-sustanza u li ma jikkonformawx mar-restrizzjonijiet ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni.”